Skip to main content

Valuri Ewropej Mibjugħa u Mixtrija (2)


Il-ġimgħa li għaddiet ktibt dwar l-istorja tal-“Azerbaijani Laundromat”, il-fond ta’ kważi €3 biljuni li nkixef li l-Azerbaijan kien juża’ biex jixtri politiċi u opinjonisti Ewropej u jaħsel il-flus.

Illum ħa nħares ftit fuq kif tissemma’ Malta f’din l-istorja. Fir-rapport li ħareġ spikka l-kumment tal-investigatur internazzjonali Burke Files, li qal li “jekk ħa taħsel il-flus, l-aħjar li ma tgħaddiehomx mir-Russja, Malta u l-Cayman Islands”, għax dawn il-pajjiżi jqanqlu suspett ta’ ħasil ta’ flus mill-ewwel. Dik hi r-reputazzjoni li ħadu s-servizzi finanzjarji f’pajjiżna.

Infatti fi storja li ħarġet din il-ġimgħa, is-sit maltatoday.com.mt ħareġ kif kienu madwar €440,000 minn dawn il-miljuni li nħaslu permezz ta’ kumpaniji reġistrati f’Malta, Vostok Media Exchange Ltd u Wise Holding Ltd, li għaddew dawn il-flus lil kumpaniji offshore reġistrati fir-Renju Unit.

L-aktar li tefa’ dell fuq pajjiżna pero’ huwa r-rapport li ħareġ is-sit civicsolidarity.org intitolat European Values Bought and Sold (Valuri Ewropej Mixtrija u Mibjugħa). Skont dan ir-rapport, Malta huwa partner kruċjali għal politiċi tal-Azerbaijan biex jaħbu flushom. Anzi, l-oligarki Azerbaijani jqisu lil Malta bħala waħda mill-provinċji tal-Azerbaijan!

Ir-rapport isemmi kif l-Ispeaker Anġlu Farrugia mexxa ħafna delegazzjonijiet lejn l-Azerbaijan biex josservaw l-elezzjonijiet, u dejjem faħħarhom bħalma għamel Lintner, b’kuntrast mal-NGOs li kienu jirrappurtaw frodi fl-għadd tal-voti u ksur tad-drittijiet tal-bniedem. Ir-rapport jistaqsi wkoll dwar iż-żmien taż-żjara ta’ Farrugia ftit ġranet biss wara li l-konsorzju ElectroGas, li minnu tagħmel parti l-kumpanija tal-Gvern tal-Azerbaijan Socar, iffirma l-kuntratt tal-power station tal-LNG.

Ir-rapport jistaqsi wkoll dwar ir-rabta ta’ Joe Debono Grech mal-Azerbaijan. Isemmi if fl-2009 ġie appuntat rapporteur fuq id-drittijiet tal-bniedem fl-Azerbaijan mill-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa minflok MP Norveġiż li kien magħruf għal kemm jiddefendi d-drittijiet tal-bniedem, u kif l-għajnuna lil Debono Grech ingħatat l-iktar mill-Azerbaijan u l-alleati tiegħu. Jistaqsi għala fl-2015 Debono Grech ma semma xejn fuq l-arrest tal-attivist Annar Mammadli, wara li kien hu stess li qajjem l-issue fl-2013, u kif iddefenda lil Aliyev fid-dibattiti għax qal li jekk jitlaq hu l-Azerbaijan jiġrilu bħal Libja u l-Iraq.  Debono jissemma wkoll li kien parti mill-manuvrar ta’ Volonte, Lintner u oħrajn biex ir-rapport fuq il-ksur tad-drittijiet tal-bniedem fl-Azerbaijan jiġi ivvutat kontra fl-Assemblea, u jgħid li sa minn Jannar 2013 kien hemm suspetti li Debono Grech qed jirċievi rigali mill-Azerbaijan.

Debono Grech ċaħad li hu qatt irċieva xi rigali mir-reġim tal-Azerbaijan.

Dawn l-istejjer pero’ reġgħu qajmu suspetti kbar hekk kif wieħed jiftakar li l-Gvern ta’ Muscat iffirma diversi kuntratti mal-Gvern tal-Azerbaijan, fosthom il-hedging tal-fuel li minnu intilfu miljuni ta’ Ewro, u tal-power station il-ġdida. Wieħed jiftakar ukoll li rapport tal-FIAU kien isemmi li diversi kontijiet ta’ persuni esposti politikament fl-Azerbaijan kienu inqabdu miżmuma mill-Pilatus Bank, u li l-whistleblower Russa kienet żvelat li kienu għaddew transazzjonijiet ta’ miljuni kbar minn kontijiet marbutin mal-President Aliyev lejn il-kumpanija Egrant, li hi allegat li hija ta’ Michelle Muscat.

Wieħed jittama li xi darba tinkixef l-istorja kollha ta’ kif dawn l-oligarki u nies fil-poter qed jisirquna ħajjin waqt li aħna naħdmu u nħallsu t-taxxi biex inkunu nistgħu ngħixu ħajja diċenti.



Dan l-artiklu deher fil-Mument tal-Ħadd 17 ta' Settembru 2017.

Comments

Popular posts from this blog

Why I am dropping out of the Anti-ACTA protest

Like many avid internet users, I have followed with interest the debate about ACTA (Anti-Counterfeiting Trade Agreement). After reading numerous articles, watched sensational videos, and discussed ad nauseam with friends, I have realized that what I have come across is a campaign hi-jacked by lies, myths and misconceptions as to rival Malta's misinformed divorce referendum campaign. I have to say that the videos on Youtube   got me worried. I quickly signed the petition, joined the Anti-ACTA groups, and prepared myself for a full-blown fight against the big-governments who want to intrude on our privacy and freedom of expression. Like our MEP Edward Scicluna invited us to do in the University debate last Wednesday, I did not try to understand the details of ACTA but rather saw who the players behind it were. But as usual, my logical instincts took over, and his call to not try to understand ACTA actually pushed me to read the text. And here's what I now know: ACTA is ...

Who's the real monster?

I usually hate comparisons, but some very different reactions from the 'great unthinking' rabble do merit some analysis. In May this year, the notorious dog Star was found buried alive . A prima facie , this looked liked the most horrific case of animal cruelty, and is still considered so by some. The perpetrator was described by the sensitive and caring animal-lovers as a villain, a heartless monster, deserving of death, stoning, or even to be 'buried alive in the same manner'. But what did Mr. Vella actually do, according to the testimony heard in Court? Star was sick. It was shedding fur, and quite old already, and its owner did not afford the treatment. In trying to save some money from paying for the dog to be put to sleep and killed properly by vets, she gave it to Mr. Vella to have it killed himself. Nothing much to make people angry till now. Mercy-killing of very sick and suffering animals is widely done and usually a...

The Church and its riches

The above pictures has lately been doing rounds on facebook. Posted comments refer to injustice, hypocrisy, and of the Church not practising what it preaches. It seems it has become a common trend to blame the Church for everything under the sun. Hitting at the Church is the new way of looking cool. But before joining the bandwagon of shares, likes and comments, let me try to analyze the points this photo is trying to make. The first one: the Church is immensely rich. Well, it could be, but what do most of these riches constitute? Most of the Church's "riches" are fixed immovable assets, of which most are important human heritage. They can practically never be sold. Let's just say that the Pope sells all his adornments (provided anyone wants to buy them), maybe even Michelangelo's Pieta, and once we're at it , yes, maybe he should also sell the Sistine Chapel and have it converted to apartments. Then what? Apart from making UNESCO and the rest of human...