Skip to main content

Ftit noti dwar it-“tqaħħib għal voti”



F’intervista li ta lill-Commercial Courier u li ġiet pubblikata din il-ġimgħa, id-Deputat Laburista Luciano Busuttil ħabbar illi mhux ser ikun qed jikkontesta l-elezzjoni ġenerali li jmiss (ara hawn). Ir-raġunijiet li ta fl-artiklu huma illi jħoss illi biex tkun fil-politika trid tħallas prezz qares wisq. Qal li “xejn m’għadu jinħass importanti. Li ma tarax lil uliedek jikbru, tkun trattat b’disprezz għax li tkun politiku hija meqjusa li int korrott, li tgħaddi minn ħafna gideb dwarek u agħar minn hekk dwar il-familja tiegħek, li tkun trattat ta’ prostituta għal voti b’ħafna theddid mill-kostitwenti, biex insemmi ftit, jgħinuk tagħraf li l-ħajja hija ħafna iktar prezzjuża minn siġġu aħdar skomdu.”

Tħares lejha mingħajr ma tkun taf minn għand min ġejja, hija stqarrija li fiha x’tomgħod. Ħafna mill-affarijiet li jsemmi huma realtà li jgħaddu minnha ħafna politiċi. Imma mbagħad niftakru ftit l-ironija ta’ kif ġab ruħu għal ħafna drabi Luciano Busuttil.

Dan kien l-istess Deputat li uża l-pożizzjoni tiegħu biex ġab blue badge ħalli l-mara tiegħu tkun tista’ tipparkja l-karozza f’parkeġġi riżervati għal persuni b’diżabilità. U meta ġiet mistoqsija fuqha, kienet qalet li iva, inħarġitilha blue badge li tinħareġ biss lil persuni bi problemi ta’ mobilità, minkejja li dejjem bit-takkuna.

Skont rapporti li kienu deheru fil-media, wara li l-mibkija Daphne Caruana Galizia kienet żvelat din l-istorja, il-Pulizija kienu ħadu passi u irtiraw dan il-permess li kien inħareġ b’mod abbużiv.

Diffiċli tilgħabha tal-vittma u nemmnuk meta kont użajt il-pożizzjoni tiegħek biex tieħu parkeġġ minflok persuni b’diżabilità, dan kollu biex il-mara ma tbatix miexja bit-takkuna.

Busuttil gerger ukoll fuq kif kien qed jipprostitwixxi ruħu għal voti. Jaħasra hux. Membru tal-Gvern li ta aktar minn ħames mitt impjieg mal-Gvern fix-xahrejn ta’ qabel l-elezzjoni (ara hawn), li ta mitejn u għoxrin impjieg mal-Water Services Corporation fl-istess xaharejn skont artiklu li deher proprju din il-ġimgħa (ara hawn), li jmexxi bil-mentalità li kull vot għandu prezz li tista’ tixtrieh, issa qed igerger li n-nies imorru għandu biex ibiegħu l-vot għal ħaġa jew oħra. Sadattant, l-istess Luciano biegħ is-silenzju u l-appoġġ tiegħu għal daqsxejn ta’ pożizzjoni komda komda jmexxi Sports Malta, qasam li żgur m’għandu l-ebda mertu, esperjenza jew kwalifika fih. X’ironija dan Luciano hux?

Aħjar Luciano Busuttil jgħidilna x’qiegħed joħloq din il-firda kollha fil-Partit Laburista. Lilu forsi xtraw is-silenzju u l-appoġġ tiegħu bil-pożizzjonijiet, imma waħda wara l-oħra, il-qsim issa qed jidher ċar minn kulmin isegwi l-politika. Mhux ta’ b’xejn li l-Prim Ministru ħass il-bżonn li l-Ħadd li għadda jfakkar li hu għadu l-Mexxej tal-Partit u beħsiebu jibqa’ hemm għal naqra oħra mhux ħażin.



Dan l-artiklu deher fil-Mument tal-Ħadd 25 ta' Frar 2018.

Comments

Popular posts from this blog

Who's the real monster?

I usually hate comparisons, but some very different reactions from the 'great unthinking' rabble do merit some analysis. In May this year, the notorious dog Star was found buried alive . A prima facie , this looked liked the most horrific case of animal cruelty, and is still considered so by some. The perpetrator was described by the sensitive and caring animal-lovers as a villain, a heartless monster, deserving of death, stoning, or even to be 'buried alive in the same manner'. But what did Mr. Vella actually do, according to the testimony heard in Court? Star was sick. It was shedding fur, and quite old already, and its owner did not afford the treatment. In trying to save some money from paying for the dog to be put to sleep and killed properly by vets, she gave it to Mr. Vella to have it killed himself. Nothing much to make people angry till now. Mercy-killing of very sick and suffering animals is widely done and usually acceptable. You may

Shema Yisrael, the cries of the Palestinian people

You live a peaceful life in a modest home. You've never bothered anyone and you've never caused trouble. Out of the blues, a group of people claim that they should live in your house. Why? Because they have been persecuted in a war, and they claim that some 5,000 years ago, their God had told them your home was their promised land. Somehow, the whole community agrees with their wishes, and asks you to grant them your spare-bedroom. You oblige. After a few months, they take the whole top-floor. In a few year's time, they take over your kitchen. After a few more years, they own your house and keep you and your family locked in the bathroom. They don't even allow you to get out, while they strip-search you the few times they do. Even if it's a medical emergency. Sometimes not even medical personnel and ambulances are allowed to see to your needs while your children die in your hands. Desperation starts hitting you. Life seems to offer no hopes. In moments

Why I am dropping out of the Anti-ACTA protest

Like many avid internet users, I have followed with interest the debate about ACTA (Anti-Counterfeiting Trade Agreement). After reading numerous articles, watched sensational videos, and discussed ad nauseam with friends, I have realized that what I have come across is a campaign hi-jacked by lies, myths and misconceptions as to rival Malta's misinformed divorce referendum campaign. I have to say that the videos on Youtube   got me worried. I quickly signed the petition, joined the Anti-ACTA groups, and prepared myself for a full-blown fight against the big-governments who want to intrude on our privacy and freedom of expression. Like our MEP Edward Scicluna invited us to do in the University debate last Wednesday, I did not try to understand the details of ACTA but rather saw who the players behind it were. But as usual, my logical instincts took over, and his call to not try to understand ACTA actually pushed me to read the text. And here's what I now know: ACTA is