Skip to main content

Cyberspace - 23/07/2017

Din hija l-ewwel darba li qed nikteb din ir-rubrika jiena minflok il-ħabib tiegħi Salvu, li għamel xejn anqas minn tlettax-il sena jikkummenta fuq dak li kien qed jiltaqa’ miegħu fuq l-internet. Minn hawn insellimlu u nirringrazzjah tal-kontribut siewi li ta lil din il-gazzetta, u tad-dedikazzjoni li wera biex dejjem żamm l-appuntament tiegħu tul dawn is-snin kollha. Ħa nkun qed nagħmel ħilti kollha biex nidħol għal dan l-impenn bl-istess dedikazzjoni. Nitlobkom biex tibgħatuli kwalunkwe’ suġġerimenti li jista’ jkollkom fuq l-email tiegħi mark@markanthonysammut.com.

Kap ġdid għal Partit Nazzjonalista

Din il-ġimgħa żgur kienet dominata f’pajjiżni mill-ftuħ u l-għeluq tan-nomini għal ħatra ta’ Kap tal-Partit Nazzjonalista. Illum nafu li l-kandidati ser ikunu erbgħa, li f’ordni alfabetiku huma: Adrian Delia, Alex Perici Calascione, Frank Portelli u Chris Said. Nawguralhom ilkoll u nirringrazzjahom li qed joffru lilhom infushom biex jidħlu għal din ir-responsabbilità kbira. Il-konferenzi stampa li taw iddominaw l-online portals kollha u d-diskussjoni ma waqfet xejn. Niftakru li din l-ewwel elezzjoni ta’ Kap minn mindu kien ġie emendat l-istatut, u dan ifisser li wara l-ewwel rounds ta’ voti mill-Kunsill Ġenerali, li ser isiru fit-2 u 3 ta’ Settembru u li fihom iridu jiġu eliminati żewġ kandidati, isir vot finali bejn iż-żewġ finalisti fis-16 ta’ Settembru li fih jipparteċipaw it-tesserati kollha.

Bla dubju dan wassal biex id-diskussjoni fost il-Kunsilliera, u din id-darba anke’ t-tesserati, tibda minn issa anke’ fuq il-midja soċjali. Fuq facebook hemm diversi gruppi ta’ Nazzjonalisti, ta’ tesserati u ta’ Kunsilliera li kienu hemm minn qabel l-elezzjoni, u issa qed iservu ta’ fora ta’ diskussjoni dwar xi kwalitajiet għandna nfittxu mill-Kap il-ġdid, u x’għandu bżonn l-aktar il-Partit Nazzjonalista bħalissa. Filwaqt li dawn id-diskussjonijiet huma importanti biex isir l-għarbiel u d-dixxerniment neċessarju, nappella lil dawk li jieħdu sehem fihom biex iżommu l-prudenza, u biex kemm fid-diskussjonijiet fis-cyberspace u kemm f’dawk fil-ħajja reali ma nagħmlux kampanji negattivi kontra kandidat jew ieħor. Fl-aħħar mill-aħħar aħna lkoll kollegi fil-Partit Nazzjonalista, u l-importanti hu li din l-elezzjoni interna ma toħloqx feriti imma twassal biex jingħażel min jingħażel Kap, kulħadd jingħaqad warajh biex flimkien nerġgħu inġeddu, insaħħu u nagħqdu l-Partit ħalli neħduh għal rebħa elettorali.


Panamagate fil-Pakistan

Ħabib tiegħi li jinsab missjunarju fil-Pakistan ġibidli l-attenzjoni għal dak li qed jiġri fil-Pakistan. Qed insegwi l-aħbarijiet fuq il-portal tal-ġurnal prolifiku Pakistani www.dawn.com. Il-ġimgħa l-oħra ġie ppublikat rapport ta’ Kumitat Investigattiv li twaqqaf mill-Qorti Suprema u li investiga l-familja tal-Prim Ministru u l-kumpaniji tagħhom li nkixfu fil-Panama, u li juri li ġew akkumulati assi aktar minn kemm il-qliegħ tagħhom kien jiġġustifika. Tfakkarkomx f’min kien qed ifaddal miljun fis-sena b’paga ta’ sittin elf ewro? Hemmhekk ukoll, qed isiru sejħiet qawwijin mill-poplu u mill-editorjali tal-gazzetti kollha biex il-Prim Ministru jirriżenja, almenu temporanjament sakemm jitlestew l-investigazzjonijiet kollha. Jekk jirriżenjax jew le għadna rridu naraw, pero’ qed jiġi investigat. Jidher li anke’ fil-Pakistan l-istituzzjonijiet indipendenti u d-demokrazija laħqu livell ogħla minn ta’ Malta. Għadna qed nistennew meta l-Ministru Mizzi u c-Chief of Staff ser jibdew jiġu investigati u proċessati mill-Pulizija fuq il-provi xokkanti ta’ ħasil ta’ flus li ġew ippubblikati.



Dan l-artiklu deher fil-Mument tal-Ħadd 23 ta' Lulju 2017.

Comments

Popular posts from this blog

Who's the real monster?

I usually hate comparisons, but some very different reactions from the 'great unthinking' rabble do merit some analysis. In May this year, the notorious dog Star was found buried alive . A prima facie , this looked liked the most horrific case of animal cruelty, and is still considered so by some. The perpetrator was described by the sensitive and caring animal-lovers as a villain, a heartless monster, deserving of death, stoning, or even to be 'buried alive in the same manner'. But what did Mr. Vella actually do, according to the testimony heard in Court? Star was sick. It was shedding fur, and quite old already, and its owner did not afford the treatment. In trying to save some money from paying for the dog to be put to sleep and killed properly by vets, she gave it to Mr. Vella to have it killed himself. Nothing much to make people angry till now. Mercy-killing of very sick and suffering animals is widely done and usually acceptable. You may

Shema Yisrael, the cries of the Palestinian people

You live a peaceful life in a modest home. You've never bothered anyone and you've never caused trouble. Out of the blues, a group of people claim that they should live in your house. Why? Because they have been persecuted in a war, and they claim that some 5,000 years ago, their God had told them your home was their promised land. Somehow, the whole community agrees with their wishes, and asks you to grant them your spare-bedroom. You oblige. After a few months, they take the whole top-floor. In a few year's time, they take over your kitchen. After a few more years, they own your house and keep you and your family locked in the bathroom. They don't even allow you to get out, while they strip-search you the few times they do. Even if it's a medical emergency. Sometimes not even medical personnel and ambulances are allowed to see to your needs while your children die in your hands. Desperation starts hitting you. Life seems to offer no hopes. In moments

Why I am dropping out of the Anti-ACTA protest

Like many avid internet users, I have followed with interest the debate about ACTA (Anti-Counterfeiting Trade Agreement). After reading numerous articles, watched sensational videos, and discussed ad nauseam with friends, I have realized that what I have come across is a campaign hi-jacked by lies, myths and misconceptions as to rival Malta's misinformed divorce referendum campaign. I have to say that the videos on Youtube   got me worried. I quickly signed the petition, joined the Anti-ACTA groups, and prepared myself for a full-blown fight against the big-governments who want to intrude on our privacy and freedom of expression. Like our MEP Edward Scicluna invited us to do in the University debate last Wednesday, I did not try to understand the details of ACTA but rather saw who the players behind it were. But as usual, my logical instincts took over, and his call to not try to understand ACTA actually pushed me to read the text. And here's what I now know: ACTA is