Skip to main content

Żewġ Partiti jew Tlieta?


Għalkemm issa għadda ftit taż-żmien mhux ħażin mindu l-Qorti Kostituzzjonali ħarġet is-sentenza li biha l-Partit Nazzjonalista ingħata żewġ siġġijiet żejda fil-Parlament biex jagħmlu tajjeb għal proporzjonalità, għadni qed nara diversi diċeriji jiġru fuq il-midja soċjali, u argumenti fażuli ibbażati fuq l-ispin li ta l-Partit Laburista lil din id-deċiżjoni.

Il-Partit Laburista argumenta ħafna, u hekk għadhom jagħmlu n-nies tiegħu, li l-Qorti ddeċidiet li fil-Parlament hemm biss żewġ partiti, u li allura Marlene Farruġia u Godfrey Farrugia huma Deputati Nazzjonalisti, u li meta l-Partit Nazzjonalista jgħid li dawn mhux Deputati tiegħu imma biss parti mill-Grupp Parlamenteri tal-Oppożizzjoni jkun qed jisfida d-deċiżjoni tal-Qorti.

Din hija spin għal kollox giddieba u qarrieqa. Il-Qorti m’għandha l-ebda fakultà tiddeċiedi fuq l-alleanzi tal-Membri Parlamentari. Tant hu hekk li meta Wenzu Mintoff waqqaf l-Alternattiva Demokratika fl-1989, għamel tliet snien bħala Deputat tal-Alternattiva Demokratika fil-Parlament. Għalkemm fl-elezzjoni tal-1987 telgħu żewġ partit, mill-1989 sal-1992 hemm kien hemm tlieta. L-istess ġara meta Marlene Farrugia waqfet l-Partit Demokratiku fl-2016. Għalkemm fl-elezzjoni tal-2013 telgħu fil-Parlament żewġ partiti, sal-aħħar tal-leġislatura kien hemm tliet partiti fil-Parlament u magħhom deputat indipendenti (Giovanna Debono).

Mela x’iddeċidiet il-Qorti? Il-Qorti iddeċidiet, u tista’ tiddeċiedi biss, fuq kif għandu jiġi interpretat ir-riżultat tal-elezzjoni għal fini tal-liġi elettorali u tal-Artiklu 52 tal-Kostituzzjoni, li jitkellem fuq x’jiġri meta fil-Parlament jitilgħu biss żewġ partiti. Niċċaraw, l-artiklu jitkellem fuq kif jiġi interpretat ir-riżultat tal-elezzjoni, u mhux x’jiġri fil-Parlament wara. U kien għalhekk li l-Partit Nazzjonalista u l-Partit Demokratiku, fl-ewwel lok, laħqu ftehim minn qabel l-elezzjoni biex jidhru f’lista waħda. Biex għal fini ta’ dan l-artiklu, jiġu meqjusa mill-Kummissjoni Elettorali bħala Partit wieħed, u allura l-voti tagħhom jingħaddu flimkien, u d-deputati tal-Partit Demokratiku jingħaddu bħala deputati tal-Partit Nazzjonalista. U alla ħares il-Qorti ma ddeċidietx hekk, għax allura l-ftehim tal-Forza Nazzjonali, li sar biss biex għar-riżultat elettorali ż-żewġ partiti jingħaddu bħala partit wieħed, kien ikun sar għalxejn. Pero’ dan jgħodd biss sal-interpretazzjoni tar-riżultat. Minn minuta wara li r-riżultat ikun interpretat, il-mekkaniżmu Kostituzzjonali jidħol fis-seħħ u s-siġġijiet jitqassmu, kull Partit kien ħa jieħu postu fil-Parlament bħala Partit distint. U l-Qorti ma tistax iżżomm lid-Deputati milli jagħmlu dan, għax kif ġa tajt eżempji aktar ‘il fuq, mhux fil-mertu tagħha tordna lid-Deputati ma’ min jallejawhom ruħhom fil-Parlament. Jekk iridu, għada, is-67 deputat li hemm fil-Parlament jistgħu jinqasmu f’67 partit differenti, u l-ebda Qorti u l-ebda appostlu ma jista’ jindaħlilhom, għax il-Parlament hu suprem. U sakemm il-Gvern iżomm l-appoġġ ta’ maġġoranza minn dawn is-67 deputat, jibqa’ jmexxi.

Sfortunatament il-Partit Laburista, għal darb’oħra, sfrutta n-nuqqas ta’ għarfien tal-maġġoranza tal-poplu (din id-darba fuq materji elettorali u kostituzzjonali), u prova jbella’ r-ross bil-labra, u jdawwarha li allura mhux vera ġie elett it-tielet partit fil-Parlament u li l-Partit Nazzjonalista qed jisfida l-Qorti Kostituzzjonali. Saħansitra rajna fuq quddiem lil Ministru Owen Bonnici, li għal ġieħna jgħallem il-Kostituzzjoni fl-Università ta’ Malta, u lill-avukat u Deputat Robert Abela, jxerrdu affarijiet li huma jafu aktar mill-oħrajn li mhumiex minnhom, iżda kienu lest jarmu l-kredibbilità professjonali tagħhom basta jmexxu propoganda qarrieqa.

Fid-dawl ta’ dan, nappella wkoll lid-deputati tal-Partit Demokratiku biex jirrispettaw il-proċess ta’ tiġdid li għaddej minnu l-Partit Nazzjonalista. Għalkemm iż-żewġ partit qed jiffurmaw Oppożizzjoni Parlamentari waħda, u allura għandu jkun hemm relazzjoni tajba bejniethom, importanti li jinżamm rispett reċiproku lejn id-distinzjoni ta’ bejniethom, u ħadd min-naħa jew oħra ma jipprova jimponi ruħu b’xi sens ta’ awtorità fuq il-partit l-ieħor.

Dan l-artiklu deher f'In-Nazzjon tal-Erbgħa 2 t' Awwissu 2017.

Comments

Popular posts from this blog

Why I am dropping out of the Anti-ACTA protest

Like many avid internet users, I have followed with interest the debate about ACTA (Anti-Counterfeiting Trade Agreement). After reading numerous articles, watched sensational videos, and discussed ad nauseam with friends, I have realized that what I have come across is a campaign hi-jacked by lies, myths and misconceptions as to rival Malta's misinformed divorce referendum campaign. I have to say that the videos on Youtube   got me worried. I quickly signed the petition, joined the Anti-ACTA groups, and prepared myself for a full-blown fight against the big-governments who want to intrude on our privacy and freedom of expression. Like our MEP Edward Scicluna invited us to do in the University debate last Wednesday, I did not try to understand the details of ACTA but rather saw who the players behind it were. But as usual, my logical instincts took over, and his call to not try to understand ACTA actually pushed me to read the text. And here's what I now know: ACTA is ...

Who's the real monster?

I usually hate comparisons, but some very different reactions from the 'great unthinking' rabble do merit some analysis. In May this year, the notorious dog Star was found buried alive . A prima facie , this looked liked the most horrific case of animal cruelty, and is still considered so by some. The perpetrator was described by the sensitive and caring animal-lovers as a villain, a heartless monster, deserving of death, stoning, or even to be 'buried alive in the same manner'. But what did Mr. Vella actually do, according to the testimony heard in Court? Star was sick. It was shedding fur, and quite old already, and its owner did not afford the treatment. In trying to save some money from paying for the dog to be put to sleep and killed properly by vets, she gave it to Mr. Vella to have it killed himself. Nothing much to make people angry till now. Mercy-killing of very sick and suffering animals is widely done and usually a...

Elezzjoni għal Viċi Kap

Nemmen li l-Partit Nazzjonalista jeħtieġ Viċi-Kap li jkompli jsaħħaħ il-proċess ta' tiġdid li għaddej minnu l-Partit stess, biex ikun jista' jkompli jwettaq il-bidliet pożittivi f'pajjiżna. Għalhekk kien ta' pjaċir għalija li nhar is-Sibt li għadda kont wieħed minn tal-ewwel li iffirmajt in-nomina ta' Dr. Simon Busuttil għal din il-kariga tant importanti. Nawguralu minn qalbi.