Skip to main content

Il-Ġurnalisti huma t-tarka tiegħek



Wara l-qtil brutali tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, intqal ħafna dwar ir-rwol tal-ġurnalisti f’demokrazija, dwar il-protezzjoni li jistħoqqilhom, dwar id-dmirijiet li għandhom u dwar il-libertà li għandhom igawdu, u dwar l-ambjent sikur u mhux ostili li għandhom iħossuhom qed jaħdmu fih.

U għalfejn dan kollu? Għax il-ġurnalist jiddefendik.

Int mintix Ministru… dawk jiddeċiedu dwar il-futur tiegħek u ta’ uliedek la darba jinħatru fil-kariga.

Mintix Membru Parlamentari…dawk jilleġislaw u jitkellmu f’ismek fil-Parlament.

Mintix maġistrat jew imħallef…. dawk jaqtgħu s-sentenzi skont il-liġi.

Imma l-affarijiet mhux dejjem jimxu hekk, u l-istituzzjonijiet mhux dejjem jaħdmu kif suppost. Min jiddeċiedi għalik, ġieli jiddeċiedi x’ħa jakkwista għalih. Min jilleġisla f’ismek, ġieli jkollu kunflitti biex jara kif ħa jmur aħjar hu u mhux il-pajjiż. U min jaqta’ s-sentenzi, ġieli wkoll ma mexiex kif suppost.

U waqt li f’pajjiż normali suppost ikun hemm tmexxija serja tal-Pulizija li tinvestiga kollox mingħajr kantunieri, din ukoll mhux dejjem tkun hekk.

U f’dak il-każ, int iċ-ċittadin, li darba kull ħames snin tiġi d-daqqa tiegħek u tintalab tagħżel min ser ikompli jmexxik, int li jkollok il-poter tal-pajjiż f’idejk, f’dak il-lapes u f’dik il-karta, dik id-darba f’ħames snin, kif ser tkun taf x’qed jiġri? Kif ser tkun taf min qed jilagħbek, min qed jgħaddi ż-żmien bik, min qed iwegħdek mod u jwettaq mod ieħor, jekk mhux grazzi għall-ġurnaliżmu? Speċjalment ġurnaliżmu investigattiv, u mhux ġurnaliżmu tradizzjoni li sempliċi jirrapporta dak li jgħidulu.

Forsi dipressanti l-ħsieb li int, bħala ċittadin, għalkemm sovran u liberu, tista’ titkellem biss darba kull ħames snin imbagħad tittama li f’dawk il-ħames snin min qed imexxi jara l-interessi tiegħek u mhux tiegħu.

Imma huwa aktar dipressanti l-ħsieb illi kieku mhux għal ġurnaliżmu investigattiv inti lanqas biss tkun taf b’dan, u titħalla tagħżel fil-għama. Il-ġurnalist ġenwin jinvestiga dan kollu u jinfurmak. Jipprovdilek l-għodda, imbagħad iħallik fil-libertà li tifforma opinjoni u tagħmel id-deċiżjoni tiegħek. Jpoġġik verament sovran billi jtik f’idejk il-fatti li kieku kienu jibqgħu moħbija minnek. Il-ġurnalist huwa l-uniku widna tiegħek f’soċjetà li aktar u aktar qed tipprova taħbilek. U xi drabi, biex jagħtik das-servizz, ipoġġi ħajtu għar-riskju.

Għax xi drabi l-verità hija inkonvenjent għal min jipprova joħnoqha. Imma m’għandux ikun hekk. Għax suppost fil-pajjiż hemm forzi u awtoritajiet li għandhom jaġixxu waħedhom biex jiddefenduk minn dawn l-abbużi. U l-fatt waħdu li ġurnalist ikollu jpoġġi ħajtu hu fil-periklu huwa sinjali li xi ħaġa mhix qed taħdem sew.

Ħadd aktar ma jpoġġi liċ-ċittadin qablu nnifsu, u propju għalhekk il-ġurnalist għandna nqisuh bħala t-tarka tagħna ċ-ċittadini.

Permezz tal-ġurnalist, int għandek il-lussu li ssir taf aktar dwar l-istess politikanti li tant kont taħlef fuqhom. Taraha kif taraha, l-ġurnalist jgħinek. Trid tkun għaref biżżejjed li tagħżel informazzjoni minn oħra, biex tibni l-istampa sħiħa, għax kull ġurnalist jaf ikollu perspettiva limitat jew saħansitra aġenda tiegħu, pero’ kull biċċa informazzjoni tista’ tgħinek tara l-istampa kollha.

Prova biss immaġina pajjiż bla ġurnalisti li jikxfu l-għawwar tal-mexxejja, jew li jibżgħu jinfurmawk. X’arma jkollok int, biex tiddeċiedi l-aħjar rotta għall-futur tiegħek? Min se jaqbez għalik kontra l-inġustizzji jekk il-mexxejja jkunu dawk li qed iwettquhom?

Għalhekk, il-ġurnaliżmu huwa meqjus bħala r-raba’ pilastru tad-demokrazija. Għax huwa l-għajn miftuħa fuq it-tliet pilastri l-oħra. Għax huwa l-wens li jmur bl-informazzjoni għandu min isir jaf b’ċertu affarijiet imma ma jafdax lil min jista’ jgħaddieha.

U għalhekk huwa importanti li din l-aħħar tarka tiegħek, dan l-akbar sors ta’ informazzjoni tiegħek, ikun imħares u protett, u mħolli jagħmel xogħolu b’serenità.

U għalhekk huwa importanti li dan ma jsirx biss bil-paroli u bil-liġijiet, imma anke’ bil-mod kif jaġixxu mal-ġurnalisti l-politiċi. Ma rridux naraw aktar politiċi li jinjoraw il-mistoqsijiet tal-ġurnalisti, li jitolbu l-mistoqsijiet b’email għax ikunu jridu jduru mat-tweġiba, li jagħtu daharhom lill-ġurnalisti, li saħansitra jiddemonizzawhom meta dawn jagħmlu mistoqsijiet skomdi.

Il-politiċi jridu jimxu bl-eżempju. U l-ġurnalisti għandhom ikunu mħarsa, protetti, u liberi jagħmlu xogħolhom mingħajr xkiel.


Hekk biss ngħixu f’demokrazija vera.


Dan l-artiklu deher f'In-Nazzjon tal-Erbgħa 22 ta' Novembru 2017.

Comments

Popular posts from this blog

Why I am dropping out of the Anti-ACTA protest

Like many avid internet users, I have followed with interest the debate about ACTA (Anti-Counterfeiting Trade Agreement). After reading numerous articles, watched sensational videos, and discussed ad nauseam with friends, I have realized that what I have come across is a campaign hi-jacked by lies, myths and misconceptions as to rival Malta's misinformed divorce referendum campaign. I have to say that the videos on Youtube   got me worried. I quickly signed the petition, joined the Anti-ACTA groups, and prepared myself for a full-blown fight against the big-governments who want to intrude on our privacy and freedom of expression. Like our MEP Edward Scicluna invited us to do in the University debate last Wednesday, I did not try to understand the details of ACTA but rather saw who the players behind it were. But as usual, my logical instincts took over, and his call to not try to understand ACTA actually pushed me to read the text. And here's what I now know: ACTA is ...

Who's the real monster?

I usually hate comparisons, but some very different reactions from the 'great unthinking' rabble do merit some analysis. In May this year, the notorious dog Star was found buried alive . A prima facie , this looked liked the most horrific case of animal cruelty, and is still considered so by some. The perpetrator was described by the sensitive and caring animal-lovers as a villain, a heartless monster, deserving of death, stoning, or even to be 'buried alive in the same manner'. But what did Mr. Vella actually do, according to the testimony heard in Court? Star was sick. It was shedding fur, and quite old already, and its owner did not afford the treatment. In trying to save some money from paying for the dog to be put to sleep and killed properly by vets, she gave it to Mr. Vella to have it killed himself. Nothing much to make people angry till now. Mercy-killing of very sick and suffering animals is widely done and usually a...

The Church and its riches

The above pictures has lately been doing rounds on facebook. Posted comments refer to injustice, hypocrisy, and of the Church not practising what it preaches. It seems it has become a common trend to blame the Church for everything under the sun. Hitting at the Church is the new way of looking cool. But before joining the bandwagon of shares, likes and comments, let me try to analyze the points this photo is trying to make. The first one: the Church is immensely rich. Well, it could be, but what do most of these riches constitute? Most of the Church's "riches" are fixed immovable assets, of which most are important human heritage. They can practically never be sold. Let's just say that the Pope sells all his adornments (provided anyone wants to buy them), maybe even Michelangelo's Pieta, and once we're at it , yes, maybe he should also sell the Sistine Chapel and have it converted to apartments. Then what? Apart from making UNESCO and the rest of human...