Skip to main content

StopTheStigma



Fil-ġimgħat li għaddew is-saħħa mentali telgħet sew fuq l-aġenda nazzjonali. Ta’ dan għandu mertu kbir il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia, illi sa mill-ewwel reshuffle li għamel appunta kelliem proprju fuq dan is-suġġett, tkellem diversi drabi dwar il-problemi li jiltaqgħu magħhom nies b’dawn il-kundizzjonijiet, u dwar is-sitwazzjoni deplorabbli li jinsab fiha l-Isptar Monte Karmeli u l-mod kif qed tiġi pprovduta l-kura għal dawn il-każi f’pajjiżna b’mod inġenerali.

Adrian Delia kien anke’ iltaqa’ mal-Assoċjazzjoni tas-Saħħa Mentali, li tinkludi professjonisti u qraba ta’ nies li għaddejjin minn dawn id-diffikultajiet, u ħabbar li l-Partit ser ikun qed jorganizza konferenza nazzjonali fuq dan is-suġġett.

Sfortunatament pero’, filwaqt li fil-pajjiż bħal donnu qed tqum kuxjenza fuq dan is-suġġett, u filwaqt li hawn ħafna li qed ikunu lesti jitkellmu mingħajr biża’ sabiex tiġi missielta l-istigma li ddur miegħu, hawn min jagħmel bil-maqlub.

Din il-ġimgħa sirna nafu li Alessandro Salerno, żagħżugħ li b’kuraġġ kbir tkellem fuq it-televiżjoni dwar il-problema ta’ saħħa mentali li għadda minnha hu u l-kundizzjoni bipolari, spiċċa ġie interrogat fuq ix-xogħol u mkeċċi. Dan minkejja l-fatt li hu kien f’kundizzjoni li jista’ jaħdem u kien anke ġie ċertifikat tajjeb għax-xogħol mill-psikjatra.

Dan inġieb għall-attenzjoni pubblika minn Nickie Vella de Fremeaux, il-mara ta’ Adrian Delia, li fuq il-profile tagħha fuq Facebook esprimiet id-diżgust tagħha għal dan l-aġir abbużiv, kemm bħala l-ambaxxatriċi ta’ StopTheStigma f’Malta, u kemm bħala persuna li fil-passat ukoll għaddiet minn perjodu fejn kellha bżonn għajnuna biex tikkumbatti d-dipressjoni.

Għal grazzja ta’ Alla, mill-messaġġi ta’ solidarjetà li rċieva Alessandro u r-rabja li esprimew in-nies anke taħt l-aħbar fis-sit netnews.com.mt, jidher li tassew qamet kuxjenza fuq dawn il-każi fil-poplu Malti. Il-każ issa qed jiġi investigat ukoll mill-Kummissarju għas-Saħħa Mentali.

U hekk għandu jkun. Il-kundizzjonijiet tas-saħħa mentali huma kundizzjonijiet bħal kull mard ieħor fiżiku. Hemm kundizzjonijiet li jiġu kkurati u jitilqu, hemm kundizzjonijiet li jiġu kkurati biex jinżammu taħt kontroll u l-persuna jkun jista’ jgħix ħajtu bihom, b’danakollu il-persuna ma għandhiex tiġi ġġudikata jew stigmatizzata minħabba dawn il-kundizzjonijiet daqs kemm m’għandniex niġġudikaw persuna minħabba xi marda fiżika.

Tajjeb inżommu f’moħħna wkoll li skont riċerka internazzjonali huwa stmat li bħalissa madwar persuna minn kull erbgħa tgħaddi minn xi tip ta’ problema dwar saħħa mentali, u dan għandu jitla’ għal madwar persuna minn kull tlieta fi żmien ftit tas-snin, anke minħabba ż-żieda fl-istress u l-mod kif qed tinbidel il-ħajja.

Dan kien każ ieħor li juri kif il-persuna għandha tkun dejjem fiċ-ċentru tal-politika tagħna. Għandna nitilqu mill-istejjer u l-problemi li jkunu qed jaffaċċjaw in-nies, sa l-inqas individwu, u naraw li l-politika tagħna tgħin biex tagħmel il-ħajja tan-nies aħjar. Imqar il-ħajja ta’ dik il-persuna waħda.




Il-ħaddiema l-ewwel li kieluha

Malajr sirna nafu xi jsarrfu Steward Health Care. Ftit ġimgħat biss wara li ħadu t-tmexxija ta’ tliet sptarijiet f’idejhom, Steward diġa’ keċċew sbatax-il ħaddiem minn xogħolhom. Basta Joseph Muscat serrħilna rasna li ser jinżammu l-kundizzjonijiet kollha li kellhom il-Vitals, inklużi l-kundizzjonijiet tal-ħaddiema. X’kundizzjonijiet oħra ser jitħallew jiksru mela issa?


Imma tinkwetaw xejn. L-aqwa li Vitals telqu b’€50 miljun, u tagħhom ħallewlna toqba ħdejn l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex.




Dan l-artiklu deher fil-Mument tal-Ħadd 12 ta' Marzu 2018.

Comments

Popular posts from this blog

Why I am dropping out of the Anti-ACTA protest

Like many avid internet users, I have followed with interest the debate about ACTA (Anti-Counterfeiting Trade Agreement). After reading numerous articles, watched sensational videos, and discussed ad nauseam with friends, I have realized that what I have come across is a campaign hi-jacked by lies, myths and misconceptions as to rival Malta's misinformed divorce referendum campaign. I have to say that the videos on Youtube   got me worried. I quickly signed the petition, joined the Anti-ACTA groups, and prepared myself for a full-blown fight against the big-governments who want to intrude on our privacy and freedom of expression. Like our MEP Edward Scicluna invited us to do in the University debate last Wednesday, I did not try to understand the details of ACTA but rather saw who the players behind it were. But as usual, my logical instincts took over, and his call to not try to understand ACTA actually pushed me to read the text. And here's what I now know: ACTA is ...

Who's the real monster?

I usually hate comparisons, but some very different reactions from the 'great unthinking' rabble do merit some analysis. In May this year, the notorious dog Star was found buried alive . A prima facie , this looked liked the most horrific case of animal cruelty, and is still considered so by some. The perpetrator was described by the sensitive and caring animal-lovers as a villain, a heartless monster, deserving of death, stoning, or even to be 'buried alive in the same manner'. But what did Mr. Vella actually do, according to the testimony heard in Court? Star was sick. It was shedding fur, and quite old already, and its owner did not afford the treatment. In trying to save some money from paying for the dog to be put to sleep and killed properly by vets, she gave it to Mr. Vella to have it killed himself. Nothing much to make people angry till now. Mercy-killing of very sick and suffering animals is widely done and usually a...

The Church and its riches

The above pictures has lately been doing rounds on facebook. Posted comments refer to injustice, hypocrisy, and of the Church not practising what it preaches. It seems it has become a common trend to blame the Church for everything under the sun. Hitting at the Church is the new way of looking cool. But before joining the bandwagon of shares, likes and comments, let me try to analyze the points this photo is trying to make. The first one: the Church is immensely rich. Well, it could be, but what do most of these riches constitute? Most of the Church's "riches" are fixed immovable assets, of which most are important human heritage. They can practically never be sold. Let's just say that the Pope sells all his adornments (provided anyone wants to buy them), maybe even Michelangelo's Pieta, and once we're at it , yes, maybe he should also sell the Sistine Chapel and have it converted to apartments. Then what? Apart from making UNESCO and the rest of human...