Skip to main content

Sena Ġdida



Għadha kemm bdiet sena ġdida, sena li ser iġġib magħha sfidi ġodda u esperjenzi ġodda, kemm għalina bħala individwi fil-ħajjiet personali tagħna, kif ukoll għall-Partit Nazzjonalista.

U diġa’ mal-ewwel ġranet tas-sena l-ġdida l-Partit beda jirranka fuq il-ħidma Parlamentari tiegħu. Ilbieraħ stess, l-Oppożizzjoni preżentat l-ewwel mozzjoni tagħha għas-sena 2018, fejn fiha qed titlob biex l-art fiż-Żonqor, f’Marsaskala, tintradd lura lill-pubbliku u terġa’ ssir parti mill-Park Nazzjonali protett tal-Inwadar.

Hawn min qed isaqsi, għalfejn qed isir dan? Mhux diġa’ saru l-protesti, u sar vot Parlamentari, u l-art ingħaddiet lill-Sadeen Group biex jibnu l-American University of Malta?

Iżda tajjeb niftakru li meta l-Gvern jgħaddi biċċa art bħal dik għal ammont ta’ snin għand il-privat, dan isir b’ċertu kundizzjonijiet. Fosthom din l-hekk imsejħa “università” kienet intrabtet li jkollha aktar minn elf student fis-sena jattendu l-korsijiet tagħha. Iżda l-fatti illum juru xorta oħra. Jidher li din l-“università” għandha biss ħmistax-il student u qed issib diffikultajiet kbar biex tattira studenti oħra. Sa waslet fl-istat li keċċiet il-ħaddiema akkademiċi u amministrattivi li kienet impjegat.

U tifhimha. Għax min ġej Malta, iħallas dawk il-flus, biex iġib ċertifikat minn “università” immexxijja minn kuntratturi, u li ma għandha l-ebda kredenzjali akkademiċi mad-dinja?

U allura t-talba tal-Oppożizzjoni tagħmel ħafna sens. Għal ħmistax-il student, l-art li ingħatat f’Dock f’Bormla hija ħafna aktar minn biżżejjed. Żgur li m’hemmx għalfejn tintmess l-art verġni taż-Żonqor ukoll. U allura l-Gvern għandu jdur fuq Sadeen, u jgħidilhom li ġaladarba l-kundizzjonijiet li għalihom ingħataw l-art ma ntlaħqux, din l-art għandha tintradd lura lill-pubbliku Malti.

Din mihix biss talba tal-Oppożizzjoni, iżda talba li għandha wkoll l-appoġġ tal-bdiewa tal-madwar, u tal-għaqdiet ambjentali bħal Flimkien għal Ambjent Aħjar, Ramblers Association, Front Ħarsien ODŻ, Friends of the Earth u Nature Trust.

Nittamaw li jkun hemm qbil li din tkun waħda mill-ewwel mozzjonijiet li jiġu diskussi hekk kif jiftaħ il-Parlament fil-15 ta’ Jannar, u li din il-mozzjoni ssib l-appoġġ tal-Partit Demokratiku u tad-Deputati tal-Gvern li għandhom għal qalbhom l-ambjent u l-poplu Malti.

10 snin mid-dħul tal-Ewro

Intant, din il-ġimgħa qed niċċelebraw ukoll l-għaxar snin anniversarju mindu pajjiżna adotta l-munita Ewro. Riforma kbira ekonomika li mexxa l-Partit Nazzjonalista u li poġġiet il-pedamenti biex illum għandna waħda mill-aktar ekonomiji ta’ suċċess fl-Ewropa. Riforma politika oħra li dak iż-żmien sabet reżistanza u oppożizzjoni kbira mill-Partit Laburista u minn Joseph Muscat. Imma deċiżjoni li għalina fissret vjaġġar aktar komdu, kummerċ aktar faċli, investiment aktar kontinwu. Waħda mill-pilastri li ffaċilitat il-ħajja għal kumpaniji tal-gaming, tas-servizzi finanzjarji u tal-avjazzjoniji.


Dak li dejjem fisser Partit Nazzjonalista fil-Gvern, viżjoni fit-tul, ippjanar bil-għaqal, ġid u suċċess ekonomiku. U dak li ser nibqgħu noffru lill-poplu Malti bħala Gvern alternattiv.



Dan l-artiklu deher f'In-Nazzjon tal-Erbgħa 3 ta' Jannar 2018.

Comments

Popular posts from this blog

Shema Yisrael, the cries of the Palestinian people

You live a peaceful life in a modest home. You've never bothered anyone and you've never caused trouble. Out of the blues, a group of people claim that they should live in your house. Why? Because they have been persecuted in a war, and they claim that some 5,000 years ago, their God had told them your home was their promised land. Somehow, the whole community agrees with their wishes, and asks you to grant them your spare-bedroom. You oblige. After a few months, they take the whole top-floor. In a few year's time, they take over your kitchen. After a few more years, they own your house and keep you and your family locked in the bathroom. They don't even allow you to get out, while they strip-search you the few times they do. Even if it's a medical emergency. Sometimes not even medical personnel and ambulances are allowed to see to your needs while your children die in your hands. Desperation starts hitting you. Life seems to offer no hopes. In moments

The Great Energy Proposal

I followed the example of a facebook comment uploaded on another blog to work out the savings my household will make with Labour's energy proposals. Our bill for of €717.80 for 7 months is divided into: An electricity service charge of €36.86 Electricity consumption of €404.83 A water service charge of €33.46 Water consumption of €242.65 Through the new tariff scheme, reducing the electricity consumption bill by 25% and the water consumption bill by 5%, our bill will read: An electricity service charge of €36.86 Electricity consumption of €303.62 A water service charge of €33.46 Water consumption of €230.52 A total of €604.46 for the same 7 months. A reduction of €16.20 a month. But this reduction comes at what price? This grand plan, the one we have been expecting for all these years, will materialize  if  we find a private investor ready to fork out €500 million in capital investment,  if  we reach a 10-year fixed price agreement,  if we manage to b

Why I am dropping out of the Anti-ACTA protest

Like many avid internet users, I have followed with interest the debate about ACTA (Anti-Counterfeiting Trade Agreement). After reading numerous articles, watched sensational videos, and discussed ad nauseam with friends, I have realized that what I have come across is a campaign hi-jacked by lies, myths and misconceptions as to rival Malta's misinformed divorce referendum campaign. I have to say that the videos on Youtube   got me worried. I quickly signed the petition, joined the Anti-ACTA groups, and prepared myself for a full-blown fight against the big-governments who want to intrude on our privacy and freedom of expression. Like our MEP Edward Scicluna invited us to do in the University debate last Wednesday, I did not try to understand the details of ACTA but rather saw who the players behind it were. But as usual, my logical instincts took over, and his call to not try to understand ACTA actually pushed me to read the text. And here's what I now know: ACTA is