Skip to main content

Ħsibijiet: Pilatus, il-Faqar u l-Vot Elettroniku



Il-liċenzja tal-Bank Pilatus


Fuq is-sit soċjali Twitter, il-Membru Parlamentari Ewropew Nazzjonalista David Casa talab lill-Awtorità Maltija MFSA biex tirrevoka l-liċenzja tal-Bank Pilatus, il-Bank involut fl-inkjesta Egrant, u li kien inqabad mill-FIAU jaħsel il-flus ta’ politiċi mill-Azerbaijan, jgħaddi transazzjonijiet ta’ kickbacks tac-Chief of Staff Keith Schembri, u jgħaddi commissions f’kumpaniji ta’ Keith Schembri u Konrad Mizzi mill-kumpanija li pprovdiet it-tanker tal-gass f’Marsaxlokk, f’rapporti li ngħataw lill-Kummissarju tal-Pulizija preċedenti li kien għażel li jirriżenja flok jaġixxi fuqhom. L-istorja tinsab rappurtata wkoll fis-sit http://www.maltatoday.com.mt/business/business_news/82427/mep_will_report_pilatus_to_european_banking_authority_unless_mfsa_revokes_licence#.WhagEbSplTY.

Casa sejjaħ lic-Chairman tal-MFS Joe Bannister biex ma jibqax jippersisti li ma jaqdix dmirijietu. Qal ukoll li ma jekk ma tittieħed ebda azzjoni, ser ikun qed jirrapporta dan in-nuqqas lill-Bank Ċentrali Ewropew u l-Awtorità Bankarja Ewropea.

Casa jfakkar li l-Bank ingħata liċenzja b’mod dubjuż ħafna f’Jannar 2014, kontra rakkomandazzjonijiet tal-FATF u meta s-sid kien suppost taħt sanzjonijiet Ewropej. Jiġbed l-attenzjoni wkoll li l-preżenza ta’ dan il-bank, u l-ħsara li qed jagħmel lir-reputazzjoni Maltija, qed ipoġġi f’riskju settur vitali bħalma hu s-settur tas-servizzi finanzjarji.

In-nuqqas ta’ azzjoni fuq il-Bank Pilatus hija prova oħra tal-kultura ta’ impunità li qed ikattar dan il-Gvern, fejn dawk qrib tiegħu, dawk li qed jaqduh, jitħallew jagħmlu li jridu. Fejn il-liġi ma tapplikax għalihom bħalma tapplika għal ħaddieħor. Prova oħra li l-istituzzjonijiet mhux jagħmlu xogħolhom u li tnawwret is-saltna tad-dritt.



Tfal f’riskju ta’ faqar u esklużjoni soċjali



Nhar il-Ħamis li għadda, fl-okkażjoni tal-Jum Universali tat-Tfal, il-Eurostat ippubblikat statistika ta’ tfal f’riskju ta’ faqar u esklużjoni soċjali madwar l-Unjoni Ewropea. Dan jinsab fis-sit http://ec.europa.eu/eurostat/statistics-explained/index.php/Children_at_risk_of_poverty_or_social_exclusion#Single_parents_with_dependent_children_and_single_persons.

Din l-istatistika turi li kwart tat-tfal Maltin jinsabu f’dan ir-riskju. Għalkemm hemm tnaqqis minimu, minn 26.7% fl-2010 għal 24% fl-2016, l-ammont għadu wieħed inkwetanti. L-istatistika turi wkoll li t-tfal f’familji b’ġenitur wieħed huma dawk l-aktar f’riskju ta’ faqar u esklużjoni.

F’sitwazzjoni fejn il-pajjiż jiftaħar b’surplus, żgur li jista’ jsir ħafna biex intejbu s-sitwazzjoni ta’ nies li qed jgħixu fil-faqar, speċjalment tfal. Huwa ċar li f’dawn il-każijiet, tkabbir ekonomiku mhux dejjem jinżel ‘l isfel biżżejjed biex jgħin lil dawk l-aktar fil-bżonn.


Għadd tal-Voti Elettroniku



Din il-ġimgħa tħabbar li l-Kummissjoni Elettorali ffirmat kuntratt mal-Idox Group biex tiġi implimentata soluzzjoni elettronika għall-għadd tal-voti tal-elezzjonjiet f’Malta. Il-Kummissjoni qalet li l-għan tagħha hu li tuża’ din is-soluzzjoni fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsilli Lokali fl-2019. L-aħbar tinsab f’bosta siti ta’ ġurnali Maltin, fosthom f’dan il-link mill-Malta Independent (http://www.independent.com.mt/articles/2017-11-22/local-news/Electoral-Commission-signs-agreement-to-kickstart-electronic-vote-counting-project-6736181793).

B’din is-soluzzjoni jidher li l-għadd tal-voti, minflok ma jieħu jumejn jew tlieta kif kien qed jieħu qabel, jieħu biss 12-il siegħa.

L-Idox Group huwa bbaża fir-Renju Unit, u implimentaw sistema simili fl-Iskozja.

Jekk jiġi assikurat li s-sistema hija sikura u ma tippermetti l-ebda tip ta’ tbagħbiż, dan ikun pass kbir il-quddiem fil-modernizzazzjoni tas-sistemi elettorali tagħna. Tajjeb li nħarsu wkoll li nimmodernizzaw proċeduri oħra, bħall-mod kif jivvutaw il-Maltin li jgħixu barra, li kull darba jkollhom joqogħdu jiġu Malta biex jivvutaw flok jużaw distance-voting kif jagħmlu pajjiżi oħra.

Dan l-artiklu deher fil-Mument tal-Ħadd 26 ta' Novembru 2017.

Comments

Popular posts from this blog

Who's the real monster?

I usually hate comparisons, but some very different reactions from the 'great unthinking' rabble do merit some analysis. In May this year, the notorious dog Star was found buried alive . A prima facie , this looked liked the most horrific case of animal cruelty, and is still considered so by some. The perpetrator was described by the sensitive and caring animal-lovers as a villain, a heartless monster, deserving of death, stoning, or even to be 'buried alive in the same manner'. But what did Mr. Vella actually do, according to the testimony heard in Court? Star was sick. It was shedding fur, and quite old already, and its owner did not afford the treatment. In trying to save some money from paying for the dog to be put to sleep and killed properly by vets, she gave it to Mr. Vella to have it killed himself. Nothing much to make people angry till now. Mercy-killing of very sick and suffering animals is widely done and usually acceptable. You may

Shema Yisrael, the cries of the Palestinian people

You live a peaceful life in a modest home. You've never bothered anyone and you've never caused trouble. Out of the blues, a group of people claim that they should live in your house. Why? Because they have been persecuted in a war, and they claim that some 5,000 years ago, their God had told them your home was their promised land. Somehow, the whole community agrees with their wishes, and asks you to grant them your spare-bedroom. You oblige. After a few months, they take the whole top-floor. In a few year's time, they take over your kitchen. After a few more years, they own your house and keep you and your family locked in the bathroom. They don't even allow you to get out, while they strip-search you the few times they do. Even if it's a medical emergency. Sometimes not even medical personnel and ambulances are allowed to see to your needs while your children die in your hands. Desperation starts hitting you. Life seems to offer no hopes. In moments

Why I am dropping out of the Anti-ACTA protest

Like many avid internet users, I have followed with interest the debate about ACTA (Anti-Counterfeiting Trade Agreement). After reading numerous articles, watched sensational videos, and discussed ad nauseam with friends, I have realized that what I have come across is a campaign hi-jacked by lies, myths and misconceptions as to rival Malta's misinformed divorce referendum campaign. I have to say that the videos on Youtube   got me worried. I quickly signed the petition, joined the Anti-ACTA groups, and prepared myself for a full-blown fight against the big-governments who want to intrude on our privacy and freedom of expression. Like our MEP Edward Scicluna invited us to do in the University debate last Wednesday, I did not try to understand the details of ACTA but rather saw who the players behind it were. But as usual, my logical instincts took over, and his call to not try to understand ACTA actually pushed me to read the text. And here's what I now know: ACTA is