Skip to main content

Demokrazija fil-Prattika


L-elezzjoni ta’ Kap tal-Partit Nazzjonalista hija proċess demokratiku, u forsi l-aktar proċess demokratiku importanti, li jgħaddi minnu l-Partit.

Dan għaliex il-Kap tal-Partit huwa l-wiċċ tal-Partit, dik il-persuna li l-aktar tissimbolizza l-valuri u xi jfisser il-Partit Nazzjonalista. Huwa wkoll il-persuna li finalment ikun responsabbli għal ħafna mill-aktar deċiżjonijiet diffiċli u importanti li jkollu jieħu l-Partit, u li żgur li fix-xhur li ġejjin ħa jkollu ħafna minnhom hekk kif il-Partit Nazzjonalista jrid jiġi ristrutturat aħjar biex ikun magna elettorali aktar effiċjenti li eqreb għal dak li jkunu jridu n-nies u li jkun qed jolqothom direttament fil-laħam il-ħaj.

Tellieqa bħal din dejjem ħa toħloq kumbattiment ħaj, u li forsi jħalli xi ftit tal-feriti wkoll. Dan storikament ġara f’kull elezzjoni ta’ Kap ta’ Partit, kemm dawk tal-Partit Laburista u kemm dawk tal-Partit Nazzjonalista.

Din id-darba l-kumbattiment ħareġ aktar fil-pubbliku mis-soltu minħabba li għall-ewwel darba, għal din l-elezzjoni ser jivvutaw it-tesserati kollha. Dan minnu nnifsu huwa pass importanti li juri kemm il-Partit Nazzjonalista verament iġġedded f’dawn l-aħħar erba’ snin li kien kapaċi jagħmel bidla statutorja bħal din, u jiftaħ l-aktar proċess demokratiku importanti tiegħu għal dawk kollha li huma membri fil-Partit.

L-entużjażmu li urew in-nies matul din il-kampanja jimlini bit-tama. Kemm dawk li appoġġaw kandidat u kemm dawk li appoġġaw ieħor, urew li għandhom għal qalbhom il-Partit Nazzjonalista, jinteressahom minnu, jimpurtahom minnu, u jixtiequh iqum sew fuq saqajh biex jerġa’ jkun Partit rebbieħ li jista’ jagħmel il-ġid lil pajjiżna.

L-importanti hu li dan l-entużjażmu ma nħalluhx imut. Anzi, jitla’ min jitla’ għandna naraw li nżommuh ħaj. L-importanti hu li d-diżappunt ta’ dawk li ma jkunx tela’ l-kandidat favorit tagħhom, ma jdawruhx f’rabja għal Partit tagħna stess, imma jdawruh f’ħeġġa biex jgħinu lil min ikun Kap jegħleb l-isfida iebsa tal-avversarju politiku tagħna, avversarju organizzat, b’magna b’saħħitha, imma li lkoll nafu li qed jagħmel ħafna ħsara lil pajjiżna bil-metodi kriminali li qed iħaddem.

U allura importanti f’dan il-mument li nżommu quddiem għajnejna min hu l-vera avversarju tagħna. Aħna lkoll Nazzjonalisti, aħna lkoll nemmnu fid-diċenza u l-onestà politika. Aħna lkoll nemmnu fil-governanza tajba. U allura rridu nkomplu niġġieldu għal dawn il-valuri, li jridu jkunu l-valuri li jkomplu jiddistingwuna mill-Partit Laburista.

Għaldaqstant, nappella kemm lil kandidat li ser jirbaħ din it-tellieqa u jkun il-Kap il-ġdid tagħna, u kemm lil kandidat li ser jitlef, biex mal-ewwel jaħdmu biex ifejqu l-feriti li ser tkun ħalliet din it-tellieqa, biex mal-ewwel jaħdmu biex jerġa’ jingħaqad aktar minn qatt qabel il-Partit Nazzjonalista.


U nappella lin-Nazzjonalisti ġenwini kollha li qed jappoġġjaw kandidat jew ieħor: ftakru li minn nhar il-Ħadd irridu naħdmu lkoll flimkien biex nagħqdu, nistrutturaw u nirriġeneraw il-Partit tagħna, biex inkunu kapaċi nirbħu l-vera avversarju politiku tagħna u nwettqu l-missjoni politika tagħna. Mela f’dawn l-aħħar ftit ġranet ta’ din it-tellieqa għal Kap tal-Partit, ejja nnaqsu l-ostilità u nifhmu wkoll il-perspettiva ta' dawk li qed jappoġġjaw lil ħaddieħor. Għax minn nhar il-Ħadd irridu lkoll nerġgħu naħdmu id f'id, għal Partit Nazzjonalista, għal uliedna u għal pajjiżna.


Dan l-artiklu deher f' In-Nazzjon tal-Erbgħa 13 ta' Settembru 2017.

Comments

Popular posts from this blog

Why I am dropping out of the Anti-ACTA protest

Like many avid internet users, I have followed with interest the debate about ACTA (Anti-Counterfeiting Trade Agreement). After reading numerous articles, watched sensational videos, and discussed ad nauseam with friends, I have realized that what I have come across is a campaign hi-jacked by lies, myths and misconceptions as to rival Malta's misinformed divorce referendum campaign. I have to say that the videos on Youtube   got me worried. I quickly signed the petition, joined the Anti-ACTA groups, and prepared myself for a full-blown fight against the big-governments who want to intrude on our privacy and freedom of expression. Like our MEP Edward Scicluna invited us to do in the University debate last Wednesday, I did not try to understand the details of ACTA but rather saw who the players behind it were. But as usual, my logical instincts took over, and his call to not try to understand ACTA actually pushed me to read the text. And here's what I now know: ACTA is ...

Who's the real monster?

I usually hate comparisons, but some very different reactions from the 'great unthinking' rabble do merit some analysis. In May this year, the notorious dog Star was found buried alive . A prima facie , this looked liked the most horrific case of animal cruelty, and is still considered so by some. The perpetrator was described by the sensitive and caring animal-lovers as a villain, a heartless monster, deserving of death, stoning, or even to be 'buried alive in the same manner'. But what did Mr. Vella actually do, according to the testimony heard in Court? Star was sick. It was shedding fur, and quite old already, and its owner did not afford the treatment. In trying to save some money from paying for the dog to be put to sleep and killed properly by vets, she gave it to Mr. Vella to have it killed himself. Nothing much to make people angry till now. Mercy-killing of very sick and suffering animals is widely done and usually a...

Elezzjoni għal Viċi Kap

Nemmen li l-Partit Nazzjonalista jeħtieġ Viċi-Kap li jkompli jsaħħaħ il-proċess ta' tiġdid li għaddej minnu l-Partit stess, biex ikun jista' jkompli jwettaq il-bidliet pożittivi f'pajjiżna. Għalhekk kien ta' pjaċir għalija li nhar is-Sibt li għadda kont wieħed minn tal-ewwel li iffirmajt in-nomina ta' Dr. Simon Busuttil għal din il-kariga tant importanti. Nawguralu minn qalbi.