Skip to main content

Bla standards u bla rispetti



Hija sfortuna li ġimgħa wara ġimgħa, f’dan il-pajjiż spiċċajna minflok ma naraw Gvern li jiddiskuti proposti ġodda, ideat ġodda u kif ħa nagħmlu l-ħajja tan-nies aħjar, spiċċajna ġimgħa wara ġimgħa naraw Gvern jipprova jiddefendi l-indifensibbli. Naraw Gvern jipprova jara kif ħa jiddefendi skandlu wara l-ieħor li jiġi żvelat fil-media.

Din il-ġimgħa kien imiss li nsiru nafu b’abbuż minn Ministru li forsi ftit konna nistennewha mingħandu, il-Ministru Karmenu Abela. Kien il-ġurnal The Sunday Times of Malta li żvela kif fl-2015, sar xogħol fid-dar privata ta’ Karmenu Abela minn ħaddiema taċ-ċivil. Jidher li x-xogħol sar waqt li dawn kienu suppost waqt xogħolhom mal-Gvern, u kien kordinat mill-mara tal-Ministru. Inkredibbilment, il-Ministru Abela irrisponda li ma jafx min għamel ix-xogħol. Ma jafx min għamel ix-xogħol ġo daru.

Jidher li din tal-“ma nafx” hija l-ewwel difiża komuni tal-membri ta’ dan il-Gvern. Konrad Mizzi ma jafx bis-17 Black, għalkemm niżżilha bħala klijent tiegħu. Keith Schembri ma jafx ta’ min hi għalkemm qal li kienet parti mill-business plan tiegħu. Issa Karmenu Abela ma jafx min għamel ix-xogħol ġo daru. U tant ma jirrispettawx l-intelliġenza tagħna li jippretendu li nemmnuhom.

Każ bħal dan ġara anke fl-Afrika t’Isfel, u wassal biex il-President Jacob Zuma jirriżenja. Niftakru li anke meta Karmenu Abela kien Ministru tal-Intern, kien inqabad jindaħal f’investigazzjoni dwar frodi. F’każ simili fl-Irlanda kellu jirriżenja Frances Fitzgerald.

Imma jidher li l-istandards li jgawdu pajjiżi oħra, ma ngawduhomx f’Malta. Hawn ikollna nitqannew b’Ministri li jinqabdu jisirqu minn fuq daharna u jibqgħu hemm. Ma jiġri xejn. Ġrat b’Konrad Mizzi, ġrat b’Keith Schembri, ġrat b’Joseph Muscat, ġrat bi Chris Cardona, u issa qed tiġri anke b’Karmenu Abela.

U din l-attitudni jidher li baqgħet tiela’ sal-President. Dik li suppost hi l-gwardjan tal-Kostituzzjoni u l-liġijiet ta’ pajjiżna. Dik li suppost għandha l-awtorità morali biex tagħti gwida. Dik li mill-persuna li tokkupa l-ogħla kariga tal-pajjiż, il-kariga li tirrapreżenta r-Repubblika, spiċċat mudella fir-riklami tal-ħalib.



Lanqas tkun taf minn fejn taqbad tibda titkellem fuqha din. Timmaġina lil xi President ta’ x’imkien ieħor fid-dinja, imqar il-President tal-iktar pajjiż sotto-żviluppat li qatt smajt bih, jidher fir-riklami biex ibiegħ prodott? Le. Ma ssir qatt. U m’għandha ssir qatt. Dik il-kariga hija tal-Istat, tar-Repubblika. Mihix ta’ Marie Louise Coleiro Preca biex tagħmel biha li trid. Hija tagħna, hija wirt tagħna, tissimbolizza lilna, lil pajjiżna, l-identità tagħna u lil dak kollu li jagħmilna aħna. U almenu, jekk Marie Louise Coleiro Preca m’għandhiex rispett lejha nfisha, għandu jkollha rispett lejn din il-kariga li qed tokkupa, l-ogħla kariga fil-pajjiż. Kif tista’ qatt tiġġustifika li tuża’ dik il-kariga biex tirreklama prodott. Irrelevanti hux b’xejn, hux bi ħlas, jew hux għal karità. Il-kariga la hi tagħha, u lanqas mhi tal-ebda prodott.

U ma nistax nifhem kif min-nies li hemm jaħdmu fl-Uffiċċju tal-President, ħadd ma ġibdilha l-attenzjoni li din xi ħaġa li ma ssirx. Iva m’hemm ħadd li għandu idea tal-protokoll? Possibli ma hemm ħadd? Jew min kellu idea ta’ sens ta’ Stat spiċċa twarrab u tneħħa, biex indaħħlu nies bil-pjaċiri, anke fl-Uffiċċju tal-President?

Pajjiż li jitlef is-sens ta’ Stat fit-tmexxija tiegħu, jitlef is-sens ta’ Stat fil-poplu tiegħu. U jkompli jsir pajjiż tal-“u ijja mhux xorta”, fejn kollox jgħaddi, fejn “xejn mhu xejn”, u fejn l-unika ħaġa li jimporta huma x’ħa ndaħħlu fil-but. Imqar minn daqsxejn ta’ riklam tal-ħalib u minn daqsxejn ta’ veranda fir-residenza privata tagħna.

Imma anke dan għandu prezz. U l-prezz li qed inħallsu huwa n-nuqqas ta’ rispett lejna nfusna u lejn pajjiżna. U malli nitlfu r-rispett lejna nfusna aħna, jitlef ir-rispett lejna ħaddieħor.


Dan l-artiklu deher fin-Nazzjon tal-Erbgħa 6 ta' Ġunju 2018.

Comments

Popular posts from this blog

Who's the real monster?

I usually hate comparisons, but some very different reactions from the 'great unthinking' rabble do merit some analysis. In May this year, the notorious dog Star was found buried alive . A prima facie , this looked liked the most horrific case of animal cruelty, and is still considered so by some. The perpetrator was described by the sensitive and caring animal-lovers as a villain, a heartless monster, deserving of death, stoning, or even to be 'buried alive in the same manner'. But what did Mr. Vella actually do, according to the testimony heard in Court? Star was sick. It was shedding fur, and quite old already, and its owner did not afford the treatment. In trying to save some money from paying for the dog to be put to sleep and killed properly by vets, she gave it to Mr. Vella to have it killed himself. Nothing much to make people angry till now. Mercy-killing of very sick and suffering animals is widely done and usually acceptable. You may

Shema Yisrael, the cries of the Palestinian people

You live a peaceful life in a modest home. You've never bothered anyone and you've never caused trouble. Out of the blues, a group of people claim that they should live in your house. Why? Because they have been persecuted in a war, and they claim that some 5,000 years ago, their God had told them your home was their promised land. Somehow, the whole community agrees with their wishes, and asks you to grant them your spare-bedroom. You oblige. After a few months, they take the whole top-floor. In a few year's time, they take over your kitchen. After a few more years, they own your house and keep you and your family locked in the bathroom. They don't even allow you to get out, while they strip-search you the few times they do. Even if it's a medical emergency. Sometimes not even medical personnel and ambulances are allowed to see to your needs while your children die in your hands. Desperation starts hitting you. Life seems to offer no hopes. In moments

Why I am dropping out of the Anti-ACTA protest

Like many avid internet users, I have followed with interest the debate about ACTA (Anti-Counterfeiting Trade Agreement). After reading numerous articles, watched sensational videos, and discussed ad nauseam with friends, I have realized that what I have come across is a campaign hi-jacked by lies, myths and misconceptions as to rival Malta's misinformed divorce referendum campaign. I have to say that the videos on Youtube   got me worried. I quickly signed the petition, joined the Anti-ACTA groups, and prepared myself for a full-blown fight against the big-governments who want to intrude on our privacy and freedom of expression. Like our MEP Edward Scicluna invited us to do in the University debate last Wednesday, I did not try to understand the details of ACTA but rather saw who the players behind it were. But as usual, my logical instincts took over, and his call to not try to understand ACTA actually pushed me to read the text. And here's what I now know: ACTA is