Skip to main content

Dak li jiġri bil-wegħdi fiergħa




Ħafna drabi faċli li biex wieħed jirbaħ il-voti, jew jikkuntenta lil sezzjoni ta’ nies għal mument, ma jagħtix kas tar-riperkussjonijiet fit-tul u jwiegħed l-impossibli. Basta fil-mument ikkuntentahom. Basta fil-mument ħadilhom il-vot.

Din hija tentazzjoni li jaffaċċja kull politiku u kull Partit, iżda li nemmen li għandu joqgħod attent ħafna milli jaqa’ għaliha għax faċli ttellfu l-kredibilità u għada pitgħada turta ħafna iżjed lil dawk in-nies li jaraw li l-wegħdi li saru magħhom ma jitwettqux.

Huwa dak li qed jiġri fl-ekonomija bħalissa. Għandna Gvern li qed ikabbar l-ekonomija b’rata mgħaġġla, iktar milli hu normali, billi sempliċiment iżid il-popolazzjoni bl-immigrazzjoni, mingħajr ma jara l-konsegwenzi li dan ser iħalli fil-futur: il-mod kif qed jikber id-distakk bejn min għandu ħafna u min m’għandu xejn, u x’ser ikun qed jiġri hekk kif din ir-rata tat-tkabbir fil-popolazzjoni tilħaq limitu.

U huwa dak ukoll li ġara fil-każ tal-insib. Il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-insib f’Malta għandu jieqaf. U għalfejn? Għax il-Gvern Laburista, fl-2014 u l-2015 fetaħ l-istaġun mingħajr ma applika d-deroga kif suppost. L-aqwa li għal dik l-elezzjoni seraq il-vot tan-nassaba u wegħdhom li jistgħu jonsbu kemm iridu u għal x’hiex iridu.

Issa x’ġara? Issa eluf ta’ nassaba ser jispiċċaw ma jistgħux jipparttikaw id-delizzju minħabba dik id-deċiżjoni mgħaġġla li ma tatx kas tal-konsegwenzi li ser tħalli ‘l quddiem. Li kieku l-Gvern applika d-deroga kif suppost, u issodisfa l-kundizzjonijiet kollha skont id-Direttiva Ewropea tal-Għasafar, li tippermetti deroga għal numru żgħir ta’ għasafar u b’numru limitat ibbażat fuq monitoraġġ tal-popolazzjoni, kieku forsi vera n-nassaba kienu jgergru għax ma jistgħux jonsbu għal kollox, imma almenu kienu jkunu jistgħu jonsbu. Issa, għax flok il-fidda wegħdhom id-deheb, spiċċaw ma jistgħu jonsbu xejn.

Issa li ntilfet il-kawża minħabba r-ras iebsa tal-Gvern, il-Partit Nazzjonalista jerġa' jappella għal djalogu serju mal-Kummissjoni Ewropea u man-nassaba biex insibu mod kif l-insib ikun possibbli b'mod sostenibbli u li jsir permezz ta' pjan serju li ma jiksirx il-ħarsien tad-Direttiva Ewropea tal-Għasafar filwaqt li ma jiġbidx aktar kundanni lejn Malta li minnhom jispiċċa jbati kulħadd.

 Il-linja nazzjonali saret mistħija nazzjonali




Bħal kull ħaġa oħra li mess Konrad Mizzi, l-Air Malta saret qassata. Mela l-ewwel mess l-enerġija, fejn il-pajjiż tilef il-miljuni mill-ftehim tal-gass u mill-ftehim tal-fuels, biex sirna nafu li l-Ministru Mizzi u Keith Schembri daħlu miljuni mill-commissions. Imbagħad mess is-saħħa, fejn inbiegħu tliet sptarijiet, fosthom l-unika wieħed f’Għawdex, lil nies li ma nafux min huma u li ħallewlna biss ħofra. Fejn marru l-miljuni t’hawn għadna ma nafux. Issa mess lill-Air Malta, fejn deċiżjoni ħażina wara l-oħra waslitha fi stat tal-mistħija, fejn ħadd ma għadu jafdaha, u fejn qed issirilha ħsara kbira lir-reputazzjoni tagħha. Din il-ġimgħa erġajna sirna nafu b’numru ta’ titjiriet li ma sarux, jew li telqu tard ħafna.

Mela l-ewwel il-Ministru Mizzi naqqas il-flotta tal-Air Malta u kera ajruplani lil linji oħra. Imbagħad ħabbar numru kbir ta’ rotot ġodda li l-Air Malta ma kellhiex biex taħdem, u spiċċat trid jew tikri l-ajruplani hi jew tagħti t-titjiriet lil linji oħra, ta’ standards iktar baxxi, b’detriment għall-passiġġieri, jew saħansitra tħassar it-titjiriet tagħha.

Fl-istess ħin, l-Air Malta qed tagħti skemi ta’ irtirar kmieni lil ħaddiema tagħha, b’offerti li jitilgħu anke mal-€140,000. Wieħed jaħseb li dawn qed isiru għax għandha bżonn tnaqqas il-ħaddiema imma le. Waqt li qed tagħti dawn l-iskemi, m’għandhiex biżżejjed staff biex tħaddem it-titjiriet kurrenti tagħha, u qed tfittex li tħaddem iżjed nies. Mela għalfejn qed tħallas lil ħaddiema ta’ esperjenza biex jitilqu? Forsi biex noħolqu naqra postijiet x’nimlew qabel l-elezzjonijiet tal-MEPs tas-sena d-dieħla?

Dik hi l-qassata kurrenti li qed jaħmilna Konrad Mizzi, wara ż-żewġ qassati l-oħra fiż-żewġ setturi l-oħra li mess. Il-problema hi li ta’ dawn il-qassatat, qed inħallsu aħna.





Dan l-artiklu deher fil-Mument tal-Ħadd 24 ta' Ġunju 2018.

Comments

Popular posts from this blog

Who's the real monster?

I usually hate comparisons, but some very different reactions from the 'great unthinking' rabble do merit some analysis. In May this year, the notorious dog Star was found buried alive . A prima facie , this looked liked the most horrific case of animal cruelty, and is still considered so by some. The perpetrator was described by the sensitive and caring animal-lovers as a villain, a heartless monster, deserving of death, stoning, or even to be 'buried alive in the same manner'. But what did Mr. Vella actually do, according to the testimony heard in Court? Star was sick. It was shedding fur, and quite old already, and its owner did not afford the treatment. In trying to save some money from paying for the dog to be put to sleep and killed properly by vets, she gave it to Mr. Vella to have it killed himself. Nothing much to make people angry till now. Mercy-killing of very sick and suffering animals is widely done and usually acceptable. You may

Shema Yisrael, the cries of the Palestinian people

You live a peaceful life in a modest home. You've never bothered anyone and you've never caused trouble. Out of the blues, a group of people claim that they should live in your house. Why? Because they have been persecuted in a war, and they claim that some 5,000 years ago, their God had told them your home was their promised land. Somehow, the whole community agrees with their wishes, and asks you to grant them your spare-bedroom. You oblige. After a few months, they take the whole top-floor. In a few year's time, they take over your kitchen. After a few more years, they own your house and keep you and your family locked in the bathroom. They don't even allow you to get out, while they strip-search you the few times they do. Even if it's a medical emergency. Sometimes not even medical personnel and ambulances are allowed to see to your needs while your children die in your hands. Desperation starts hitting you. Life seems to offer no hopes. In moments

Why I am dropping out of the Anti-ACTA protest

Like many avid internet users, I have followed with interest the debate about ACTA (Anti-Counterfeiting Trade Agreement). After reading numerous articles, watched sensational videos, and discussed ad nauseam with friends, I have realized that what I have come across is a campaign hi-jacked by lies, myths and misconceptions as to rival Malta's misinformed divorce referendum campaign. I have to say that the videos on Youtube   got me worried. I quickly signed the petition, joined the Anti-ACTA groups, and prepared myself for a full-blown fight against the big-governments who want to intrude on our privacy and freedom of expression. Like our MEP Edward Scicluna invited us to do in the University debate last Wednesday, I did not try to understand the details of ACTA but rather saw who the players behind it were. But as usual, my logical instincts took over, and his call to not try to understand ACTA actually pushed me to read the text. And here's what I now know: ACTA is