Skip to main content

Għada min rah?




Hekk issib min jirraġuna. Gawdi illum, aħseb għal-lum, imbagħad għada naraw! Pero’ ħafna minna naqblu li dan mhux l-aktar mod għaqli li tirraġuna bih. Speċjalment fejn tidħol tmexxija, ibda minn entità żgħira bħal familja, u aktar u aktar fit-tmexxija ta’ pajjiż sħiħ.

Iżda jidher li dan huwa l-mod li bih il-Gvern qed jirraġuna. Għal darb’oħra erġajna assistejna għal budget li għalkemm fih numru ta’ miżuri tajbin, huma miżuri li jroxxu ftit ‘l hawn u ftit ‘l hemm, mingħajr ebda pjan fit-tul fl-oqsma l-aktar importanti.

Fost l-oħrajn fit-traffiku t-trasport. Smajna b’xi proġetti infrastrutturali (wara nuqqas ta’ investiment infrastrutturali għal erba’ snin sħaħ), iżda l-ebda pjan fit-tul ta’ kif ħa ntaffu l-problemi tat-traffiku. Billi nirranġaw it-toroq u ntaffu l-problema għal ftit żmien ieħor, maħniex insolvu l-problema. Hemm bżonn investimenti u bidliet radikali. Nieħu pjaċir li l-Gvern ser iwettaq proposta li l-Oppożizzjoni “negattiva” kienet għamlet snin ilu u issa ser jipprovdi trasport b’xejn lill-istudenti tal-iskejjel kollha. Pero’ xtaqt li nara l-Gvern jibda bl-ewwel pjanijiet ta’ proposta oħra li għamlet l-Oppożizzjoni biex intaffu l-problema għal għaxar, għoxrin sena oħra: dik ta’ metodu ta’ mass transit effiċjenti bħal light railway jew metro. Hekk jew hekk jidher li dawn il-proposti “negattivi” wara ftit snin qed isiru jogħġbuh.

L-istess nuqqas ta’ ppjanar jidher fl-edukazzjoni. Bħalissa hawn kriżi sħiħa fis-settur tal-għalliema, li qed ibatu minn kundizzjonijiet ħżiena u pagi medjokri. Xi smajna biex jiġi indirizzat dan is-settur? Xejn. L-istess dwar il-bini ta’ skejjel ġodda, f’dan il-budget erġajna smajna li ser jinbnew l-istess tliet skejjel li smajna bihom is-sena l-oħra. Is-sena l-oħra smajna b’Marsaskala, San Pawl il-Baħar u r-Rabat (Għawdex). Din is-sena smajna b’Wied il-Għajn, il-Qawra u r-Rabat (Għawdex). Gustuż dal-Gvern hux? U dak l-“investiment kbir” fl-edukazzjoni tal-Università Amerikana? Dak li kellu jibda jilqa’ l-istudenti xahar ilu? Xi ħadd sema’ xi ħaġa oħra fuqu u f’hiex waslu?

L-istess fis-saħħa. Erġajna smajna bl-istess żewġ ċentri tas-saħħa li semma’ s-sena l-oħra, dawk ta’ Raħal Ġdid u Ħal Kirkop. Kultant nistaqsi f’kemm-il budget irid jissemma’ proġett biex forsi fl-aħħar jara d-dawl tax-xemx. U l-“akbar investiment” fis-saħħa tal-Vitals? Dawk li ma nafux x’fih il-kuntratt u min hemm warajhom, u li kulma nafu hu li rridu ntuhom €70 miljun fis-sena għat-30 sena li ġejjin? Dawk telqulhom iż-żewġ diriġenti prinċipali tagħhom. Tgħid għaliex? U għaliex għadna ma rajna xejn mis-suppost investiment li dawn qed jagħmlu fi tliet sptarijiet prinċipali tagħna?

Nuqqas ta’ ppjanar f’dawk li huma pensjonijiet. Ħa nsolvu r-risku ta’ faqar għal pensjonanti b’€2 fil-ġimgħa? U l-ħaddiem ħa ntaffulu l-għoli tal-ħajja b’€1.75? Qed jaħdem tajjeb dan il-mekkaniżmu tal-COLA? Qed jikkunsidra l-inflazzjoni għolja tal-ikel u ż-żidiet qawwija fil-prezzijiet tal-kera? Jew is-surplus mhux għal kulħadd qiegħed?

Fuq livell aktar globali, in-nuqqas ta’ ppjanar jidher ċar mill-insostennibilità tal-mudell ta’ tkabbir ekonomiku li qed nadottaw. L-ekonomija qed tikber għax qed jiżdiedu n-numru ta’ ħaddiema, u mhux għax qed jogħlew il-pagi. Il-pagi tagħna qed jogħlew b’rata li hi t-terz ta’ kemm kienu jogħlew fi żmien Gvern Nazzjonalista fi żmien ta’ riċessjoni. Imma pajjiżna, kemm jiflaħ jibqa’ jżid il-ħaddiema u l-popolazzjoni, partikolarment bl-immigrazzjoni ta’ ħaddiema barranin, biex ikabbar l-ekonomija? Meta ser niftakru li għada xi ħadd ħa jarah, u ħa naslu f’punt fejn il-pajjiż kemm infrastrutturalment, u anke’ mil-lat soċjali u ta’ kwalità ta’ ħajja, ma jkunx jiflaħ aktar iffullar? U allura, meta ser nibdew nippjanaw setturi ekonomiċi ġodda li jħallsu pagi aħjar biex flok l-ekonomija tikber biss biż-żieda fil-popolazzjoni, tibda tikber għax naqilgħu aktar?

Minn dan l-aspett il-Gvern m’għandu l-ebda pjan. Bħalma dejjem għamilna, aħna lesti noffru l-id tal-ħbiberija u naqblu fuq miri strateġiċi biex pajjiżna jimxi ‘l quddiem. Issa sta għal Gvern kemm lest jibqa’ jwebbes rasu, jittimbra lil kulmin jikkritikah b’mod kostruttiv bħala “negattiv”, u jaħseb biss fil-lum. Imma għada, aħna jew uliedna għad narawh, u għad niġġudikaw dak li qed isir illum fuq is-sitwazzjoni li nsibu ruħna fiha.


Dan l-artiklu deher f' In-Nazzjon tal-Erbgħa 11 t' Ottubru 2017.

Comments

Popular posts from this blog

Who's the real monster?

I usually hate comparisons, but some very different reactions from the 'great unthinking' rabble do merit some analysis. In May this year, the notorious dog Star was found buried alive . A prima facie , this looked liked the most horrific case of animal cruelty, and is still considered so by some. The perpetrator was described by the sensitive and caring animal-lovers as a villain, a heartless monster, deserving of death, stoning, or even to be 'buried alive in the same manner'. But what did Mr. Vella actually do, according to the testimony heard in Court? Star was sick. It was shedding fur, and quite old already, and its owner did not afford the treatment. In trying to save some money from paying for the dog to be put to sleep and killed properly by vets, she gave it to Mr. Vella to have it killed himself. Nothing much to make people angry till now. Mercy-killing of very sick and suffering animals is widely done and usually acceptable. You may

Shema Yisrael, the cries of the Palestinian people

You live a peaceful life in a modest home. You've never bothered anyone and you've never caused trouble. Out of the blues, a group of people claim that they should live in your house. Why? Because they have been persecuted in a war, and they claim that some 5,000 years ago, their God had told them your home was their promised land. Somehow, the whole community agrees with their wishes, and asks you to grant them your spare-bedroom. You oblige. After a few months, they take the whole top-floor. In a few year's time, they take over your kitchen. After a few more years, they own your house and keep you and your family locked in the bathroom. They don't even allow you to get out, while they strip-search you the few times they do. Even if it's a medical emergency. Sometimes not even medical personnel and ambulances are allowed to see to your needs while your children die in your hands. Desperation starts hitting you. Life seems to offer no hopes. In moments

Why I am dropping out of the Anti-ACTA protest

Like many avid internet users, I have followed with interest the debate about ACTA (Anti-Counterfeiting Trade Agreement). After reading numerous articles, watched sensational videos, and discussed ad nauseam with friends, I have realized that what I have come across is a campaign hi-jacked by lies, myths and misconceptions as to rival Malta's misinformed divorce referendum campaign. I have to say that the videos on Youtube   got me worried. I quickly signed the petition, joined the Anti-ACTA groups, and prepared myself for a full-blown fight against the big-governments who want to intrude on our privacy and freedom of expression. Like our MEP Edward Scicluna invited us to do in the University debate last Wednesday, I did not try to understand the details of ACTA but rather saw who the players behind it were. But as usual, my logical instincts took over, and his call to not try to understand ACTA actually pushed me to read the text. And here's what I now know: ACTA is