Skip to main content

Efimova tingħata l-protezzjoni




F’deċizjoni bla preċedent din il-ġimgħa, il-Qorti Suprema Griega ikkonfermat l-ewwel deċiżjoni tal-Qorti Griega u irrifjutat l-estradizzjoni tal-whistleblower Russa Maria Efimova.

Dan wara li l-Gvern Malti talab li din tiġi estraditha lejn Malta biex taffaċċja akkużi li jridu jressqu l-Pulizija kontrieha fuq rapporti li saru fuqha mill-Bank Pilatus. Hija ċaħdet dawn l-akkużi u qed tgħid li dawn huma biss forma ta’ tpattija u intimidazzjoni minn dan il-Bank wara li hi kienet kixfet l-attività kriminali li kienet għaddejja hemm ġew. Din l-istorja ġiet rappurtatha anke mir-Reuters minħabba s-sinifikat tagħha (ara hawn).

Hawnhekk għandna Qorti f’pajjiż tal-Unjoni Ewropea li tiddikjara li mhix konvinta li whistleblower hija protetta biżżejjed minn pajjiż ieħor tal-Unjoni Ewropea. Għandna Qorti Ewropea li tgħid li Malta m’għadhiex pajjiż sikur. Li tgħid li jekk iċ-ċittadini ta’ Malta jkunu lesti jikxfu każi ta’ korruzzjoni kbar li fihom hemm involuti politiċi Maltin, dawn mhumiex protetti mill-istituzzjonijiet f’pajjiżhom, iżda għandhom bżonn kenn politiku f’pajjiż ieħor. Għax l-istituzzjonijiet f’Malta jipproteġu l-politiċi u mhux l-innoċenti.

Dik hi l-Malta li qed ngħixu fiha. Dik hi l-Malta li tana Joseph Muscat. Malta fejn niesha, jekk ma jimxux mal-linja, jridu jsibu kenn politiku f’pajjiżi oħra.

Għax is-sigurtà u l-libertà f’pajjiż ma jitkejjlux, kif prova jgħid Jason Micallef, minn kemm hemm nies jixorbu fit-toroq jew jiġru fil-bajjiet. Titkejjel min kemm iħossuhom protetti dawk li lesti jitkellmu, mhux minn kemm iħossuhom protetti dawk li mhumiex ta’ theddida għal korrotti u l-ħallelin li hemm fil-poter.


The situation is really desperate.



Ksur ta’ drittijiet fundamentali tal-bniedem




F’deċiżjoni oħra tal-Qrati din il-ġimgħa, il-Qorti iddikjarat li l-Gvern kiser id-drittijiet fundamentali tal-familja Caruana Galizia meta l-Assistent Kummissarju Silvio Valletta, li jiġi r-raġel tal-Ministru Justyne Caruana, tħalla jmexxi l-investigazzjoni fil-qtil tal-ġurnalista (ara hawn). Dan meta huwa persuna esposta politikament, u l-kitba ta’ Caruana Galizia kienet kollha dwar politiċi, li allura tpoġġieh f’kunflitt ċar ta’ interess.

Silvio Valletta iddikjara li ser jirtira mill-investigazzjoni, iżda l-Gvern, b’nuqqas ta’ rispett u b’turija ċara ta’ disprezz, qal li ser jappella mid-deċiżjoni u jrid li Valletta jibqa’ jmexxi l-investigazzjoni. Flok staħbew bil-mistħija, arroganti biżżejjed li jippruvaw jibqgħu iwebbsu rashom.


 Kuraġġ Jonathan Ferris



Fl-istess ġimgħa, whistleblower ieħor ukoll kellu jirrikorri għall-Qrati. Jonathan Ferris, li l-Gvern għadu jirrifjuta li jtih l-istatus ta’ whistleblower biex ikun jista’ jikxef kulma ra u kulma jaf sabiex issir ġustizzja, fetaħ kawża fil-Qrati fejn qed jitlob il-Qorti tiddikjara li l-mod kif il-Gvern qed jirrifjuta li jtih dan l-istatus huwa illegali u jmur kontra d-drittijiet tiegħu (ara hawn).

Huma ftit in-nies li għandhom il-fibra u s-saħħa morali ta’ Ferris. Li meta jaraw l-awtoritajiet jhedduhom, ifixkluhom u jippruvaw ikissruhom, minflok ma jċedu u jinħbew bil-kwiet, kif jagħmlu ħafna, jkunu lesti jiġġieldu aktar għal dak li hu sewwa. Imma Ferris huwa wieħed minn dawn. Kuraġġ Jonathan. J’alla l-Qrati jservu tal-aħħar difensuri tagħna u fl-aħħar il-verità toħroġ u ssir ġustizzja.




Dan l-artiklu deher fil-Mument tal-Ħadd 17 ta' Ġunju 2018.

Comments

Popular posts from this blog

Why I am dropping out of the Anti-ACTA protest

Like many avid internet users, I have followed with interest the debate about ACTA (Anti-Counterfeiting Trade Agreement). After reading numerous articles, watched sensational videos, and discussed ad nauseam with friends, I have realized that what I have come across is a campaign hi-jacked by lies, myths and misconceptions as to rival Malta's misinformed divorce referendum campaign. I have to say that the videos on Youtube   got me worried. I quickly signed the petition, joined the Anti-ACTA groups, and prepared myself for a full-blown fight against the big-governments who want to intrude on our privacy and freedom of expression. Like our MEP Edward Scicluna invited us to do in the University debate last Wednesday, I did not try to understand the details of ACTA but rather saw who the players behind it were. But as usual, my logical instincts took over, and his call to not try to understand ACTA actually pushed me to read the text. And here's what I now know: ACTA is ...

Elezzjoni għal Viċi Kap

Nemmen li l-Partit Nazzjonalista jeħtieġ Viċi-Kap li jkompli jsaħħaħ il-proċess ta' tiġdid li għaddej minnu l-Partit stess, biex ikun jista' jkompli jwettaq il-bidliet pożittivi f'pajjiżna. Għalhekk kien ta' pjaċir għalija li nhar is-Sibt li għadda kont wieħed minn tal-ewwel li iffirmajt in-nomina ta' Dr. Simon Busuttil għal din il-kariga tant importanti. Nawguralu minn qalbi.

Who's the real monster?

I usually hate comparisons, but some very different reactions from the 'great unthinking' rabble do merit some analysis. In May this year, the notorious dog Star was found buried alive . A prima facie , this looked liked the most horrific case of animal cruelty, and is still considered so by some. The perpetrator was described by the sensitive and caring animal-lovers as a villain, a heartless monster, deserving of death, stoning, or even to be 'buried alive in the same manner'. But what did Mr. Vella actually do, according to the testimony heard in Court? Star was sick. It was shedding fur, and quite old already, and its owner did not afford the treatment. In trying to save some money from paying for the dog to be put to sleep and killed properly by vets, she gave it to Mr. Vella to have it killed himself. Nothing much to make people angry till now. Mercy-killing of very sick and suffering animals is widely done and usually a...