Skip to main content

Partit pożittiv, Oppożizzjoni b’saħħitha


Il-Partit Nazzjonalista għandu responsabbilità fuqu. Dan għaliex il-bżonn li pajjiżna jkollu moviment b’saħħtu, immexxi mill-Partit Nazzjonalista, li joffri alternattiva serja għall-istil ta’ tmexxija li rajna f’dawn il-ħames snin, huwa bżonn reali li qiegħed dejjem ma jmur jiżdied.

Huwa veru li l-ekonomija ta’ pajjiżna baqgħet miexja ‘l quddiem. Ma baqgħetx miexja ‘l quddiem b’kumbinazzjoni, imma grazzi għall-pedament b’saħħithom li bnew gvernijiet Nazzjonalisti fil-passat. Sisien sodi li felħu l-maltemp tal-agħar riċessjoni internazzjonali tal-aħħar mitt sena u ż-żidet eżorbitanti fil-prezzijiet taż-żejt u ċ-ċereali qabel l-2013, u li allura meta għadda l-maltemp u ġie l-bnazzi, dawn kif kien mistenni ħallew aktar u aktar frott.

Mhux hekk biss, imma proġetti li kienu ġew imfassla mill-amministrazzjoni Gonzi bħall-interconnector li tana aċċess għall-enerġija bi prezzijiet irħas, proġetti infrastrutturali bħall-Coast Road u l-Kappara, u l-biljun u mitejn miljun ewro f’fondi tal-Unjoni Ewropea, setgħu jitgawdew minn dan il-Gvern li flimkien ma’ dawn sab prezzijiet taż-żejt tliet darbiet inqas milli kienu u qagħda ekonomika internazzjonli tajba ħafna. U allura, mingħajr ma jagħmel xejn, seta’ jaqta’ l-frott ta’ dak li ħdimna għalih bil-għaqal fil-passat.

L-isfortuna huma żewġ affarijiet. L-ewwelnett, li filwaqt li qed jaqta’ l-frott, dan mhux qed iqassmu b’mod ġust li jgawdi minnu kulħadd. U t-tieni, li mhux qed jaħseb għall-frott li jrid jinqata’ għada. Dan jidher f’diversi nuqqasijiet. In-nuqqas tal-Gvern li jattira setturi ekonomiċi ġodda li jrendu xogħolijiet aħjar b’pagi aħjar, u n-nuqqas tal-Gvern li jibża’ għar-reputazzjoni tajba li ħdimna tant għaliha.

Dan rajnieh fil-vot li tressaq fil-Parlament Ewropew il-ġimgħa l-oħra. Mozzjoni mressqa mill-Partit Soċjalista, li l-Partit Laburista Malti jagħmel parti minnu, biex jikklassifika lil Malta bħala tax haven, u allura bħala pajjiż li ma jilħaqx il-livelli Ewropej għat-trasparenza fil-ġlieda kontra l-evażjoni tat-taxxa u l-ħasil tal-flus. Timbru li kien jagħmel ħsara irreparabbli lil pajjiżna speċjalment fil-qasam tant importanti tas-servizzi finanzjarji, u li m’għaddiex bi żbrixx, grazzi għall-ħidma tal-EwroParlamentari tal-Partit Nazzjonalista. Vot li juri kemm ma baqagħlhom influwenza ta’ xejn fil-fora Ewropej l-MEPs tal-Partit Laburista, u kemm huma iżolati fl-Ewropa huma u Joseph Muscat.

Għalhekk hemm bżonn li aħna nkunu alternattiva valida għal dan it-tip ta’ tmexxija. Irridu nkomplu nkabbru l-ekonomija, kif dejjem għamilna meta konna fil-Gvern. Irridu nkomplu noħolqu setturi ġodda, kif dejjem għamilna meta konna fil-Gvern. Irridu naraw li nsaħħu l-istituzzjonijiet u d-demokrazija, kif dejjem għamilna meta konna fil-Gvern. Irridu naraw li nkomplu ngħollu isem Malta, fl-Ewropa u fid-dinja, ħalli kull Malta jerġa’ jħossu kburi jgħid li hu Malti, kif dejjem ħassu kburi kulmeta konna fil-Gvern.

U dan ser nagħmluh billi nkunu Partit aktar pożittiv, Partit li jfaħħar dak li jsir tajjeb, imma wkoll juri x’qed jiġri ħażin u jgħid hu x’ser jagħmel aħjar. Għad hawn nies li qed jgħixu fil-faqar, għad hawn nies li għandhom bżonn min jagħti kashom, għad hawn oqsma li mhux jingħataw l-attenzjoni meħtieġa. U dawn ser isibu l-Partit Nazzjonalista jitkellem għalihom.

U dan il-mod ġdid ta’ politika diġa’ qed isib l-appoġġ ta’ ħafna nies. Is-somma rekord li nġabret fil-maratona tal-ġimgħa l-oħra, somma li qatt ma nġabret mill-ebda partit politiku Malti, kienet turija ta’ fiduċja fl-amministrazzjoni l-ġdida u dan il-mod ġdid. In-numru ta’ nies li qed jiġu lura lejn il-Partit Nazzjonalista jkompli jimliena bit-tama. U din it-tama rridu nrodduha lin-nies, tama li dan il-pajjiż jista’ jitmexxa b’mod ħafna aħjar, tama li jekk qed jinħoloq il-ġid bi Gvern korrott, jista’ jinħoloq ħafna iżjed bi Gvern nadif, tama li jista’ jkollna l-flus fil-but mingħajr ma narmu l-valuri li jsawwruna u mingħajr ma nkissru r-reputazzjoni tagħna.

Din il-viżjoni tagħna, din it-tama tagħna, u bl-appoġġ u l-għajnuna tagħkom din it-tama narawha sseħħ f’realtà.

Nawgura lilkom u lill-familji tagħkom Milied hieni u sena ġdida mimlija barka u riżq.



Dan l-artiklu deher f'In-Nazzjon tal-Erbgħa 20 ta' Diċembru 2017.

Comments

Popular posts from this blog

Shema Yisrael, the cries of the Palestinian people

You live a peaceful life in a modest home. You've never bothered anyone and you've never caused trouble. Out of the blues, a group of people claim that they should live in your house. Why? Because they have been persecuted in a war, and they claim that some 5,000 years ago, their God had told them your home was their promised land. Somehow, the whole community agrees with their wishes, and asks you to grant them your spare-bedroom. You oblige. After a few months, they take the whole top-floor. In a few year's time, they take over your kitchen. After a few more years, they own your house and keep you and your family locked in the bathroom. They don't even allow you to get out, while they strip-search you the few times they do. Even if it's a medical emergency. Sometimes not even medical personnel and ambulances are allowed to see to your needs while your children die in your hands. Desperation starts hitting you. Life seems to offer no hopes. In moments

The Great Energy Proposal

I followed the example of a facebook comment uploaded on another blog to work out the savings my household will make with Labour's energy proposals. Our bill for of €717.80 for 7 months is divided into: An electricity service charge of €36.86 Electricity consumption of €404.83 A water service charge of €33.46 Water consumption of €242.65 Through the new tariff scheme, reducing the electricity consumption bill by 25% and the water consumption bill by 5%, our bill will read: An electricity service charge of €36.86 Electricity consumption of €303.62 A water service charge of €33.46 Water consumption of €230.52 A total of €604.46 for the same 7 months. A reduction of €16.20 a month. But this reduction comes at what price? This grand plan, the one we have been expecting for all these years, will materialize  if  we find a private investor ready to fork out €500 million in capital investment,  if  we reach a 10-year fixed price agreement,  if we manage to b

Why I am dropping out of the Anti-ACTA protest

Like many avid internet users, I have followed with interest the debate about ACTA (Anti-Counterfeiting Trade Agreement). After reading numerous articles, watched sensational videos, and discussed ad nauseam with friends, I have realized that what I have come across is a campaign hi-jacked by lies, myths and misconceptions as to rival Malta's misinformed divorce referendum campaign. I have to say that the videos on Youtube   got me worried. I quickly signed the petition, joined the Anti-ACTA groups, and prepared myself for a full-blown fight against the big-governments who want to intrude on our privacy and freedom of expression. Like our MEP Edward Scicluna invited us to do in the University debate last Wednesday, I did not try to understand the details of ACTA but rather saw who the players behind it were. But as usual, my logical instincts took over, and his call to not try to understand ACTA actually pushed me to read the text. And here's what I now know: ACTA is