Skip to main content

Daphne ma nqatlitx ilbieraħ



Daphne ma nqatlitx ilbieraħ.

Daphne inqatlet meta esponiet traffikanti tad-droga, bil-provi u bir-ritratti tagħhom, u dawn flok ġew arrestati sabu Gvern jgħattilhom. Għax il-papa kien midħla tal-Partit. Għax kien ħabib tal-Ministru.

Daphne inqatlet meta esponiet korruzzjoni fil-Korp tal-Pulizija, meta esponiet spetturi u kuntistabbli li kienu kompliċi mal-kriminali, u dawn flok tkeċċew sabu Gvern li jtihom il-promotions. Anzi, min minnhom kien laħaq tkeċċa qabel, sab Gvern li reġa' daħħlu lura.

Daphne inqatlet meta esponiet bil-provi każi ta' ħasil ta' flus fuq livell internazzjonali, minn reġimi dittatorjali, u l-Kummissarju, l-Avukat Ġenerali, u l-politiċi tagħna, flok ħadu passi raw kif għamlu biex l-evidenza tinqered jew titħalla taħrab.

Daphne inqatlet meta l-Avukat Ġenerali u tliet Kummissarji tal-Pulizija in fila, raw quddiemhom il-provi ta' kriminalita' organizzata min-nies fil-poter, u għalqu ħalqhom u m'għamlu xejn.

Daphne inqatlet meta l-politiċi tagħna ħallew Korp tal-Pulizija jitnawwar, li kif qal tajjeb Manuel Delia, "kien kapaċi jibgħat il-muturi biex il-mara tal-Prim Ministru tasal 5 minuti qabel għand tad-dwiefer, imma ma kienx kapaċi jipproteġi l-aħħar difensur tad-demokrazija tagħna."

Daphne inqatlet meta esponiet politiċi korrotti u maħmuġa, u aħna flok ma bżaqna fuqhom, ċapċapnielhom, tajniehom l-istanding ovations, u tellajniehom b'aktar voti minn qabel.

Daphne inqatlet meta dawn il-politiċi korrotti u kriminali, sabu Parlament jiddefendiehom flok jikkundannahom.

Daphne inqatlet meta min kien responsabbli mid-demokrazija tagħna, qered l-istituzzjonijiet li suppost jipproteġuna għal gwadann personali tiegħu, u flok indirizza l-problemi li esponiet, attakka lill-messaġġiera. Sa ma l-attakk sar ta' veru.

Daphne inqatlet meta ftit ftit, ħallejna Gvern jinnormalizza l-korruzzjoni u l-kriminalita', anzi jippremjaha, flok ma jieħu passi fuqha. Sa ma l-kriminali ħassewhom komdi biżżejjed li mhux huma l-ħżiena imma min qed jikxifhom.

Daphne ma nqatlitx minn bomba. Daphne inqatlet minn Stat li falla. U minn kull wieħed u waħda minna li konna lesti nagħlqu għajnejna għal dan kollu. Għax il-but kien sejjer tajjeb. Għax konna komdi. Għax ir-rota qed iddur. Għax fil-verita', għalkemm ma rridux nammettu, morna lura flok 'il quddiem. Għax jekk qabel għal ħabba konna nqaxxru qamla, illum għal ewro lesti nħallu pajjiż jinqered. Anzi, konna lesti nħallu lil xi ħadd minn ħutna jmut.

English translation of this blogpost is available at this link.



Comments

Popular posts from this blog

Elezzjoni għal Viċi Kap

Nemmen li l-Partit Nazzjonalista jeħtieġ Viċi-Kap li jkompli jsaħħaħ il-proċess ta' tiġdid li għaddej minnu l-Partit stess, biex ikun jista' jkompli jwettaq il-bidliet pożittivi f'pajjiżna. Għalhekk kien ta' pjaċir għalija li nhar is-Sibt li għadda kont wieħed minn tal-ewwel li iffirmajt in-nomina ta' Dr. Simon Busuttil għal din il-kariga tant importanti. Nawguralu minn qalbi.

Why I am dropping out of the Anti-ACTA protest

Like many avid internet users, I have followed with interest the debate about ACTA (Anti-Counterfeiting Trade Agreement). After reading numerous articles, watched sensational videos, and discussed ad nauseam with friends, I have realized that what I have come across is a campaign hi-jacked by lies, myths and misconceptions as to rival Malta's misinformed divorce referendum campaign. I have to say that the videos on Youtube   got me worried. I quickly signed the petition, joined the Anti-ACTA groups, and prepared myself for a full-blown fight against the big-governments who want to intrude on our privacy and freedom of expression. Like our MEP Edward Scicluna invited us to do in the University debate last Wednesday, I did not try to understand the details of ACTA but rather saw who the players behind it were. But as usual, my logical instincts took over, and his call to not try to understand ACTA actually pushed me to read the text. And here's what I now know: ACTA is ...

Who's the real monster?

I usually hate comparisons, but some very different reactions from the 'great unthinking' rabble do merit some analysis. In May this year, the notorious dog Star was found buried alive . A prima facie , this looked liked the most horrific case of animal cruelty, and is still considered so by some. The perpetrator was described by the sensitive and caring animal-lovers as a villain, a heartless monster, deserving of death, stoning, or even to be 'buried alive in the same manner'. But what did Mr. Vella actually do, according to the testimony heard in Court? Star was sick. It was shedding fur, and quite old already, and its owner did not afford the treatment. In trying to save some money from paying for the dog to be put to sleep and killed properly by vets, she gave it to Mr. Vella to have it killed himself. Nothing much to make people angry till now. Mercy-killing of very sick and suffering animals is widely done and usually a...