Skip to main content

Valuri Ewropej Mibjugħa u Mixtrija (1)


Aħbar li ddominat ix-xena internazzjonali f’din il-ġimgħa, u li għal darb’oħra reġgħet tefgħet dawl ikrah fuq pajjiżna, hija l-istorja tal-iskema ta’ fond għal ħasil tal-flus tal-Azerbaijan, imlaqqma “the Azerbaijani Laundromat”. L-aħbar ingħatat prominenza fuq is-sit Ingliż www.theguardian.com nhar it-Tnejn 4 ta’ Settembru, u ġiet rappurtata fuq is-siti tal-gazzetti Maltin kollha, speċjalment minħabba li Malta tissemma’ b’mod speċifiku ħafna.

L-informazzjoni li ħarġet waslet permezz ta’ leak minn sors anonimu li bagħat informazzjoni ta’ rekords tal-bank Daniż Danske, li għadda ħafna mit-transazzjonijiet involuti, lil gazzetta Daniża Berlingske, li qasmitha mal-Guardian, l-OCCRP (Organized Crime and Corruption Reporting Project), u gazzetti oħra.

Fi ftit kliem, din l-informazzjoni kixfet kif l-Azerbaijan ħaddem skema ta’ madwar €2.9 biljuni bejn l-2012 u l-2014, biex flus minn kumpaniji marbutin mal-President Aliyev, Ministri tiegħu, u l-Bank Internazzjonali tal-Azerbaijan, jgħaddu minn kumpaniji offshore reġistrati fir-Renju Unit, u bihom ħallsu lobbyists, politiċi, opinjonisti, u nies influwenti fl-Ewropa, biex dawn ifaħħru l-Azerbaijan u jagħtu stampa sabiħa tiegħu.

Per eżempju jidhru diversi ħlasijiet lil ex-membri tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa, fosthom Eduard Lintner tal-Ġermanja u Luca Volonte tal-Italja. Jidher li l-lobbying tal-Azerbaijan ma’ din l-Assemblea tant irnexxa li din ivvutat b’maġġoranza kontra rapport tal-2013 li kien jikritika l-Gvern tal-Azerbaijan u l-ksur tad-drittijiet fundamentali tal-bniedem. Ir-rekords juru li s-Soċjeta’ għall-Promozzjoni tar-Relazzjonijiet bejn il-Ġermanja u l-Azerbaijan, li waqqaf Lintner, daħlet €819,500. Minnhom, €61,000 irċeviethom ħmistax wara li Lintner irritorna mill-Azerbaijan fejn kien osservatur tal-elezzjoni Presidenzjali tal-2013. Dakinhar kien qal li l-elezzjoni kienet ta’ “standards Ġermaniżi”, fl-istess ħin li osservaturi oħra rrappurtaw li kien hemm xi problemi. Volonte mill-banda l-oħra jidher li rċieva iżjed minn €2 miljuni minn din l-iskema. L-istess irċieva Eckart Sager, produttur tas-CNN f’Londra, li l-kumpanija tal-PR tiegħu ħarġet numru ta’ artikli pożittivi fuq il-Gvern tal-Azerbaijan u l-politika tiegħu.

Il-Bank Daniż Danske talab apoloġija li s-sistemi ta’ kontrolli tiegħu ma kienux stretti biżżejjed biex jindunaw b’dawn it-transazzjonijiet dubjużi, u ħadu miżuri biex dan ma jerġax jiġri. L-istess qalet l-FIAU tal-Estonja, fejn kienet ibbażata l-branch tad-Danske li għaddiet dawn it-transazzjonijiet.

Dan ir-rapport juri kif it-tmexxija dittatorjali tal-Azerbaijan, filwaqt li tħalli l-pajjiż ipparalizzat fl-oqsma tal-edukazzjoni, servizzi soċjali, housing, u tant materji essenzjali oħra, tiberbaq il-flus biex iżżomm politiċi u kritiċi barranin milli jikritikawha u jikxfu l-mod kif hi tkompli toħnoq l-opinjoni pubblika, tarresta l-ġurnalisti, ixxekkel il-libertà u tikser id-drittijiet fundamentali tal-bniedem.
Mhux ta’ b’xejn li r-rapport tas-Civic Solidarity Network fuq dawn l-istejjer jismu “Valuri Ewropej Mibjugħa u Mixtrija”. Pero’ inħarsu fid-dettal aktar lejn x’hemm f’dan ir-rapport u kif tissemma’ Malta fih fl-artiklu tal-ġimgħa li ġejja.


Dan l-artiklu deher fil-Mument tal-Ħadd 30 ta' Lulju 2017.

Comments

Popular posts from this blog

Why I am dropping out of the Anti-ACTA protest

Like many avid internet users, I have followed with interest the debate about ACTA (Anti-Counterfeiting Trade Agreement). After reading numerous articles, watched sensational videos, and discussed ad nauseam with friends, I have realized that what I have come across is a campaign hi-jacked by lies, myths and misconceptions as to rival Malta's misinformed divorce referendum campaign. I have to say that the videos on Youtube   got me worried. I quickly signed the petition, joined the Anti-ACTA groups, and prepared myself for a full-blown fight against the big-governments who want to intrude on our privacy and freedom of expression. Like our MEP Edward Scicluna invited us to do in the University debate last Wednesday, I did not try to understand the details of ACTA but rather saw who the players behind it were. But as usual, my logical instincts took over, and his call to not try to understand ACTA actually pushed me to read the text. And here's what I now know: ACTA is ...

Who's the real monster?

I usually hate comparisons, but some very different reactions from the 'great unthinking' rabble do merit some analysis. In May this year, the notorious dog Star was found buried alive . A prima facie , this looked liked the most horrific case of animal cruelty, and is still considered so by some. The perpetrator was described by the sensitive and caring animal-lovers as a villain, a heartless monster, deserving of death, stoning, or even to be 'buried alive in the same manner'. But what did Mr. Vella actually do, according to the testimony heard in Court? Star was sick. It was shedding fur, and quite old already, and its owner did not afford the treatment. In trying to save some money from paying for the dog to be put to sleep and killed properly by vets, she gave it to Mr. Vella to have it killed himself. Nothing much to make people angry till now. Mercy-killing of very sick and suffering animals is widely done and usually a...

The Church and its riches

The above pictures has lately been doing rounds on facebook. Posted comments refer to injustice, hypocrisy, and of the Church not practising what it preaches. It seems it has become a common trend to blame the Church for everything under the sun. Hitting at the Church is the new way of looking cool. But before joining the bandwagon of shares, likes and comments, let me try to analyze the points this photo is trying to make. The first one: the Church is immensely rich. Well, it could be, but what do most of these riches constitute? Most of the Church's "riches" are fixed immovable assets, of which most are important human heritage. They can practically never be sold. Let's just say that the Pope sells all his adornments (provided anyone wants to buy them), maybe even Michelangelo's Pieta, and once we're at it , yes, maybe he should also sell the Sistine Chapel and have it converted to apartments. Then what? Apart from making UNESCO and the rest of human...