Skip to main content

U ija, b’daqshekk?




Din il-frażi saret l-iktar risposta komuni tal-armata kummentaturi, li ssibhom jiktbu taħt kull artiklu fuq l-internet u taħt kull post fuq F,kacebook. Kummentaturi, ħafna minnhom bi profil falz, li ħafna m’għandhomx dubju li huma kordinati, jekk mhux ukoll imħallsa, mill-Partit Laburista biex iferrxu l-messaġġ li jkunu jridu jwasslu huma.

“U ijja, b’daqshekk?” Din hi l-mentalità li jridu jdaħħlu, li jriduna nemmnu, li jriduna naċċettaw. Xejn mhu xejn, kollox jgħaddi, kollox xorta. U jekk qed iddejqek xi ħaġa, irrassenja ruħek li l-affarijiet ma jistgħux jinbidlu. Dejjem hekk kienu u dejjem hekk ser jibqgħu. L-importanti għalik, li l-but baqa’ tajjeb, li karozza oħra tista’ tixtrieha, li safra tista’ tagħmilha, li d-dar tiflaħ tirranġaha. Il-bqija tagħtix kas x’jagħmlu u x’jaħftu dawk t’hemm fuq sakemm lilek ituk loqma.

Din hija r-risposta li xerrdu meta Joseph Muscat beda jikri l-karozza tiegħu lilu nnifsu. Din hi r-risposta li taw meta neħħew is-Segretarji Permanenti kollha taċ-Ċivil. Din hi r-risposta li taw meta nqabbdu jgħaddu €4.2 miljuni lil tal-Café Premier. Din hi r-risposta li taw meta nqabbdu jagħtu l-miljuni lil Gaffarena. Din hi r-risposta li taw meta d-Deputat u l-Kelliem tal-Prim Ministru Glen Bedingfield kiteb posts anti-femminili u omofobiċi biex joffendi lil ex-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil u s-sieħba tiegħu Kristina. Din hi r-risposta li taw meta l-konsulent tagħhom, Tony Zarb, għajjar lin-nisa li protestaw favur il-ġustizzja “prostituti”. Din hi r-risposta li taw meta tkisser għal darba, tnejn, tlieta l-mafkar ta’ Daphne Caruana Galizia, maqtula għax kienet waslet qrib li tikxfilhom għawwarhom. Din hi r-risposta li taw meta l-Ministru Konrad Mizzi u Keith Schembri inqabdu b’kumpaniji sigrieti l-Panama u trusts biex jaħbuhom, meta rriżenja Manfred Galdes wara li għadda rapport iebes mill-FIAU, u meta wasalna għal ħames Kummissarju tal-Pulizija, li baqa’ ċass quddiem dawn ir-rapporti. U reġgħu taw din ir-risposta meta Hasheminejad inqabad ħiereġ mill-emergency exit fis-satra tal-lejl mill-Bank Pilatus, b’bagalja dokumenti li baqgħet sejra l-Ajruport, minn fejn telaq vjaġġ misterjuż lejn Dubai u mbagħad l-Azerbaijan, minn linja tal-ajru li misterjożament ħadet miljun ewro mingħand il-Gvern ġimgħa wara mingħajr ma ġġib turisti lejn pajjiżna.

U issa erġajna qed nisimgħu wara li ħarġet l-aħbar li l-Prim Ministru Joseph Muscat u c-Chief of Staff tiegħu, Keith Schembri, kienu fost il-mistiedna ta’ Ali Sadr Hasheminejad għat-tieġ tiegħu f’Venezia, tieġ żgħir fejn kien hemm biss nies qrib tiegħu. Kienu mistiedna għal dan it-tieġ ftit xhur wara li dan ir-raġel inħarġitlu liċenzja biex jiftaħ Pilatus Bank f’Malta, liċenzja li illum, il-mod kif inħarġet qed iqajjem suspetti kbar fuq id-due diligence li ġiet segwita. Liċenzja li skont rapport tal-FIAU, “wera interess personali fiha” Keith Schembri sabiex din tfittex toħroġ. Tieġ li għalih, Muscat u Schembri marru jifirħu lil Hasheminejad, proprju fl-istess perjodu li fih l-FIAU kienet qed tinvestiga l-Bank tiegħu u tlesti rapport li kien qed juri kif Schembri u Brian Tonna kienu qed jaħslu l-flus u jgħaddu kickbacks illeċti fuq il-bejgħ tal-passaporti.

“U ijja, b’daqshekk?” X’fiha? Dawn affarijiet normali tafux. Jiġru fid-dinja kollha. Kontijiet u kumpaniji moħbija? Dawk kulħadd għandu! Li l-Prim Ministru jmur għal tieġ ta’ kriminal li bħalissa għandu 125 sena ħabs imedendla fuq rasu? Dak għax miskin Joseph imur it-tiġien ta’ kulħadd! Li c-Chief of Staff jieħu interess personali biex dan il-kriminal tinħariġlu liċenzja jopera bank? Dak kumbinazzjoni, għax Gvern pro-business! Li dan il-bank kien qed jaħsel il-flus ta’ Keith Schembri, Brian Tonna, Konrad Mizzi, seħibhom Aliyev, u politiċi oħra mill-Azerbaijan? Dak għax jaħasra inzertaw qed jużaw l-istess bank! Li Malta kollha tara lil sid il-bank ħiereġ bil-lejla b’bagalja dokumenti wara li ġie allegat li qed jaħsel ukoll il-flus illegali li qed iddaħħal il-mara tal-Prim Ministru, u l-Kummissarju joqgħod kwiet imexmex il-fenek? Dak għax intom negattivi, u m’għandkomx provi! Li Ferris u Efimova ma jingħatawx protezzjoni ta’ whistleblowers? Dak għax mhux jimxu mal-proċeduri!

Dawn kollha affarijiet normali. Ara li taqla’ arloġġ tal-lira, dak le. Dak dnub kbir u kriminali. Imma li jaħasra tmur għal tieġ? Dak għax jaħasra Joseph ma riedx ikun pastaż.

Għax Joseph m’għandu x’jaqsam xejn ma’ Pilatus Bank. Joseph m’għandu x’jaqsam xejn mal-ħasil tal-flus ta’ Hasheminejad. Dak li ġara u dak li semmejt hawn, huma kollha kumbinazzjonijiet. Għax miskin Joseph, xortieh ħażina.




Dan l-artiklu deher fin-Nazzjon tal-Erbgħa 27 t' April 2018.

Comments

Popular posts from this blog

Why I am dropping out of the Anti-ACTA protest

Like many avid internet users, I have followed with interest the debate about ACTA (Anti-Counterfeiting Trade Agreement). After reading numerous articles, watched sensational videos, and discussed ad nauseam with friends, I have realized that what I have come across is a campaign hi-jacked by lies, myths and misconceptions as to rival Malta's misinformed divorce referendum campaign. I have to say that the videos on Youtube   got me worried. I quickly signed the petition, joined the Anti-ACTA groups, and prepared myself for a full-blown fight against the big-governments who want to intrude on our privacy and freedom of expression. Like our MEP Edward Scicluna invited us to do in the University debate last Wednesday, I did not try to understand the details of ACTA but rather saw who the players behind it were. But as usual, my logical instincts took over, and his call to not try to understand ACTA actually pushed me to read the text. And here's what I now know: ACTA is ...

Who's the real monster?

I usually hate comparisons, but some very different reactions from the 'great unthinking' rabble do merit some analysis. In May this year, the notorious dog Star was found buried alive . A prima facie , this looked liked the most horrific case of animal cruelty, and is still considered so by some. The perpetrator was described by the sensitive and caring animal-lovers as a villain, a heartless monster, deserving of death, stoning, or even to be 'buried alive in the same manner'. But what did Mr. Vella actually do, according to the testimony heard in Court? Star was sick. It was shedding fur, and quite old already, and its owner did not afford the treatment. In trying to save some money from paying for the dog to be put to sleep and killed properly by vets, she gave it to Mr. Vella to have it killed himself. Nothing much to make people angry till now. Mercy-killing of very sick and suffering animals is widely done and usually a...

Elezzjoni għal Viċi Kap

Nemmen li l-Partit Nazzjonalista jeħtieġ Viċi-Kap li jkompli jsaħħaħ il-proċess ta' tiġdid li għaddej minnu l-Partit stess, biex ikun jista' jkompli jwettaq il-bidliet pożittivi f'pajjiżna. Għalhekk kien ta' pjaċir għalija li nhar is-Sibt li għadda kont wieħed minn tal-ewwel li iffirmajt in-nomina ta' Dr. Simon Busuttil għal din il-kariga tant importanti. Nawguralu minn qalbi.