Skip to main content

Il-kont tad-dawl u l-ilma...qed tinsteraq?




Ftit tal-ġimgħat ilu, il-gazzetta The Malta Independent investigat kif is-sistema l-ġdida ta’ kif qed taħdem il-kontijiet l-ARMS kienet qed twassal biex il-konsumaturi jirċievu kontijiet ogħla milli suppost (ara hawn). Diversi ekonomisti u akkademiċi wkoll tkellmu fuq dan u spjegaw kif dan qed jiġri, fosthom Marie Briguglio.

Kif qed jiġri dan? Ħa nipprova nispjega ftit kif taħdem is-sistema. Ir-rati li bihom tħallas għal kull unit mhumiex l-istess. Biex jiġi inkuraġġit li kemm jista’ jkun wieħed ma jikkunsmax aktar milli suppost, hemm skali (brackets) ta' prezzijiet li jogħlew skont il-konsum. Kif tindika t-tabella hawn taħt, jekk ma taqbiżx ċertu ammont ta' units f'sena, tħallas prezzijiet b'tariffi aktar baxxi, u aktar ma wieħed jikkonsma, aktar jiswew il-units.  S'hemmhekk sempliċi.



Sa ftit tas-snin ilu, għalkemm numru ta’ familji kienu jirċievu kont ta’ stima kull xahrejn jew kull tlieta, il-kont attwali kien jinħadem fuq perjodu ta’ sitt xhur. Dan kien ifisser li jekk kien hemm xahrejn li fihom int ikkunsmajt iktar dawl għax per eżempju xegħelt l-arja kundizzjonata, kienu jpattu għalihom l-erba’ xhur li fihom ma ikkunsmajtx ħafna għax ma xegħeltux.

Li qed jiġri issa huwa li minflok ma jittieħed l-ammont ta’ units li ħlejt f’6 xhur, jew f’sena, qed jittieħed l-ammont ta’ units li ħlejt f’xahrejn biss.  Il-brackets tar-rati li tajt hawn fuq ukoll qed jinqasmu għal kull xahrejn.  Mad-daqqa t'għajn, dan jidher biss bħala bdil fil-frekwenza ta' kemm tirċievi kontijiet. Iżda kif esperjenzaw diversi familji, dan qed iwassal għal kontijiet ogħla.  Il-fatt li l-brackets ġew maqsuma simplistikament għal xahrejn, inaqqaslek iċ-ċans li jkollok perjodi fejn xhur ta' konsum baxx ipattu għal dawk fejn użajt aktar. F'termini faċli, l-kont l-għoli jiġi kkalkulat mal-ewwel u tirċievih biex tħallsu minnufih, mingħajr ma' jkollok ċans tibbilanċja b'kontjiiet minn perjodi ta' konsum aktar baxx.

Ejja nġibu eżempju prattiku. Bis-sistema kif kienet tinħadem qabel, jekk familja f’sena taħli 6,000 unit, din kienet tħallas hekk:  




Kont totali tal-konsum ta’ €728.60, mingħajr ma jimporta meta u kif qassamt l-użu ta’ dawn il-units.


Bis-sistema l-ġdida ta' kontijiet attwali kull xahrejn, li daħħal dan il-Gvern mill-2014, l-2,000 unit jinqasmu fuq kull xahrejn, li jfisser li għandek 333.33 units kull xahrejn bir-rata l-baxxa. Bl-istess mod għandek 666.67 units bit-tieni l-inqas rata baxxa. 




Issa jekk l-istess familja, is-6,000 unit ma użathomx bl-istess mod matul is-sena, iżda per eżempju użat 2,000 fix-xahrejn tas-sajf bl-arja kundizzjonata tagħti, użat 1,500 fl-iksaħ xahrejn tax-xitwa għax kien hemm ġranet fejn kellha bżonn issaħħan, u l-2,500 unit l-ieħor fil-kumplament tas-sena, il-kont ħa jiġieha differenti. Dan għaliex tax-xahrejn tas-sajf ħa teħel 333.33 units bit-10ċ47, 666.67 units bit-12ċ98, 666.67 units oħra bis-16ċ07, u t-333.33 units l-oħra saħansitra bit-34ċ02. Fix-xahrejn tax-xitwa, ser jiġrilha l-istess, waqt li l-units tat-8 xhur l-oħra ħa nassumu li l-konsum kien imqassam l-istess. B’din is-sistema, din il-familja l-kont ser jiġieha €834.77! Jiġifieri għalkemm ħliet l-istess ammont ta’ units, il-kont ġieha €106.17 aktar, 14.6% aktar milli normalment kien jiġieha.








U hawnhekk qed nitkellmu biss fuq ir-rata tal-konsum. Għax l-istess ħaġa qed tiġri fl-eko-riduzzjoni. Kull residenza intitolata għal eko-riduzzjoni jekk il-konsum f’sena ma jaqbiżx 1,750 unit għal kull persuna li tgħix fid-dar (2,000 unit jekk persuna tgħix waħedha). Iżda minflok l-eko-riduzzjoni qed tinqasam fuq il-konsum ta’ sena, qed tinqasam fuq il-konsum ta’ kull xahrejn. Dan ifisser li qed jiżdiedu l-perjodi fejn il-familja ma tikkwalifikax għall-eko-riduzzjoni, li jfisser li l-kont qed jerġa’ jiġi ogħla milli suppost. U l-eko-riduzzjoni mhix ftit, hija roħs ta' 25% fuq kull 1,000 unit għal kull persuna, u roħs ta' 15% fuq it-tieni 750 unit. Bażikament, ekwivalenti għal famuż roħs li kien wiegħed dan il-Gvern qabel l-elezzjoni.

U hawnhekk malajr wieħed jibda jifhem kif dan il-famuż roħs ta’ 25% kien daħk fil-wiċċ. Wieħed malajr jibda jifhem fejn qed imorru l-€40 miljun żejda li ħallasna lis-Socar tal-Azerbaijan, il-€11-il miljun telf li għamilna mill-ftehim tal-fuels mal-istess Azerbaijan, u minn fejn ġejjin il-miljuni li daħlu fis-17 Black, proprju mill-Azerbaijan u mill-aġenti tat-tanker tal-gass, lesti biex jitqassmu lil Konrad Mizzi u Keith Schembri.

Ir-reazzjoni min-naħa tal-Gvern fuq din il-biċċa hija skarsa u xotta wisq. Żewġ ċittadini fetħu kawża fil-Qorti fejn qed jargumentaw li din is-sistema tmur kontra l-liġijiet u d-direttivi Ewropej. Il-Partit Nazzjonalista wkoll tkellem fuq din is-sistema u qed jiġbor kemm jista’ informazzjoni mingħandkom il-konsumaturi biex ikompli jibni l-każ tiegħu. L-Eurostat ukoll ilbieraħ ikkonfermat li l-poplu Malti qed iħallas 7.1% aktar fuq medja nazzjonali għall-enerġija, mingħajr ma suppost kien hemm l-ebda żieda fit-tariffi. Ħa nkomplu nsegwu fid-dettal dan is-serq fil-wiċċ ta spejjeż tal-konsumaturi Maltin u nieħdu l-passi neċessarji biex infhiemu liċ-ċittadini u niddefendu l-interessi tagħhom, sakemm isir l-aġġustament meħtieġ fis-sistema u sakemm kulmin insteraq jieħu flusu lura.




Dan l-artiklu deher fil-Mument tal-Ħadd 27 ta' Mejju 2018

Comments

Popular posts from this blog

Elezzjoni għal Viċi Kap

Nemmen li l-Partit Nazzjonalista jeħtieġ Viċi-Kap li jkompli jsaħħaħ il-proċess ta' tiġdid li għaddej minnu l-Partit stess, biex ikun jista' jkompli jwettaq il-bidliet pożittivi f'pajjiżna. Għalhekk kien ta' pjaċir għalija li nhar is-Sibt li għadda kont wieħed minn tal-ewwel li iffirmajt in-nomina ta' Dr. Simon Busuttil għal din il-kariga tant importanti. Nawguralu minn qalbi.

Why I am dropping out of the Anti-ACTA protest

Like many avid internet users, I have followed with interest the debate about ACTA (Anti-Counterfeiting Trade Agreement). After reading numerous articles, watched sensational videos, and discussed ad nauseam with friends, I have realized that what I have come across is a campaign hi-jacked by lies, myths and misconceptions as to rival Malta's misinformed divorce referendum campaign. I have to say that the videos on Youtube   got me worried. I quickly signed the petition, joined the Anti-ACTA groups, and prepared myself for a full-blown fight against the big-governments who want to intrude on our privacy and freedom of expression. Like our MEP Edward Scicluna invited us to do in the University debate last Wednesday, I did not try to understand the details of ACTA but rather saw who the players behind it were. But as usual, my logical instincts took over, and his call to not try to understand ACTA actually pushed me to read the text. And here's what I now know: ACTA is ...

Who's the real monster?

I usually hate comparisons, but some very different reactions from the 'great unthinking' rabble do merit some analysis. In May this year, the notorious dog Star was found buried alive . A prima facie , this looked liked the most horrific case of animal cruelty, and is still considered so by some. The perpetrator was described by the sensitive and caring animal-lovers as a villain, a heartless monster, deserving of death, stoning, or even to be 'buried alive in the same manner'. But what did Mr. Vella actually do, according to the testimony heard in Court? Star was sick. It was shedding fur, and quite old already, and its owner did not afford the treatment. In trying to save some money from paying for the dog to be put to sleep and killed properly by vets, she gave it to Mr. Vella to have it killed himself. Nothing much to make people angry till now. Mercy-killing of very sick and suffering animals is widely done and usually a...