Skip to main content

Kap Ġdid


Bħal-lum ġimgħa l-Partit Nazzjonalista kien għadu kemm eleġġa Kap ġdid, lil Dr Adrian Delia. Kien mument storiku għal ħafna raġunijiet. L-ewwel nett kienet l-ewwel darba illi għall-elezzjoni tal-Kap, id-demokrazija infetħet għal eluf ta’ tesserati. Kien hemm mat-18,000 tesserat li kienu eleġibbli jivvutaw (oħrajn ma kienux eliġibbli għax ma kienux ilhom sentejn tesserati), u minn aktar minn 15,000 illi ġabru l-vot ivvutaw ammont straordinarju ta’ 95%. Bidla kbira fl-istatut illi kien imbutta l-Kap preċedenti stess Simon Busuttil.

Kienet ukoll l-ewwel darba illi l-Kap li eleġġa l-Partit Nazzjonalista ma kienx Membru Parlamentari, u l-ewwel darba illi Partit politiku f’Malta eleġġa Kap illi ma kien għadu qatt ikkontesta elezzjoni ġenerali.

Din l-elezzjoni qajmet reazzjonijiet differenti, u s-sit elettroniku lovinmalta.com ġabar dawn ir-reazzjonijiet f’artiklu intitolat “Malta Reacts To PN's New Leader” (link sħiħ ta’ dan l-artiklu hawnhekk https://lovinmalta.com/opinion/reactions/malta-reacts-to-pns-new-leader). U qasam dawn ir-reazzjonijiet f’kategoriji differenti.

Kellek lil dawk, li kienu fil-maġġoranza, li awguraw u ferħu lil Adrian Delia għal din ir-rebħa u għar-responsabbilità ġdida li daħal għaliha. Fosthom kien hemm diversi kandidati u Deputati tal-Partit Nazzjonalista, nies ġodda li ssieħbu mal-Partit Nazzjonalista f’dawn l-aħħar erba’ snin bħal Michael Briguglio, u ħafna u ħafna tesserati u partitarji Nazzjonalisti. Ħafna minn dawn ukoll użaw din l-opportunità biex jirringrazzjaw lil Chris Said għas-servizz illi dejjem ta lill-Partit mingħajr interessi tul dawn is-snin kollha.

Kien hemm pero’ oħrajn li esprimew diżappunt u rabja. Uħud kienu nies li dejjem ħassewhom komdi mal-Partit Nazzjonalista u li l-ewwel reazzjoni tagħhom kienet li l-Partit spiċċa, jew li issa daqshekk ħadmu għal Partit. Oħrajn kienu ħafna profili fażuli imbuttati min-nies imqabbda mill-Partit Laburista biex iżidu d-doża ta’ dan is-sentiment u jippruvaw iħajru Nazzjonalisti jagħmlu hekk. Din il-kategorija pero’ tidher li matul din il-ġimgħa tmewtet ħafna. Il-Kap il-ġdid mill-ewwel wera li lest ikompli l-ġlieda kontra l-korruzzjoni u favur il-governanza tajba, billi anke’ attenda għas-seduta l-Qorti nhar it-Tnejn li għadda, u allura beda jagħti risposta lil dawk id-diversi li kienu xettiċi jekk kienx ħa jkompli din il-ġlieda. U l-fatt li Chris Said ukoll awguralu u wegħdu l-appoġġ sħiħ tiegħu għenet mhux ftit biex jittaffew xi feriti li nfetħu matul din il-kampanja.

L-iktar reazzjoni assurda kienet dik ta’ Kurt Farrugia, il-Kap tal-Komunikazzjoni tal-Gvern, li fi tweet qal “Enter the sleazy and the criminals” (jidħlu l-korrotti u l-kriminali). Nesa s-Sur Farrugia li għandu tliet membri tal-Gvern tiegħu taħt investigazzjoni maġisterjali. Nesa li dawn inqabdu fil-fatt jaħslu l-flus u jieħdu l-commissions, u l-unika raġuni għala mhumiex arrestati huwa li ħatfu l-Korp u l-Kummissarju tal-Pulizija u mhux iħalluhom jagħmlu xogħolhom. Agħar minn hekk, is-Sur Farrugia nesa li fil-kariga tiegħu huwa mhu parti mill-ebda Partit imma hu impjegat tagħna lkoll. Kull Kap ta’ Komunikazzjoni ta’ Gvern passat żamm ‘il bogħod milli jitkellem fuq politika partiġġjana. Xi ħadd jiftakar lil Gordon Pisani jagħmel xi kummenti simili? Le. Imma Kurt Farrugia lanqas rispett lejn il-kariga li jokkupa ma għandu.

L-aħħar tip ta’ reazzjoni kienet ta’ dawk li appellaw għall-għaqda. Huwa importanti għal Partit Nazzjonalista li jibqa’ magħqud biex ikun jista’ jagħti sfida lill-Partit Laburista, jiddefendi d-demokrazija u l-istituzzjonijiet tagħha, iwettaq r-rwol Kostituzzjonali tiegħu ta’ Oppożizzjoni Parlamentari, u joffri tama lill-poplu ta’ kif l-affarijiet jistgħu jsiru aħjar. Fl-aħħar mill-aħħar, dan hu l-Partit li dejjem iġġieled għad-demokrazija. Issa rridu nagħtu l-eżempju u naċċettaw riżultat demokratiku ta’ bejnietna. U infatti, il-preżenza kbira ta’ nies fuq il-Fosos din il-ġimgħa, u l-ammont ta’ nies ġodda li ttesseraw mal-Partit, hija xhieda li dan l-appell qed jintlaqa’, u n-nies qed ikomplu jżidu l-entużjażmu għal Partit Nazzjonalista.


Dan l-artiklu deher fil-Mument tal-Ħadd 24 ta' Settembru 2017.

Comments

Popular posts from this blog

Who's the real monster?

I usually hate comparisons, but some very different reactions from the 'great unthinking' rabble do merit some analysis. In May this year, the notorious dog Star was found buried alive . A prima facie , this looked liked the most horrific case of animal cruelty, and is still considered so by some. The perpetrator was described by the sensitive and caring animal-lovers as a villain, a heartless monster, deserving of death, stoning, or even to be 'buried alive in the same manner'. But what did Mr. Vella actually do, according to the testimony heard in Court? Star was sick. It was shedding fur, and quite old already, and its owner did not afford the treatment. In trying to save some money from paying for the dog to be put to sleep and killed properly by vets, she gave it to Mr. Vella to have it killed himself. Nothing much to make people angry till now. Mercy-killing of very sick and suffering animals is widely done and usually acceptable. You may

Shema Yisrael, the cries of the Palestinian people

You live a peaceful life in a modest home. You've never bothered anyone and you've never caused trouble. Out of the blues, a group of people claim that they should live in your house. Why? Because they have been persecuted in a war, and they claim that some 5,000 years ago, their God had told them your home was their promised land. Somehow, the whole community agrees with their wishes, and asks you to grant them your spare-bedroom. You oblige. After a few months, they take the whole top-floor. In a few year's time, they take over your kitchen. After a few more years, they own your house and keep you and your family locked in the bathroom. They don't even allow you to get out, while they strip-search you the few times they do. Even if it's a medical emergency. Sometimes not even medical personnel and ambulances are allowed to see to your needs while your children die in your hands. Desperation starts hitting you. Life seems to offer no hopes. In moments

Why I am dropping out of the Anti-ACTA protest

Like many avid internet users, I have followed with interest the debate about ACTA (Anti-Counterfeiting Trade Agreement). After reading numerous articles, watched sensational videos, and discussed ad nauseam with friends, I have realized that what I have come across is a campaign hi-jacked by lies, myths and misconceptions as to rival Malta's misinformed divorce referendum campaign. I have to say that the videos on Youtube   got me worried. I quickly signed the petition, joined the Anti-ACTA groups, and prepared myself for a full-blown fight against the big-governments who want to intrude on our privacy and freedom of expression. Like our MEP Edward Scicluna invited us to do in the University debate last Wednesday, I did not try to understand the details of ACTA but rather saw who the players behind it were. But as usual, my logical instincts took over, and his call to not try to understand ACTA actually pushed me to read the text. And here's what I now know: ACTA is