Skip to main content

Il-Power Station li ma taħdimx



Rapporti ta’ ħsarat kbar

Il-powerstation il-ġdida tal-Electrogas reġgħet kienet is-suġġett ta’ bosta rapporti fil-media indipendenti matul il-ġimgħa li għaddiet. U dan għal diversi raġunijiet.

Ġie rappurtat kif f’Awissu, ic-Chairman tal-Enemalta Frederick Azzopardi, bagħat email lill-Electrogas u lill-Gvern fejn wera l-inkwiet tiegħu li l-pajjiż ma jistax iserraħ fuq din il-powerstation għall-provista ta’ enerġija.

Azzopardi jsemmi kif il-powerstation falliet għal tliet darbiet f’temp ta’ inqas minn 15-il siegħa. Jgħid li l-Enemalta għadha ma sabitx jekk dan huwiex każ ta’ inkompetenza tal-Electrogas jew jekk dawk li kienu ġew deskritti bħala “problemi żgħar” fl-impjant humiex fil-verità problemi ħafna ikbar li Electrogas baqgħet ma solvietx.

Jgħid ukoll li hemm “evidenza li l-faċilitajiet huma unreliable (ma nistgħux inserrħu fuqhom) u għandhom faults kemm fil-kostruzzjoni u kemm fl-operazzjoni tagħhom”.

Ir-rapporti jgħidu wkoll li anke’ f’Ottubru, din il-powerstation reġgħet falliet darbtejn f’jumejn u reġa’ inqaleb kollox fuq l-interconnector, proġett maħsub, pjanat u imwettaq minn Gvern Nazzjonalista.

Il-garanzija bankarja

Infakkru li lura f’Lulju 2015, biex l-Electrogas irnexxielha tieħu self mill-Bank biex twettaq il-proġett, peress li l-kapital tagħha hu baxx wisq kien hemm bżonn li jidħol il-Gvern u minn flusna jagħmillha garanzija ta’ €360 miljun mal-banek, minn flusna, għal dan is-self.

Dak iż-żmien il-Gvern kien qal li din kienet biss miżura temporanja. Iżda issa sirna nafu li lejliet l-elezzjoni li għaddiet, baxx baxx, il-Gvern estedna din il-garanzija għal aktar żmien. Sirna nafu wkoll li f’Settembru ta’ din is-sena, l-Electrogas kienet kważi waslet għal default fuq il-loan, jiġifieri l-bank jiddikjara li konvint li din ma tistax tħallsu u jiġbed flusu mill-garanzija. Iżda l-Gvern reġa’ ta estensjoni tal-garanzija.

U hija ovvja għala dan kollu inżamm moħbi. Għax dan jixhed il-falliment ta’ dan il-proġett. Għax biex titħallas din il-loan, il-bank irid jassigura li l-Electrogas qed tagħmel profitt biżżejjed biex tħallsu. U biex l-Electrogas tagħmel profitt, trid tibda tbiegħ l-elettriku bi prezz għoli lill-Gvern, li diġa’ inxtara li jixtrieh kollu, anke’ dak li ma jkollux bżonn, u jixtrieh bi prezz ħafna ogħla mill-interconnector.

Iżda minħabba dawn il-ħsarat, dan il-ftehim għadu ma jistax jibda, għax l-Electrogas għad ma tistax tbiegħ l-elettriku b’mod sodisfaċenti u li l-Enemalta tista’ toqghod fuqu. Dan meta l-wegħda tal-Ministru Konrad Mizzi kienet li din tibda tipprovdi l-enerġija sa Marzu 2015, sentejn u nofs ilu.

U minħabba dan in-nuqqas, għad trid tagħmel tajjeb din il-garanzija. Minn flusna. Il-garanzija li dettalji tagħha m’għandniex għax skont il-Ministru Scicluna, jekk joħorġu, “nipperikolaw l-ekonomija tagħna”.

X’jgħidu r-rapporti tal-FIAU fuq dan il-proġett

Ir-rapporti tal-FIAU li kienu ġew leaked fil-media jgħidu li hemm evidenza li Orion Engineering Group, il-kumpanija marbuta mat-tanker tal-gas, għaddiet flus ġo kumpanija reġistrata fid-Dubai jisimha 17 Black, liema kumpanija kienet teżisti biss biex tgħaddi l-flus lil kumpaniji sigrieti fil-Panama ta’ Konrad Mizzi u Keith Schembri.

Dil-ġimgħa Ferris xehed ukoll li d-direttur tal-FIAU Kenneth Farrugia, qabel hu mar jixhed quddiem il-Maġistrat fuq dan ir-rapport, kien mar fuqu u talbu biex ma jieħux ir-rapport kollu quddiem il-maġistrat.

Nafu wkoll li skont rapport ieħor, li jaqbel eżatt ma’ dak li qalet il-whistleblower Russa, għaddew aktar minn miljun ewro mingħand it-tifla tal-President tal-Azerbaijan Aliyev għall-kumpanija Egrant, li skont l-istess whistleblower ma hija ħadd ħlief ta’ Michelle Muscat. Infakkru li SOCAR, il-kumpanija tal-gas tal-Gvern tal-Azerbaijan, hija parti mill-konsorzju Electrogas u qed tipprovdi l-gas lil pajjiżna.

Mela għaliex saret?

U allura x’inhu r-riżultat ta’ dan kollu? Ir-riżultat hu li erba’ snin u nofs wara l-bidu ta’ dan il-proġett, li kellu jsir f’sentejn, għandna powerstation li għadha ma taħdimx sew, tanker tal-gas u port sħiħ f’risku żejjed għalxejn, riskju ta’ €360 miljun fuq rasna… u għal x’hiex?

Biex forsi xi darba nkunu nistgħu nixtru l-elettriku mingħand l-Electrogas bil-għoli, ħalli l-Electrogas u s-SOCAR tal-Azerbaijan jagħmlu l-qliegħ, u biex tliet kumpaniji sigrieti fil-Panama setgħu jimlew sew il-kontijiet tagħhom.


Dan l-artiklu deher f'In-Nazzjon tal-Erbgħa 6 ta' Diċembru 2017.

Comments

Popular posts from this blog

Who's the real monster?

I usually hate comparisons, but some very different reactions from the 'great unthinking' rabble do merit some analysis. In May this year, the notorious dog Star was found buried alive . A prima facie , this looked liked the most horrific case of animal cruelty, and is still considered so by some. The perpetrator was described by the sensitive and caring animal-lovers as a villain, a heartless monster, deserving of death, stoning, or even to be 'buried alive in the same manner'. But what did Mr. Vella actually do, according to the testimony heard in Court? Star was sick. It was shedding fur, and quite old already, and its owner did not afford the treatment. In trying to save some money from paying for the dog to be put to sleep and killed properly by vets, she gave it to Mr. Vella to have it killed himself. Nothing much to make people angry till now. Mercy-killing of very sick and suffering animals is widely done and usually acceptable. You may

Shema Yisrael, the cries of the Palestinian people

You live a peaceful life in a modest home. You've never bothered anyone and you've never caused trouble. Out of the blues, a group of people claim that they should live in your house. Why? Because they have been persecuted in a war, and they claim that some 5,000 years ago, their God had told them your home was their promised land. Somehow, the whole community agrees with their wishes, and asks you to grant them your spare-bedroom. You oblige. After a few months, they take the whole top-floor. In a few year's time, they take over your kitchen. After a few more years, they own your house and keep you and your family locked in the bathroom. They don't even allow you to get out, while they strip-search you the few times they do. Even if it's a medical emergency. Sometimes not even medical personnel and ambulances are allowed to see to your needs while your children die in your hands. Desperation starts hitting you. Life seems to offer no hopes. In moments

Why I am dropping out of the Anti-ACTA protest

Like many avid internet users, I have followed with interest the debate about ACTA (Anti-Counterfeiting Trade Agreement). After reading numerous articles, watched sensational videos, and discussed ad nauseam with friends, I have realized that what I have come across is a campaign hi-jacked by lies, myths and misconceptions as to rival Malta's misinformed divorce referendum campaign. I have to say that the videos on Youtube   got me worried. I quickly signed the petition, joined the Anti-ACTA groups, and prepared myself for a full-blown fight against the big-governments who want to intrude on our privacy and freedom of expression. Like our MEP Edward Scicluna invited us to do in the University debate last Wednesday, I did not try to understand the details of ACTA but rather saw who the players behind it were. But as usual, my logical instincts took over, and his call to not try to understand ACTA actually pushed me to read the text. And here's what I now know: ACTA is