Skip to main content

Wasal iż-żmien li l-Ewropa tieħu azzjoni



Nhar it-Tlieta li għaddew il-Parlament Ewropew iddiskuta s-saltna tad-dritt (rule of law) f’Malta, u l-għada, l-Erbgħa, ħa vot fuq riżoluzzjoni li fiha l-Parlament għamel diversi talbiet lill-Kummissjoni Ewropea.

X’kienet tgħid din ir-riżoluzzjoni, li wieħed jista’ jsib fis-sit tal-Parlament Ewropew (http://www.europarl.europa.eu/sides/getDoc.do?type=TA&reference=P8-TA-2017-0438&language=EN)?

Issejjaħ lill-Gvern Malti biex juża’ r-riżorsi kollha meħtieġa biex issir ġustizzja u jinqabdu l-qattiela. Issejjaħ għal investigazzjoni internazzjonali indipendenti fuq dan il-qtil. Issejjaħ biex tiżdied il-protoezzjoni lill-ġurnalisti u whistleblowers. Titlob biex jinħoloq il-Premju Ewropew Daphne Caruana Galizia għall-Ġurnaliżmu Investigattiv. Turi d-dispjaċir tal-Parlament li l-iżviluppi riċenti li seħħew f’Malta iqajmu inkwiet serju fuq is-saltna tad-dritt, id-demokrazija u d-drittijiet fundamentali tal-bniedem, inkluż d-dritt tal-media ħielsa u l-indipendenza tal-Pulizija u l-Ġudikatura. Issejjaħ lill-Kummissjoni biex tibda djalogu mal-Gvern Malti dwar is-saltna tad-dritt u l-ħarsien tal-valuri Ewropej f’Malta.  Issejjaħ anke’ lil Kummissarju tal-Pulizija u l-Awtoritajiet Maltin biex jinvestigaw il-proċess tal-liċenzja tal-Pilatus Bank, jinvestigaw lin-Nexia BT, u jinfetħu l-investigazzjonijiet li qatt ma saru fuq ir-rapporti tal-FIAU, il-Panama Papers, u l-ħasil ta’ flus ta’ PEPs mill-Azerbaijan u politiċi mill-Gvern Malti. Ir-riżoluzzjoni tesprimi wkoll l-inkwiet tal-Parlament Ewropew fuq dak li qal il-Prim Imħallef u dwar ir-rapport tal-Kumitat PANA, li jgħid kif l-istituzzjonijiet li suppost jinforzaw il-liġi f’Malta huma politiċizzati.

Matul id-dibattitu, MEPs ma qagħdux lura milli jesprimu dak li jaħsbu dwar il-Gvern Malti. Il-Viċi Chairman tal-ENF qal li Malta “gvernata minn gang kriminali”. Ieħor qal li Malta tfakkru f’Narcos, series televiżiva li turi kif bliet fil-Kolumbja kienu maħkuma minn ċrieki tat-traffikar tad-droga li kellhom lil politiċi fil-but. MEP oħra fakkret kif rebħa ta’ elezzjoni ma tieħux post xogħol il-Pulizija. Ieħor qal kif f’Malta qed naraw il-“privatizzazzjoni tal-istituzzjonijiet għal gwadann tan-nies fil-Gvern”. MEP oħra fakkret kif il-Gvern Malti ma jirrispettax lill-Parlament Ewropew, tant li Keith Schembri irrifjuta li jiltaqa’ mal-Kumitat imqabbad minnhom, u bagħtilhom envelop żewġ minuti qabel il-laqgħa.

Huwa kliem iebes, kliem li żgur l-ebda Malti ma ħa pjaċir bih u ma ġegħlu jħossu kburi. Imma sfortunatament huwa r-realtà. Realtà li mhux aħna biss qed naraw, li ilna nitkellmu fuq dawn l-affarijiet snin, imma qed jara kulħadd. Tant li l-Parlament Ewropew fuq din ir-riżoluzzjoni irnexxielu jkun magħqud aktar minn kull vot ieħor. 466 MEP ivvutaw favur, 49 ivvutaw kontra, 167 astjenew. Jiġifieri apparti l-gruppi tal-lemin estrem, kienu inqas minn 18 l-MEPs tal-Grupp Soċjalista, minn total ta’ 189, li ma kkundannawx lil Gvern li jagħmel parti mill-Grupp tagħhom. Uħud minnhom saħansitra vvutaw favur ir-riżoluzzjoni, il-maġġoranza tagħhom astjenew. Dan huwa sinifikanti, għax ifisser li l-MEPs tal-Partit Laburista u Joseph Muscat tilfu anke’ l-appoġġ tal-Grupp politiku li jagħmlu parti minnu. Lanqas il-familja tagħhom ma tista’ tiddefendiehom fuq il-ħmieġ li ħallew lil Malta tagħna taqa’ fih.

U għalhekk, min jipprova jiddemonizza l-MEPs tal-Partit Nazzjonalista, li f’din kienu magħqudin mal-kumplament tal-Parlament Ewropew, u jgħajjarhom “tradituri”, “Ġuda”, u aġġettivi oħra, għadu ma fehem xejn. Il-Parlament Ewropew ma vvutax kontra Malta. Anzi, il-Parlament Ewropew ivvota favur Malta u biex jiddefendi lil pajjiżna u lilna ċ-ċittadini tiegħu minn Muscat u l-abbużi ta’ poter ta’ dan il-Gvern. Il-Parlament Ewropew ivvota kontra Muscat u l-Gvern tiegħu, u mhux kontra Malta, għax huwa dan il-Gvern li qed imur kontra l-prinċipji fundamentali Ewropej. It-traditur huwa minn kisser isem pajjiżna għal gwadann personali tiegħu u ta’ dawk ta’ madwaru.

U huwa għalhekk li Muscat filfatt irnexxielu jgħaqqad il-Gruppi kollha tal-Parlament Ewropew, kontrieh.

L-isfortuna hija li issa hemm pajjiżi li qed jużaw dak li qed jiġri f’Malta biex jattakkawna fuq is-sistema ta’ tassazzjoni tagħna u l-iskemi ta’ bejgħ ta’ ċittadinanza. Is-sistema ta’ tassazzjoni hija intrinsikament marbuta mal-qasam tas-servizzi finanzjarji, u allura ma’ madwar 12% tal-ekonomija Maltija. U dan il-Gvern qed ikun lest ikisser ir-reputazzjoni tagħna f’dan is-settur, jipperikola daqstan impjiegi u dħul, sempliċiment biex jipproteġi l-korrotti li jħaddan fih.

Kif qalu l-MEPs tal-Partit Nazzjonalista, l-istituzzjonijiet Ewropej huma l-aħħar tarka li qed nittamaw fiha biex tħares lill-poplu Malti mill-abbużi u l-ksur ta’ drittijiet ta’ dan il-Gvern. Nittamaw li l-Kummissjoni Ewropea tasal li tieħu azzjoni.





Dan l-artiklu deher fil-Mument tal-Ħadd 19 ta' Novembru 2017.

Comments

Popular posts from this blog

Why I am dropping out of the Anti-ACTA protest

Like many avid internet users, I have followed with interest the debate about ACTA (Anti-Counterfeiting Trade Agreement). After reading numerous articles, watched sensational videos, and discussed ad nauseam with friends, I have realized that what I have come across is a campaign hi-jacked by lies, myths and misconceptions as to rival Malta's misinformed divorce referendum campaign. I have to say that the videos on Youtube   got me worried. I quickly signed the petition, joined the Anti-ACTA groups, and prepared myself for a full-blown fight against the big-governments who want to intrude on our privacy and freedom of expression. Like our MEP Edward Scicluna invited us to do in the University debate last Wednesday, I did not try to understand the details of ACTA but rather saw who the players behind it were. But as usual, my logical instincts took over, and his call to not try to understand ACTA actually pushed me to read the text. And here's what I now know: ACTA is ...

Who's the real monster?

I usually hate comparisons, but some very different reactions from the 'great unthinking' rabble do merit some analysis. In May this year, the notorious dog Star was found buried alive . A prima facie , this looked liked the most horrific case of animal cruelty, and is still considered so by some. The perpetrator was described by the sensitive and caring animal-lovers as a villain, a heartless monster, deserving of death, stoning, or even to be 'buried alive in the same manner'. But what did Mr. Vella actually do, according to the testimony heard in Court? Star was sick. It was shedding fur, and quite old already, and its owner did not afford the treatment. In trying to save some money from paying for the dog to be put to sleep and killed properly by vets, she gave it to Mr. Vella to have it killed himself. Nothing much to make people angry till now. Mercy-killing of very sick and suffering animals is widely done and usually a...

The Church and its riches

The above pictures has lately been doing rounds on facebook. Posted comments refer to injustice, hypocrisy, and of the Church not practising what it preaches. It seems it has become a common trend to blame the Church for everything under the sun. Hitting at the Church is the new way of looking cool. But before joining the bandwagon of shares, likes and comments, let me try to analyze the points this photo is trying to make. The first one: the Church is immensely rich. Well, it could be, but what do most of these riches constitute? Most of the Church's "riches" are fixed immovable assets, of which most are important human heritage. They can practically never be sold. Let's just say that the Pope sells all his adornments (provided anyone wants to buy them), maybe even Michelangelo's Pieta, and once we're at it , yes, maybe he should also sell the Sistine Chapel and have it converted to apartments. Then what? Apart from making UNESCO and the rest of human...