Skip to main content

Favur il-ħajja, favur id-dinjita' tal-bniedem




B’għaġla liema bħala, il-Gvern ressaq fi ftit ġranet abbozz ta’ liġi li jemenda l-Att Dwar il-Protezzjoni tal-Embrijuni. Abbozz li huwa ċar mill-iżbalji ortografiċi u f’ċertu każi kunfliġġenti li fih li sar ta’ malajr, u li sar biss biex il-Gvern joħloq devjazzjoni fil-ġranet li fihom kien jaf li l-konsorzju ta’ ġurnalisti tal-Forbidden Stories kien ser jiżvela aktar dettalji fuq il-korruzzjoni tiegħu fil-proġett Daphne Project.

Il-Partit Nazzjonalista huwa ċar fuq dan is-suġġett. Aħna Partit li nemmnu fil-valur tal-ħajja u fid-dinjità tal-persuna mill-konċepiment sal-mewt naturali tagħha. Aħna wkoll sensittivi għat-tbatija li jgħaddu minnha l-koppji li jkollhom problemi ta’ infertilità, li nafu li jkunu lesti jagħmlu minn kollox biex ikollhom l-ulied.

Huwa għalhekk li fil-Gvern, konna aħna li fl-2012 irnexxielna nsibu kunsens unanimu f’dan il-pajjiż, wara snin ta’ konsultazzjoni u diskussjoni, biex daħħalna l-ewwel liġi li irregolat is-servizz tal-IVF f’pajjiżna u rajna li dan is-servizz jibda jingħata b’xejn mill-isptarijiet pubbliċi tagħna lill-koppji li jkunu għaddejjin minn dawn id-diffikultajiet.

Pero’ konna qgħadna attenti li filwaqt li ngħinu lil dawn il-koppji, inħarsu d-drittijiet ta’ kull embrijun li kien ser jiġi prodott u ta’ kull wild li kien ser jitwieled. Dan billi assigurajna li kull embrijun kien ser jingħata opportunità indaqs li jgħix, u kull wild kien ser ikun jaf min huma l-ġenituri bijoloġiċi tiegħu għax kienu ser ikunu l-istess ġenituri prospettivi li jgħix għandhom. L-uniku eċċezzjoni li saret kienet għal każ fejn l-omm, bejn iż-żmien meta jiġi ffertilizzat il-bajd u ż-żmien meta jkun ser jiġi impjantat f’ġufha, jiġrilha xi inċident jew diżgrazzja li minħabba fiha ma tkunx tista’ ssir l-impjantazzjoni. Kien f’dan il-każ biss, fejn ma kienx hemm għażla oħra għax inkella l-embrijun inkella kien imut, li bħala kontinġenza dak l-embrijun ġie ffriżat biex meta l-omm terġa’ tkun f’kundizzjoni tajba, ikunu jistgħu jiġu impjantati dawk l-embrijuni.

Dan l-abbozz li ressaq il-Gvern, jarmi għal kollox dan il-kunsens li kien hawn f’pajjiżna, u jressaq prattiċi ġodda li anke pajjiżi liberali jew baqgħu lura milli jdaħħlu, jew qed jerġgħu jaħsbuha biex ineħħu.

L-ewwelnett l-iffriżar tal-embrijuni b’mod ta’ għażla, u mhux aktar biss f’kontinġenza. Dan ser joħloq stock kbir ta’ embrijuni ffriżati li jibqgħu ma jingħataw il-ħajja qatt, li jkollhom fuqhom data ta’ skadenza li fiha jsiru proprjetà tal-Gvern, taħt care-order tal-Ministru. Din tarmi għal kollox d-dinjità tal-persuna umana fl-aktar stat vulnerabbli tagħha. Il-Gvern qed jipprova jmewwet l-inkwiet li jqum minn din il-prattika billi jgħid li dawn ser jingħataw għall-adozzjoni. Imma min ser jadotta embrijun ta’ ħaddieħor meta faċilment jista’ japplika biex jagħmlulu tiegħu, jekk hemm bżonn b’donazzjoni anonima ta’ sperma jew bajda kif tipprovdi din il-liġi?

U hawn ngħaddu għat-tieni kwistjoni, dik tad-donazzjonijiet anonimi tal-gameti. B’liema dritt niddeċiedu li noħolqu ġenerazzjoni ta’ tfal u żgħażagħ li mhu ser ikollhom qatt id-dritt li jsiru jafu min huma l-ġenituri bijoloġiċi tagħhom? Diversi pajjiżi li daħlu din il-prattika illum qed jerġgħu jaħsbuha, għax hemm numru kbir ta’ individwi bi problemi psikoloġiċi ta’ nuqqas ta’ identità għax ma jistgħu qatt jibnu u jsiru jafu l-għeruq tagħhom. Il-Konvenzjoni tad-Drittijiet tat-Tfal issemmi b’mod ċar id-dritt li t-tfal ikunu jafu l-ġenituri bijoloġiċi tagħhom, u aħna ser narmuha barra mit-tieqa. Agħar minn hekk, il-Kummissarju tat-Tfal li suppost tkun tal-ewwel li tħares dawn id-drittijiet, toħroġ stqarrija li fiha tigdeb u tqarraq meta tgħid li dawn it-tfal ta’ 16-il sena jistgħu jsiru jafu min huma l-ġenituri bijoloġiċi tagħhom. Mhux vera. L-abbozz tal-Gvern hu ċar li l-anonimità tad-donatur hija mħarsa f’kull stadju. Ta’ 16-il sena l-individwu jista’ biss isir jafu l-istorja medika tal-ġenitur bijoloġiku, iżda qatt l-identità tiegħu.

Apparti minn hekk, il-fatt li dan is-servizz ħa jkun provdut anke lil persuni single, imur għal kollox kontra l-kunċett tal-prokreazzjoni umana, li lkoll nafu li ssir bejn tnejn min-nies u mhux minn persuna waħedha. Ser iwassalna biex ikun l-Istat stess li joħloq ulied reġistrati b’unknown father. U ma nikkumparawx din mal-adozzjoni. L-adozzjoni min persuni single u gay hija maħsuba biex almenu tipprovdi familja lil dawk li m’għandhomx. Iżda huwa dritt tat-tfal li jitnisslu u kemm jista’ jkun jitrabbew mill-ġenituri bijoloġiċi tagħhom.

L-aħħar punt huwa dwar il-maternità surrogata (surrogacy). Il-Kunsill tal-Ewropa ivvota b’mod ċar biex din il-prattika tiġi abolita mill-Ewropa għax qed toħloq abbużi kbar, u qed titratta l-mara bħala oġġett għal kiri. Pajjiż ħafna aktar liberali bħall-Iżvezja, diġa’ għadda liġi li biha ma jippermettix iżjed din il-prattika f’pajjiżu. Iżda aħna bravi. Aħna progressivi ħafna. Aħna mhux biss ħa ndaħħlu s-surrogacy, iżda ħa ndaħħluha mingħajr l-ebda termini jew kontrolli. It-termini u d-deċiżjonijiet fuq surrogacy, jgħid l-abbozz li ressaq il-Gvern, ser jiddeċidiehom il-Ministru waħdu, b’avviż legali. Imma din x’serjetà hi? U l-iktar ħaġa tal-iskantament hija li l-NGOs u Fondazzjonijiet dwar id-Drittijiet tan-Nisa, fuq dan is-suġġett ma tkellmu xejn.

Huwa irresponsabbli u diżgustanti li l-Gvern juża’ dawn il-materji sensittivi, jilgħab bil-ħajja tan-nies, biex sempliċiment jaljena n-nies mill-fatti gravi li qed jiġu żvelati bħalissa. Il-pożizzjoni tal-Partit Nazzjonalista hija ċara, aħna nemmnu f’IVF etika u li tirrispetta u tissalvagwardja d-dinjità tal-embrijuni. Adrian Delia għamilha ċara wkoll li meta nerġgħu inkunu fil-Gvern dawn l-emendi jiġu rtirati biex ikollna servizz tal-IVF etiku, imma li nsaħħuh billi fost l-oħrajn naraw li l-mediċini neċessarji għalih jiġu provduti b’xejn, xi ħaġa li sal-lum għadha ma ssirx.

Nappella lid-Deputati kollha tagħna, li għalkemm ġie irtirat il-Whip kif il-Kap wiegħed li ser jagħmel fejn jidħlu materji ta’ sensittività morali, isegwu l-pożizzjoni tal-Partit li wasalna għaliha wara seminar u diskussjoni twila u miftuħa fl-Eżekuttiv, u jibqgħu jkunu vuċi għal dawk li huma l-aktar vulnerabbli, għal valur tal-ħajja u għad-dinjità tal-bniedem.


Dan l-artiklu deher fin-Nazzjon tal-Erbgħa 25 t' April 2018.

Comments

Popular posts from this blog

Who's the real monster?

I usually hate comparisons, but some very different reactions from the 'great unthinking' rabble do merit some analysis. In May this year, the notorious dog Star was found buried alive . A prima facie , this looked liked the most horrific case of animal cruelty, and is still considered so by some. The perpetrator was described by the sensitive and caring animal-lovers as a villain, a heartless monster, deserving of death, stoning, or even to be 'buried alive in the same manner'. But what did Mr. Vella actually do, according to the testimony heard in Court? Star was sick. It was shedding fur, and quite old already, and its owner did not afford the treatment. In trying to save some money from paying for the dog to be put to sleep and killed properly by vets, she gave it to Mr. Vella to have it killed himself. Nothing much to make people angry till now. Mercy-killing of very sick and suffering animals is widely done and usually acceptable. You may

Shema Yisrael, the cries of the Palestinian people

You live a peaceful life in a modest home. You've never bothered anyone and you've never caused trouble. Out of the blues, a group of people claim that they should live in your house. Why? Because they have been persecuted in a war, and they claim that some 5,000 years ago, their God had told them your home was their promised land. Somehow, the whole community agrees with their wishes, and asks you to grant them your spare-bedroom. You oblige. After a few months, they take the whole top-floor. In a few year's time, they take over your kitchen. After a few more years, they own your house and keep you and your family locked in the bathroom. They don't even allow you to get out, while they strip-search you the few times they do. Even if it's a medical emergency. Sometimes not even medical personnel and ambulances are allowed to see to your needs while your children die in your hands. Desperation starts hitting you. Life seems to offer no hopes. In moments

Why I am dropping out of the Anti-ACTA protest

Like many avid internet users, I have followed with interest the debate about ACTA (Anti-Counterfeiting Trade Agreement). After reading numerous articles, watched sensational videos, and discussed ad nauseam with friends, I have realized that what I have come across is a campaign hi-jacked by lies, myths and misconceptions as to rival Malta's misinformed divorce referendum campaign. I have to say that the videos on Youtube   got me worried. I quickly signed the petition, joined the Anti-ACTA groups, and prepared myself for a full-blown fight against the big-governments who want to intrude on our privacy and freedom of expression. Like our MEP Edward Scicluna invited us to do in the University debate last Wednesday, I did not try to understand the details of ACTA but rather saw who the players behind it were. But as usual, my logical instincts took over, and his call to not try to understand ACTA actually pushed me to read the text. And here's what I now know: ACTA is