Skip to main content

Fondi pubbliċi għal użu personali


Jmcasille
Photo Credit: Lovin Malta

Xi ftit tax-xhur ilu kien ġie pubblikat artiklu fis-sit lovinmalta.com li studja kemm il-Gvern Malti qed jonfoq fuq propoganda fil-media soċjali (ara hawn). Kien ġie magħruf li bejn Marzu 2013 u Settembru 2017 il-Gvern Malti nefaq mat-€2.62 miljun ewro fuq riklami fis-siti soċjali. €1.34 miljun minnhom kienu użati biex jippromwovu lil Malta mal-barranin, waqt li €1.28 miljun intefqu fi propoganda mal-Maltin stess.

Dan ifisser li ntefqu €23,331 fix-xahar fuq propoganda, ħafna drabi partiġġjana, minn fondi pubbliċi. B’dan l-ammont ta’ flus, ġie kalkulat li stejjer ta’ propoganda tal-Gvern jidhru fuq in-newsfeeds ta’ kull persuna mat-33 darba fix-xahar. Dan hu ammont astronomiku. Anke jekk tqabbel man-nefqa tal-Gvern Kanadiż, li hu magħruf bħala Gvern li jikkomunika ħafna permezz tas-siti soċjali, il-Gvern Malti jonfoq ras għal ras 6 darbiet aktar!

Din qed toħloq sitwazzjoni fejn ir-realtà li jipperċepixxu n-nies f’dak li jaraw fuq siti soċjali qed tkun alternata bl-infieq tal-Gvern. Jidher li b’mod partikolari meta jkun hemm stejjer ta’ skandli, il-Gvern jonfoq iżjed fi propoganda, u allura kull individwu għalih dawk l-aħbarijiet ikunu megħrqa f’ruxxmata aħbarijiet sbieħ, pożittivi u propogandistiċi, biex il-perċezzjoni tiegħu ta’ kif inhu sejjer il-pajjiż tibqa’ waħda tajba u sabiħa.

Apparti minn hekk, kien ilu jidher li ħafna Ministri, minflok ma jużaw paġna tal-Ministeru jew tas-Segretarjat biex jinfurmaw liċ-ċittadini bix-xogħol li jkun qed isir jew b’xi miżuri li jittieħdu, qed jużaw il-paġni personali tagħhom. Dan m’għandu qatt ikun aċċettabbli. Apparti li b’hekk fondi pubbliċi qed jintużaw għal propoganda, qed jintużaw ukoll għal promozzjoni personali tal-kampanji tal-Ministru u s-Segretarji Parlamentari.

Din il-ġimgħa l-istess sit kompla fuq din l-investigazzjoni u ppubblika storja oħra (ara hawn). Wara diversi mistoqsijiet lil diversi Ministri u Segretarji Parlamentari, kellhom konferma mingħand is-Segretarju Parlamentari Aaron Farrugia li qed juża’ fondi pubbliċi biex jippromwovi xogħolu fuq il-paġna personali tiegħu. Għalkemm ma kienx hemm konferma, jidher li l-istess tattika qed tintuża’ mill-Ministru Konrad Mizzi, li jidher li malli ismu jibda jissemma’ f’xi skandlu, jippromwovi videos fejn jitkellem fuq xogħol relatat mat-turiżmu.

Huwa ċar li l-linja li suppost teżisti bejn Gvern u Partit, u bejn il-Ministru u d-dekasteru tiegħu, spiċċat. Għalkemm il-Gvern kien wiegħed li ser joħroġ linji gwida fuq l-użu tal-media soċjali mill-membri tal-Kabinett u d-Dipartimenti tal-Gvern, dawn il-linji gwida għadhom ma rawx id-dawl tax-xemx.

Il-media soċjali illum saret parti importanti mill-ħajja ta’ ħafna minna. Din hi sitwazzjoni ġdida fil-qafas demokratiku ta’ ħafna pajjiżi. Jekk mhux ser ikun hemm kontrolli u checks and balances serji fuq kif din tintuża’ mill-mexxejja, faċilment tispiċċa għodda li tgħawwar id-demokrazija u tkisser l-informazzjoni, flok issaħħaħ id-demokrazija billi tinforma ċ-ċittadin. Għax il-veru saħħa tad-demokrazija, hija f’kemm ikunu infurmati tajjeb iċ-ċittadini li jħaddmuha. Jekk ma jkunux, il-futur distopjan ta’ 1984 jispiċċa jsir dejjem aktar realtà.



Dan l-artiklu deher fil-Mument tal-Ħadd 20 ta' Mejju 2018

Comments

Popular posts from this blog

Shema Yisrael, the cries of the Palestinian people

You live a peaceful life in a modest home. You've never bothered anyone and you've never caused trouble. Out of the blues, a group of people claim that they should live in your house. Why? Because they have been persecuted in a war, and they claim that some 5,000 years ago, their God had told them your home was their promised land. Somehow, the whole community agrees with their wishes, and asks you to grant them your spare-bedroom. You oblige. After a few months, they take the whole top-floor. In a few year's time, they take over your kitchen. After a few more years, they own your house and keep you and your family locked in the bathroom. They don't even allow you to get out, while they strip-search you the few times they do. Even if it's a medical emergency. Sometimes not even medical personnel and ambulances are allowed to see to your needs while your children die in your hands. Desperation starts hitting you. Life seems to offer no hopes. In moments

The Great Energy Proposal

I followed the example of a facebook comment uploaded on another blog to work out the savings my household will make with Labour's energy proposals. Our bill for of €717.80 for 7 months is divided into: An electricity service charge of €36.86 Electricity consumption of €404.83 A water service charge of €33.46 Water consumption of €242.65 Through the new tariff scheme, reducing the electricity consumption bill by 25% and the water consumption bill by 5%, our bill will read: An electricity service charge of €36.86 Electricity consumption of €303.62 A water service charge of €33.46 Water consumption of €230.52 A total of €604.46 for the same 7 months. A reduction of €16.20 a month. But this reduction comes at what price? This grand plan, the one we have been expecting for all these years, will materialize  if  we find a private investor ready to fork out €500 million in capital investment,  if  we reach a 10-year fixed price agreement,  if we manage to b

Why I am dropping out of the Anti-ACTA protest

Like many avid internet users, I have followed with interest the debate about ACTA (Anti-Counterfeiting Trade Agreement). After reading numerous articles, watched sensational videos, and discussed ad nauseam with friends, I have realized that what I have come across is a campaign hi-jacked by lies, myths and misconceptions as to rival Malta's misinformed divorce referendum campaign. I have to say that the videos on Youtube   got me worried. I quickly signed the petition, joined the Anti-ACTA groups, and prepared myself for a full-blown fight against the big-governments who want to intrude on our privacy and freedom of expression. Like our MEP Edward Scicluna invited us to do in the University debate last Wednesday, I did not try to understand the details of ACTA but rather saw who the players behind it were. But as usual, my logical instincts took over, and his call to not try to understand ACTA actually pushed me to read the text. And here's what I now know: ACTA is