Skip to main content

Il-Bniedem fiċ-Ċentru tal-Politika





Spiss nisimgħu l-frażi li rridu npoġġu lill-bniedem fiċ-ċentru tal-politika tagħna. Kważi kważi, drajnieha u ma tantx għadna naħsbu fuq din xi tfisser.

Pero’ jekk vera npoġġuha fil-prattika u nattwawha, kif il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia u l-kumplament tat-tmexxija, l-amministrazzjoni u d-Deputati tagħna qed nagħmlu, din tagħmel differenza kbira fil-mod kif inħaddmu u nagħmlu l-politika.

Il-politika qed tibda dejjem mill-kuntatt man-nies. U ħafna drabi aktar kuntatt informali milli formali, fejn il-bniedem iħossu komdu jesprimi d-diffikultajiet u l-problemi li qed jiltaqa’ magħhom aktar milli f’ambjent strett u riġidu. U wara li nkunu smajna u għarbilna d-diffikultajiet li l-aktar qed jaffetwaw in-nies, nitkellmu fuqhom, jekk ikun hemm bżonn noħorġuhom fil-media, intuhom prominenza, inpoġġuhom fuq l-aġenda nazzjonali, u mbagħad nfasslu l-proposti politiċi li jistgħu jindirizzaw dik il-problema. Anke jekk il-problema tkun taffetwa imqar individwu wieħed, jekk qed isofri inġustizzja jew diffikultà għandu jingħata l-attenzjoni. Għax kull bniedem irid ikun fiċ-ċentru ta’ dak kollu li nagħmlu u ngħidu.

Dan hu l-mod ġdid kif irridu nfasslu l-politika. Mhux politika fejn nitkellmu biss fuq il-ħafna ħażin li qed jagħmel il-Gvern, li f’ċertu każi hu gravi, imma fejn nindividwaw kif qed jiġu affetwati n-nies u ntellqu l-politika u l-proposti tagħna mill-istejjer tagħhom.

Dan għamilnieh fil-każ tal-pensjonijiet tal-Membri Parlamentari fejn dawn ingħataw priorità aktar mill-pensjonijiet tan-nies, għamilnieh fil-każ ta’ Chris Bartolo li kien qed jinżamm arrestat minkejja l-kundizzjoni medika tiegħu, għamilnieh fil-każ tal-kundizzjoni tal-Isptar Monte Karmeli u l-istigma marbuta ma’ nies b’kundizzjonijiet ta’ saħħa mentali.

Issa qed nagħmluha wkoll fit-80 proposta li preparajna dwar il-Kunsilli Lokali. Il-Kunsilli huma l-iktar għodda li biha nistgħu vera npoġġu lil kull bniedem fiċ-ċentru, għax huma l-eqreb għodda politika qrib iċ-ċittadin. Kienet din ir-raġuni ewlenija għala 25 sena ilu l-Partit Nazzjonalista waqqafhom, biex anke jsaħħaħ il-kunċett tas-sussidjarjetà, fejn il-poter ikun dejjem eqreb lejn iċ-ċittadin u aktar mifrux.

Dawn il-proposti huma mibnija fuq ħames priniċipji ewlenin: li nitrattaw il-problemi soċjali mil-lokalità, li nsaħħu s-sigurtà fil-lokalitajiet tagħna, li nżidu l-koperazzjoni ta’ Kunsilli flimkien taħt il-kappa tar-reġjun, li nsaħħu l-finanzi pubbliċi li jamministraw il-Kunsilli, u li nsaħħu l-effiċjenza fl-amministrazzjoni ta’ kull Kunsill.

Fost dawn il-proposti qed ngħidu li kull Kunsill għandu jkollu Kunsillier responsabbli mill-Qasam Soċjali, li jkollu Community Worker assenjat skont id-daqs u l-bżonn tal-lokalità, li jkollu One-Stop Shop relatat mal-qasam soċjali, budget ring-fenced għal dan il-qasam, u li bil-għajnuna tal-Gvern ikun jista’ jamministra Ċentru ta’ Matul il-Jum u ta’ Matul il-Lejl, b’mod partikolari għall-anzjani u dawk li jkollhom bżonn.

Qed nipproponu wkoll li l-amministrazzjoni tal-infurzar lokali terġa’ tmur lura għand il-lokalitajiet u ma tibqax ċentralizzata kif inhi llum u li jidħol il-kunċett ta’ community policing mill-Korp tal-Pulizija.

Hemm ukoll diversi miżuri oħra relatati mat-turiżmu, negozji lokali, ħarsien tal-annimali, l-allokazzjoni finanzjarja u l-mod kif jiġu mfassla r-reġjuni. Inħeġġeġ lil kulħadd biex jagħti ħarsa lejn dan id-dokument, pilotat mill-Kelliem tal-Kunsilli Lokali Robert Cutajar u d-Direttur tal-Kunsilli Lokali Charles Bonello flimkien mal-Kulleġġ Kunsilliera tal-Partit Nazzjonalista, li hu dokument li tfassal wara proċess twil ta’ konsultazzjoni li kien jinkludi Konferenza Nazzjonali li saret għal Kunsilliera kollha lura s-sena l-oħra.

Għal darb’oħra l-Partit Nazzjonalista qed jerġa’ jkun dak il-Partit propożittiv, b’ideat ġodda u maħsuba, biex verament il-bniedem jibqa’ fiċ-ċentru tal-ħidma politika kollha tagħna.


Dan l-artiklu deher fin-Nazzjon tal-Erbgħa 11 t' April 2018.

Comments

Popular posts from this blog

Who's the real monster?

I usually hate comparisons, but some very different reactions from the 'great unthinking' rabble do merit some analysis. In May this year, the notorious dog Star was found buried alive . A prima facie , this looked liked the most horrific case of animal cruelty, and is still considered so by some. The perpetrator was described by the sensitive and caring animal-lovers as a villain, a heartless monster, deserving of death, stoning, or even to be 'buried alive in the same manner'. But what did Mr. Vella actually do, according to the testimony heard in Court? Star was sick. It was shedding fur, and quite old already, and its owner did not afford the treatment. In trying to save some money from paying for the dog to be put to sleep and killed properly by vets, she gave it to Mr. Vella to have it killed himself. Nothing much to make people angry till now. Mercy-killing of very sick and suffering animals is widely done and usually acceptable. You may

Shema Yisrael, the cries of the Palestinian people

You live a peaceful life in a modest home. You've never bothered anyone and you've never caused trouble. Out of the blues, a group of people claim that they should live in your house. Why? Because they have been persecuted in a war, and they claim that some 5,000 years ago, their God had told them your home was their promised land. Somehow, the whole community agrees with their wishes, and asks you to grant them your spare-bedroom. You oblige. After a few months, they take the whole top-floor. In a few year's time, they take over your kitchen. After a few more years, they own your house and keep you and your family locked in the bathroom. They don't even allow you to get out, while they strip-search you the few times they do. Even if it's a medical emergency. Sometimes not even medical personnel and ambulances are allowed to see to your needs while your children die in your hands. Desperation starts hitting you. Life seems to offer no hopes. In moments

Why I am dropping out of the Anti-ACTA protest

Like many avid internet users, I have followed with interest the debate about ACTA (Anti-Counterfeiting Trade Agreement). After reading numerous articles, watched sensational videos, and discussed ad nauseam with friends, I have realized that what I have come across is a campaign hi-jacked by lies, myths and misconceptions as to rival Malta's misinformed divorce referendum campaign. I have to say that the videos on Youtube   got me worried. I quickly signed the petition, joined the Anti-ACTA groups, and prepared myself for a full-blown fight against the big-governments who want to intrude on our privacy and freedom of expression. Like our MEP Edward Scicluna invited us to do in the University debate last Wednesday, I did not try to understand the details of ACTA but rather saw who the players behind it were. But as usual, my logical instincts took over, and his call to not try to understand ACTA actually pushed me to read the text. And here's what I now know: ACTA is