Skip to main content

M’għadhomx Jafdawna




L-effetti tal-assassinju brutali ta’ Daphne Caruana Galizia għadu jiddomina mhux biss ix-xena nazzjonali, imma anke’ dik dinjija b’mod partikolari dik Ewropea. Kulħadd issa hu konxju u qed jara b’għajnejh fejn wassalna l-kollass tal-istituzzjonijiet u l-kultura tal-impunità li rajna tiġi kkultivatha u imbuttatha f’dawn l-aħħar snin.

Il-ġimgħa l-oħra rajna kif il-ġurnali u siti barranin qed jirreferu għal Malta bħala “Mafia State” u bħala demokrazija li teżisti biss fuq il-karta imma mhux fil-prattika. Din il-ġimgħa din ir-reputazzjoni wasslet biex grupp ta’ tmien organizzazzjonijiet tal-aħbarijiet ta’ livell internazzjonali jitolbu l-istituzzjonijiet Ewropej biex jinvestigaw huma l-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia. Għaliex? Għax bħal poplu Malti, mhumiex jafdaw it-tmexxija tal-Korp tal-Pulizija u l-istituzzjonijiet tagħna.

F’ittra ċara lill-Kummissjoni Ewropea, dawn qed jgħidu li l-qtil ta’ Daphne, flimkien man-nuqqasijiet strutturali li l-Kummissjoni diġa’ identifikat, juru l-bżonn ta’ investigazzjoni fuq l-istat tal-indipendenza u l-libertà tal-media f’Malta. Talbu li l-Kummissjoni tidħol fi djalogu urġenti mal-Gvern Malti biex tagħmillu ċara x’inhuma l-obbligazzjonijiet tagħna bħala membru tal-Unjoni Ewropea fejn jidħlu s-saltna tad-dritt u l-libertà tal-espressjoni.

Jgħidu wkoll li l-qtil ta’ Daphne juri l-perikli li qegħdin fihom il-ġurnalisti meta jfittxu l-verità, u juri l-biża’ li għandhom il-korrotti u dawk fil-poter milli xi ħadd jikxifhom.

Iżidu li għajnejn l-Ewropa qegħdin fuq l-awtoritajiet Maltin. Hemm bżonn li jingħataw ir-risposti u li l-ħatja jiġu proċessati. Iridu li dawk li kienu “direttament jew indirettament” responsabbli ta’ dan il-qtil jinġiebu quddiem il-ġustizzja, u li l-problemi strutturali li hemm fl-istituzzjonijiet Maltin jiġu indirizzati.

Il-firmatarji ta’ din l-ittra huma Katharine Viner (editor-in-chief tal-ġurnal The Guardian), Dean Baquet (direttur eżekuttiv ta’ New York Times), Jérôme Fenoglio (direttur ta’ Le Monde), James Harding (direttor tal-aħbarijiet u ġrajjiet kurrenti tal-BBC), Wolfgang Krach (mis-Süddeutsche Zeitung), Lionel Barber (mill-Financial Times), Mario Calabresi (minn La Repubblica) u Antonio Caño (minn El Pais). L-aħbar tista’ tinqara online fis-siti tagħhom kollha (fosthom fis-sit https://www.theguardian.com/media/2017/nov/02/world-media-chiefs-call-for-eu-inquiry-into-maltese-journalists).

Ironikament, waqt li dawn l-organizzazzjonijiet internazzjonali kollha, flimkien mas-soċjetà ċivili u l-Partit Nazzjonalista, qegħdin jitolbu lill-Gvern biex nibdew nindirizzaw il-problemi li hemm fl-istituzzjonijiet tagħna, il-Gvern u b’mod partikolari l-Prim Ministru Joseph Muscat għadhom jistqarru li m’hawnx problemi. Li l-istituzzjonijiet qed jiffunzjonaw. Li kulħadd qed jagħmel xogħolu. Li kulħadd negattiv, minbarra l-Gvern Malti.

Huwa ċar li l-Gvern qed jiġġieled għall-istatus quo. Biex kollox jibqa’ kif inhu. Biex ma tmurx ikun hemm xi Kummissarju u Avukat Ġenerali li ma jkunux pupazzi tiegħu u jfettilhom jieħdu azzjoni fuq il-każi ta’ korruzzjoni gravi li għandhom jistennew quddiemhom.

Mill-banda l-oħra, fil-Parlament il-ġimgħa l-oħra, fuq talba tal-Oppożizzjoni stess li l-Gvern għall-ewwel ma laqax, ġew diskussi dawn il-materji bħala materji ta’ natura nazzjonali urġenti. Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia mar fil-Parlament b’numru ta’ proposti, ta’ x’jista’ jagħmel il-Parlament minn din il-ġimgħa, x’jista’ jbiddel fis-sitt xhur li ġejjin, u kif għandu jwassal għal bdil Kostituzzjonali fi żmien sentejn. Pjan li jagħti lin-nies ftit tama, ftit wens, li dal-pajjiż ħa joħroġ minn dan il-mument iżjed b’saħħtu.

Iżda x’sab? Sab Gvern għal kollox negattiv, li ma laqa’ l-ebda proposta u li għadu jgħid li m’hemm bżonn ibiddel xejn.

Inħalli f’idejn il-poplu jiġġudika min qed ikun verament pożittiv u proposittiv, u min qed ikun negattiv. Inħalli f’idejn il-poplu jiġġudika jekk hux veru li kulħadd qed jagħmel xogħolu u jekk hux veru li m’hemm bżonn l-ebda riformi. Pero’ mhux għajnejn il-poplu biss hemm fuq il-politiċi din id-darba. Hemm għajnejn id-dinja wkoll. U jekk inkomplu nwieġbu għal dan il-mument b’dan il-mod ħażin, ir-reputazzjoni ta’ Malta ser tkompli tieħu daqqa kbira ‘l isfel.



Dan l-artiklu deher fil-Mument tal-Ħadd 12 ta' Novembru 2017.

Comments

Popular posts from this blog

Who's the real monster?

I usually hate comparisons, but some very different reactions from the 'great unthinking' rabble do merit some analysis. In May this year, the notorious dog Star was found buried alive . A prima facie , this looked liked the most horrific case of animal cruelty, and is still considered so by some. The perpetrator was described by the sensitive and caring animal-lovers as a villain, a heartless monster, deserving of death, stoning, or even to be 'buried alive in the same manner'. But what did Mr. Vella actually do, according to the testimony heard in Court? Star was sick. It was shedding fur, and quite old already, and its owner did not afford the treatment. In trying to save some money from paying for the dog to be put to sleep and killed properly by vets, she gave it to Mr. Vella to have it killed himself. Nothing much to make people angry till now. Mercy-killing of very sick and suffering animals is widely done and usually acceptable. You may

Shema Yisrael, the cries of the Palestinian people

You live a peaceful life in a modest home. You've never bothered anyone and you've never caused trouble. Out of the blues, a group of people claim that they should live in your house. Why? Because they have been persecuted in a war, and they claim that some 5,000 years ago, their God had told them your home was their promised land. Somehow, the whole community agrees with their wishes, and asks you to grant them your spare-bedroom. You oblige. After a few months, they take the whole top-floor. In a few year's time, they take over your kitchen. After a few more years, they own your house and keep you and your family locked in the bathroom. They don't even allow you to get out, while they strip-search you the few times they do. Even if it's a medical emergency. Sometimes not even medical personnel and ambulances are allowed to see to your needs while your children die in your hands. Desperation starts hitting you. Life seems to offer no hopes. In moments

Why I am dropping out of the Anti-ACTA protest

Like many avid internet users, I have followed with interest the debate about ACTA (Anti-Counterfeiting Trade Agreement). After reading numerous articles, watched sensational videos, and discussed ad nauseam with friends, I have realized that what I have come across is a campaign hi-jacked by lies, myths and misconceptions as to rival Malta's misinformed divorce referendum campaign. I have to say that the videos on Youtube   got me worried. I quickly signed the petition, joined the Anti-ACTA groups, and prepared myself for a full-blown fight against the big-governments who want to intrude on our privacy and freedom of expression. Like our MEP Edward Scicluna invited us to do in the University debate last Wednesday, I did not try to understand the details of ACTA but rather saw who the players behind it were. But as usual, my logical instincts took over, and his call to not try to understand ACTA actually pushed me to read the text. And here's what I now know: ACTA is