Skip to main content

L-arroganza tkompli tikber




Il-ġimgħa kompla d-dibattitu dwar l-emendi għall-Att dwar il-Protezzjoni tal-Embrijuni. Minkejja n-numru ta’ emendi li ġew proposti, kemm mill-Partit Nazzjonalista u kemm mis-soċjetà ċivili, il-Gvern ma aċċetta xejn minnhom u ma għamel xejn biex naqqas u illimita r-riskji għan-numru ta’ embrijuni li ser jiġu iffriżati. Anzi, n-numru ta’ embrijuni li jistgħu jiġu iffriżati żdied għal tlieta f’kull każ.

Fil-liġi tneħħiet ukoll ir-riferenza li kien hemm qabel, li f’kull deċiżjoni l-Qrati għandhom ipoġġu l-ewwel l-aqwa interess tat-tfal. Għalfejn din tneħħiet, għadna ma fhimniex.

Il-Partit Nazzjonalista baqa’, f’kull stadju, il-vuċi tal-aktar persuna vulnerabbli, it-tarbija fil-ġuf. Sfortunatament, din mhix l-ewwel priorità ta’ dan il-Gvern. Ser jibqa’ għaddej bl-emendi tiegħu, u ser iwitti t-triq għal soċjetà li ħa toħloq tfal a priori b’ġenitur wieħed, tfal li ma jistgħu qatt isiru jafu min huma l-ġenituri bijoloġiċi tagħhom, u soċjetà fejn il-mara ser tiġi meqjusa bħala oġġett għal kiri. Fuq l-aħħar punt, huwa tal-iskantament kif kull fejn daħlet is-surrogazija fid-dinja, il-gruppi femministi kollha tkellmu b’vuċi waħda kontrieha, iżda f’Malta l-gruppi femministi baqgħu ilkoll siekta. Kont nistenna aħjar minn dawk li suppost jiddefendu d-drittijiet u d-dinjità tal-mara.

Dan ma kienx l-unika episodju f’ġimgħa fejn ħarġet ċara l-arroganza li ħakmet lil dan il-Gvern, li jħoss li jista’ jibqa’ għaddej minn fuq kollox u minn fuq kulħadd. L-istess qed jiġri fin-nomini tal-Imħallfin fil-Qrati tagħna. Ftit tax-xhur ilu, il-Gvern, biex attaparsi jurina li ser jagħmel il-proċess tal-ħatra tal-Imħallfin iktar trasparenti u indipendenti, kien waqqaf Kumitat għal Ħatriet fil-Ġudikatura li kien ser jagħmel skrutinju tan-nomini li jressaqlu l-Gvern. 



F’Jannar ta’ din is-sena, dan l-istess Kumitat kien irrifjutata l-ħatra ta’ Consuelo Scerri Herrera bħala Imħallef għax ikkonkluda li l-imġieba tagħha ma kinetx tixraq il-pożizzjoni li tokkupa. Wara konklużjoni bħal dik, minflok ma l-Gvern ressaq isimha għal impeachment, issa sirna nafu li beħsiebu jibqa’ għaddej, u reġa’ nnomina lil Scerri Herrera, li tiġi oħt il-Ministru Herrera, għal Imħallef. Il-Gvern, fil-liġi li fassal hu stess, mhux obbligat jisma mir-rakkomandazzjoni ta’ dan il-Kumitat, u jista’ jisfidah u jibqa’ għaddej. Pero’ jkun qed juri li waqqaf dan il-Kumitat biss għall-parenza, u li fil-verità lest jibqa’ għaddej jinnomina lil min irid u lil min ifettilu, anke lil min ma jixraqlux.



Nħarsu l-interess nazzjonali



Fejn jidħol l-interess nazzjonali, m’hemmx tidwir. Konna u nibqgħu npoġġu l-interess u r-reputazzjoni ta’ pajjiżna l-ewwel. Anke fil-każ tal-vapur Aquarius, filwaqt li rridu naraw li Malta tibqa’ konformi mal-liġijiet internazzjonali u tħares l-obbligi kollha tagħha, u nassiguraw li tingħata għajnuna umanitarji u li fl-ebda ħin ma jitpoġġew fil-periklu l-ħajjiet tan-nies, pero’ irridu nkunu sodi ma’ min ma jridx junura l-obbligi tiegħu u jrid jagħmilha tal-bully fuqna. Hawnhekk l-Unjoni Ewropea trid tgħaddi mill-paroli għall-fatti, u ma jistax ikun li tħalli l-pajjiż tal-Mediterran jargumentaw bejniethom biex jaffaċċjaw din il-problema. Din hi problema komuni, hemm obbligi komuni, u l-pajjiż l-oħra tal-Unjoni Ewropea ma jistgħux jippriedkaw is-solidarjetà meta mbagħad ifarfru milli jagħtu sehem komuni għal din il-kwistjoni. Fil-fora Ewropej, il-Partit Nazzjonalista ħa jkompli jkun voċiferu biex l-Unjoni Ewropea tgħaddi minn summits u rakkomandazzjonijiet għal direttivi u front komuni.

Dan l-artiklu deher fin-Nazzjon tal-Erbgħa 20 ta' Ġunju 2018.

Comments

Popular posts from this blog

Why I am dropping out of the Anti-ACTA protest

Like many avid internet users, I have followed with interest the debate about ACTA (Anti-Counterfeiting Trade Agreement). After reading numerous articles, watched sensational videos, and discussed ad nauseam with friends, I have realized that what I have come across is a campaign hi-jacked by lies, myths and misconceptions as to rival Malta's misinformed divorce referendum campaign. I have to say that the videos on Youtube   got me worried. I quickly signed the petition, joined the Anti-ACTA groups, and prepared myself for a full-blown fight against the big-governments who want to intrude on our privacy and freedom of expression. Like our MEP Edward Scicluna invited us to do in the University debate last Wednesday, I did not try to understand the details of ACTA but rather saw who the players behind it were. But as usual, my logical instincts took over, and his call to not try to understand ACTA actually pushed me to read the text. And here's what I now know: ACTA is ...

Elezzjoni għal Viċi Kap

Nemmen li l-Partit Nazzjonalista jeħtieġ Viċi-Kap li jkompli jsaħħaħ il-proċess ta' tiġdid li għaddej minnu l-Partit stess, biex ikun jista' jkompli jwettaq il-bidliet pożittivi f'pajjiżna. Għalhekk kien ta' pjaċir għalija li nhar is-Sibt li għadda kont wieħed minn tal-ewwel li iffirmajt in-nomina ta' Dr. Simon Busuttil għal din il-kariga tant importanti. Nawguralu minn qalbi.

Who's the real monster?

I usually hate comparisons, but some very different reactions from the 'great unthinking' rabble do merit some analysis. In May this year, the notorious dog Star was found buried alive . A prima facie , this looked liked the most horrific case of animal cruelty, and is still considered so by some. The perpetrator was described by the sensitive and caring animal-lovers as a villain, a heartless monster, deserving of death, stoning, or even to be 'buried alive in the same manner'. But what did Mr. Vella actually do, according to the testimony heard in Court? Star was sick. It was shedding fur, and quite old already, and its owner did not afford the treatment. In trying to save some money from paying for the dog to be put to sleep and killed properly by vets, she gave it to Mr. Vella to have it killed himself. Nothing much to make people angry till now. Mercy-killing of very sick and suffering animals is widely done and usually a...