Skip to main content

Ħsibijiet: Protezzjoni u l-Istatus ta' Malta



M'aħniex protetti

Il-ġimgħa li għaddiet ġie ppublikat survey tal-opinjoni pubblika li sar mill-Eurobarometer fost it-28 pajjiż Membru tal-Unjoni Ewropea dwar il-korruzzjoni. Dan ġie rappurtat f’diversi portals lokali, fosthom fuq https://www.timesofmalta.com/articles/view/20171210/local/lack-of-protection-fuels-fear-of-filing-corruption-reports.665256

Dan is-survey għandu diversi konklużjonijiet interessanti. Jidher li huma biss ftit aktar min-nofs il-Maltin illi jekk jiltaqgħu ma’ każ ta’ korruzzjoni jkunu lesti jirrappurtawh. U meta mistoqsija għaliex ma jirrappurtawhx, l-iktar raġuni li ssemmiet (minn madwar 41%) kienet illi ma jkollhomx protezzjoni. It-tieni raġuni, li semmew madwar 31%, kienet illi xorta waħda ma ssirx ġustizzja. It-tielet raġuni, li semmew madwar 29%, kienet illi jispiċċaw fl-inkwiet mal-awtoritajiet.

Dawn il-konklużjonijiet juru li l-Maltin jemmnu li mhux imb’illi l-Gvern bil-paroli jiftaħar li daħħal il-Whistleblower Act, bil-fatti jemmnu li f’dan ir-rigward falla. Il-Maltin jemmnu li l-whistleblowers jispiċċaw mhux protetti, hawn kultura kbira ta’ impunità fejn il-ħatja ma ssirx ġustizzja magħħhom, u l-awtoritajiet flok jiddefendu lilhom jispiċċaw jiddefendu lill-korrotti.

U meta mqabbel mal-kumplament tal-Unjoni Ewropea din in-nuqqas ta’ protezzjoni u ta’ sigurtà tidher għolja ħafna. Fl-Ewropa huma biss 29% li ma jirrappurtawx għax ma jkunu protetti biżżejjed, u 18% li ma jirrappurtawx għax jiġu fl-inkwiet mal-awtoritajiet.

Dan is-sentiment fost il-poplu Malti ma ġiex mix-xejn. Il-poplu kollu kien xhieda ta’ kif f’Malta, meta tkellmet whistleblower bħal Maria Efimova fuq każi kbar ta’ korruzzjoni, u meta tkellmet Daphne Caruana Galizia fuq każi kbar ta’ korruzzjoni, l-awtoritajiet mhux talli ma pproteġġewhomx, talli ppersegwitawhom, tant li waħda inqatlet u l-oħra spiċċat ħarbet mill-pajjiż. Flimkien ma’ dawn, wieħed iżid ir-rapporti ta’ każi oħra kbar ta’ korruzzjoni li baqgħet ma ttieħdet l-ebda azzjoni fuqhom.

Minkejja l-ftaħir tal-Gvern fuq liġi tal-Whistleblower li juża biss meta jaqbel lilu, 54% jemmnu li l-korruzzjoni żdiedet f’dawn l-aħħar tliet snin (il-medja Ewropea hija ta’ 43%), u 36% biss jemmnu li l-Gvern qed jagħmel xi ħaġa effettiva biex jiġġieled il-korruzzjoni.

Inutli jgħaddu liġijiet li mbagħad ma jiġux infurzati, jew nagħtu drittijiet li mbagħad fil-prattika ma jistgħux jiġu użati. Min irid verament jiġġieled il-korruzzjoni, jagħmel dan bil-fatti u bl-azzjoni, u mhux bil-paroli.


Malta mhix tax haven

Din il-ġimgħa fil-Parlament Ewropew ittieħed vot importanti fuq mozzjoni mressqa mis-Soċjalisti, il-familja Ewropea li jagħmel parti minnha l-Partit Laburista, li fiha riedu jiddikjaraw li Malta tiġi meqjusa bħala tax haven, u allura bħala pajjiż li ma jilħaqx kriterji Ewropej tat-trasparenza fil-ġlieda kontra l-evażjoni tat-taxxa u l-ħasil tal-flus.

Din kienet tkun daqqa kerha ħafna kontra s-settur tas-servizzi finanzjarji tagħna, settur li jħaddem eluf ta’ nies u li illum jammonta għal aktar minn 12% tal-Prodott Gross Domestiku tagħna.

Fortunatament dan il-vot spiċċa b’327 favur u 327 kontra, u allura skont ir-regoli tal-Parlament Ewropew m’għadhiex. Pero’ juri illi kieku biss ivvota mqar MEP wieħed mill-24 li astjenew, jew kien hemm MEP wieħed illi ħasibha differenti, dan il-vot seta’ faċilment għadda.

Kien biss grazzi għax-xogħol li għamlu David Casa, Roberta Metsola u Francis Zammit Dimech fost l-EPP u l-grupp politiċi l-oħra, inkluż il-Grupp Soċjalista li warrab għal kollox lil MEPs tal-Partit Laburista, illi dan il-vot m’għadhiex. Dan juri xi ħaġa importanti ħafna: illi l-MEPs tal-Partit Nazzjonalista huma ħafna iżjed influwenti fil-Parlament Ewropew mill-MEPs Laburisti, anke’ mal-Grupp Soċjalista innifsu! Il-Partit Laburista huwa iżolat waħdu fil-Parlament Ewropew, tant li l-familja politika tiegħu mhux biss mhix lesta tappoġġjah, imma saħansitra qed tkun hi stess li tressaq mozzjonijiet kontrieh!

U hemm raġuni waħda għala l-Gvern Laburista qiegħed f’din is-sitwazzjoni, u din hija l-korruzzjoni, in-nuqqas ta’ azzjoni fuq il-Panama Papers, u l-kultura tal-impunità li kattar. Dan kollu issa qed jintuża minn pajjiżi oħra kontra tagħna, bir-riskju li biex dan kollu żammejna nies korrotti bħal Konrad Mizzi u Keith Schembri f’posthom, nistgħu nitilfu setturi importanti li jħaddmu tant nies u qed joħolqu tant ġid.


Fl-istess ħin fi tmiem il-ġimgħa kien hemm summit importanti tal-EPP bi preparazzjoni għall-Kunsill Ewropew li fih attenda l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia, li mal-EPP kompla jiddefendi lil pajjiżna u jispjega għala Malta m’għandhiex tiġi meqjusa bħala tax haven. Dan is-summit jista’ jiġi segwit fuq is-sit tal-EPP:  http://www.epp.eu.



Dan l-artiklu deher fil-Mument tal-Ħadd 17 ta' Diċembru 2017.

Comments

Popular posts from this blog

Who's the real monster?

I usually hate comparisons, but some very different reactions from the 'great unthinking' rabble do merit some analysis. In May this year, the notorious dog Star was found buried alive . A prima facie , this looked liked the most horrific case of animal cruelty, and is still considered so by some. The perpetrator was described by the sensitive and caring animal-lovers as a villain, a heartless monster, deserving of death, stoning, or even to be 'buried alive in the same manner'. But what did Mr. Vella actually do, according to the testimony heard in Court? Star was sick. It was shedding fur, and quite old already, and its owner did not afford the treatment. In trying to save some money from paying for the dog to be put to sleep and killed properly by vets, she gave it to Mr. Vella to have it killed himself. Nothing much to make people angry till now. Mercy-killing of very sick and suffering animals is widely done and usually acceptable. You may

Shema Yisrael, the cries of the Palestinian people

You live a peaceful life in a modest home. You've never bothered anyone and you've never caused trouble. Out of the blues, a group of people claim that they should live in your house. Why? Because they have been persecuted in a war, and they claim that some 5,000 years ago, their God had told them your home was their promised land. Somehow, the whole community agrees with their wishes, and asks you to grant them your spare-bedroom. You oblige. After a few months, they take the whole top-floor. In a few year's time, they take over your kitchen. After a few more years, they own your house and keep you and your family locked in the bathroom. They don't even allow you to get out, while they strip-search you the few times they do. Even if it's a medical emergency. Sometimes not even medical personnel and ambulances are allowed to see to your needs while your children die in your hands. Desperation starts hitting you. Life seems to offer no hopes. In moments

Why I am dropping out of the Anti-ACTA protest

Like many avid internet users, I have followed with interest the debate about ACTA (Anti-Counterfeiting Trade Agreement). After reading numerous articles, watched sensational videos, and discussed ad nauseam with friends, I have realized that what I have come across is a campaign hi-jacked by lies, myths and misconceptions as to rival Malta's misinformed divorce referendum campaign. I have to say that the videos on Youtube   got me worried. I quickly signed the petition, joined the Anti-ACTA groups, and prepared myself for a full-blown fight against the big-governments who want to intrude on our privacy and freedom of expression. Like our MEP Edward Scicluna invited us to do in the University debate last Wednesday, I did not try to understand the details of ACTA but rather saw who the players behind it were. But as usual, my logical instincts took over, and his call to not try to understand ACTA actually pushed me to read the text. And here's what I now know: ACTA is