Skip to main content

Id-Dibattitu dwar ir-Rapport fuq is-Saltna tad-Dritt



Il-Ħamis li għadda, il-Kumitat konġunt LIBE-PANA fil-Parlament Ewropew iddiskuta r-rapport tad-delegazzjoni ta’ MEPs li żaru Malta biex jinvestigaw is-Saltna tad-Dritt. Dan id-dibattitu seta’ jiġi segwit fuq is-sit tal-Parlament Ewropew, u fuq il-paġna ta’ Facebook tal-Uffiċċju tal-Parlament Ewropew f’Malta, kif ukoll fuq is-siti tal-ġurnali Maltin kollha.

F’dan id-dibattitu spikkaw il-konklużjonijiet li ħarġu f’dan ir-rapport. Tkellmet Ana Gomes mill-Partit Soċjalista, li qalet id-delegazzjoni se tibqa' għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħħa fuq is-saltna tad-dritt f'Malta. Qalet li saru laqgħat mal-Prim Imħallef, mal-Bank Ċentrali Ewropew u l-Awtorita' Bankarja Ewropea. Qalet li veru li Malta daħlet id-direttiva kontra l-ħasil tal-flus iżda din saret biss wara iż-żjara tad delegazzjoni. Qalet li l-Parlament Ewropew għandu jistieden lil entitajiet privati bħal Bank Pilatus u Henley & Partners, li huma fiċ-ċentru tal-allegazzjonijiet dwar korruzzjoni, u jitlob spjegazzjonijiet minn għandhom.

Sven Giegold mill-Ħodor qal li f'Malta hawn kultura tal-impunità, u semma kif ma sarux investigazzjonijiet fuq il-ftehim mal-Electrogas u lanqas il-bejgħ tal-isptarijiet. Qal li mhix qed issir 'due diligence' kif mistenni. Infatti, kelliem iktar tard ikkonferma kif anke’ Membru Parlamentari Vjetnamiża irnexxielha tixtri passaport Malti, allavolja din hija PEP u mhux permess mil-liġi ta’ pajjiżha li jkollha ċittadinanza doppja, u li dan juri kemm l-iskema tal-bejgħ ta’ passaporti m’għandhiex il-kontrolli neċessarji u qed tintuża bi skopijiet korrotti.

Il-Ministru Owen Bonnici prova ħafna jiġġustifika dak li qed jiġri f’Malta, u jkompli jmexxi l-propoganda tal-Gvern li qed jiġġieled il-korruzzjoni. Sa prova jgħid li Jonathan Ferris qed jitlob il-protezzjoni u l-istatus ta’ whistleblower biex jaħrab il-prosekuzzjoni! Dan juri kemm hu faħxi l-mod kif il-Gvern għadu jiċħad l-istatus ta’ whistleblower lil Ferris, sakemm dan ma jgħidx x’ħa jiżvela lill-Uffiċċju tal-Prim Ministru.

Tajba din. Biex ittini protezzjoni, irrid ngħid lilek x’ħa nikxef fuqek. Dik saltna tad-dritt! Dik liġi b’saħħitha tal-whistleblower!

Infatti malli temm id-diskors tiegħu Bonnici, Giegold kien pront qallu li min jiddisprezza u juri nuqqas ta’ rispett lejn l-MEPs u r-rapport tagħhom m’għandu l-ebda kredibbilità.

Dan id-dibattitu seħħ proprju wkoll wara li nhar it-Tnejn, fl-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa fi Strasburgu li ikkommemorat lil Daphne Caruana Galizia, id-Deputat Etienne Grech iddefenda l-Gvern Malti u b’nuqqas ta’ rispett enormi qal li l-qtil ta’ Daphne kien inċident, u qal li Daphne kienet libera tikteb li trid. Pronta kienet ir-risposta ta’ ħafna fuq il-midja soċjali li staqsew kif dan għandu l-wiċċ jgħid li kienet libera tikteb li trid, meta din proprju inqatlet minħabba dak li kitbet! U dan id-diskors ġie proprju mingħand Deputat li f’Kumitat Parlamentari Malti kien qal li kien jisraq l-organi mill-Università biex joqgħod jilgħab bihom id-dar. Imbagħad jgħidulna li ħaddieħor qed jagħmel ħsara lir-reputazzjoni ta’ Malta.

L-aktar li spikka pero’ fid-dibattitu tal-Ħamis kien id-diskors qasir li ntalab jagħmel fl-aħħar it-tifel ta’ Daphne Caruana Galizia, Andrew. Huwa talab lill-MEPs biex ma jħallu lil ħadd jgħidilhom li dak li qed jiġri f’Malta “mhux affari tagħkom”, għax dak li qed jiġri f’Malta mhuwiex biss dwar ommu u l-qtil tagħha, jew dwar il-poter politiku f’Malta, imma huwa dwar il-valuri kollha li jsawwru l-Ewropa. Huwa irringrazzja lill-MEPs li mhux qed jibżgħu jitkellmu, għax skont hu, dawn qed jimlew ftit miż-żarbun ta’ ommu.

Hija ħasra, li fis-sentejn li Malta setgħet kienet qed tispikka fix-xena internazzjonali minħabba l-Presidenza tal-Unjoni Ewropea u t-titlu tal-Valletta 2018, flok spikkat għas-sabiħ tagħha, qed tispikka għall-korruzzjoni li qed titħalla għaddejja u l-kultura ta’ impunità li hi prevalenti. Pajjiżna jixraqlu ħafna aħjar. Ħa nieħdu snin biex nerġgħu insewwu l-ħsara li qed issir lir-reputazzjoni tagħna, pero’ jekk nimxu bi programm politiku serju u b’serjetà jirnexxielna. Irridu biss nikkonvinċu lill-poplu li din is-serjetà tittraduċi ruħha f’aktar ġid, aktar xogħol, u kwalità ta’ ħajja aħjar.



Dan l-artiklu deher fil-Mument tal-Ħadd 28 ta' Jannar 2018.

Comments

Popular posts from this blog

Who's the real monster?

I usually hate comparisons, but some very different reactions from the 'great unthinking' rabble do merit some analysis. In May this year, the notorious dog Star was found buried alive . A prima facie , this looked liked the most horrific case of animal cruelty, and is still considered so by some. The perpetrator was described by the sensitive and caring animal-lovers as a villain, a heartless monster, deserving of death, stoning, or even to be 'buried alive in the same manner'. But what did Mr. Vella actually do, according to the testimony heard in Court? Star was sick. It was shedding fur, and quite old already, and its owner did not afford the treatment. In trying to save some money from paying for the dog to be put to sleep and killed properly by vets, she gave it to Mr. Vella to have it killed himself. Nothing much to make people angry till now. Mercy-killing of very sick and suffering animals is widely done and usually acceptable. You may

Shema Yisrael, the cries of the Palestinian people

You live a peaceful life in a modest home. You've never bothered anyone and you've never caused trouble. Out of the blues, a group of people claim that they should live in your house. Why? Because they have been persecuted in a war, and they claim that some 5,000 years ago, their God had told them your home was their promised land. Somehow, the whole community agrees with their wishes, and asks you to grant them your spare-bedroom. You oblige. After a few months, they take the whole top-floor. In a few year's time, they take over your kitchen. After a few more years, they own your house and keep you and your family locked in the bathroom. They don't even allow you to get out, while they strip-search you the few times they do. Even if it's a medical emergency. Sometimes not even medical personnel and ambulances are allowed to see to your needs while your children die in your hands. Desperation starts hitting you. Life seems to offer no hopes. In moments

Why I am dropping out of the Anti-ACTA protest

Like many avid internet users, I have followed with interest the debate about ACTA (Anti-Counterfeiting Trade Agreement). After reading numerous articles, watched sensational videos, and discussed ad nauseam with friends, I have realized that what I have come across is a campaign hi-jacked by lies, myths and misconceptions as to rival Malta's misinformed divorce referendum campaign. I have to say that the videos on Youtube   got me worried. I quickly signed the petition, joined the Anti-ACTA groups, and prepared myself for a full-blown fight against the big-governments who want to intrude on our privacy and freedom of expression. Like our MEP Edward Scicluna invited us to do in the University debate last Wednesday, I did not try to understand the details of ACTA but rather saw who the players behind it were. But as usual, my logical instincts took over, and his call to not try to understand ACTA actually pushed me to read the text. And here's what I now know: ACTA is