Skip to main content

Ir-rapport tal-European Banking Authority dwar l-FIAU



Din il-ġimgħa, l-Awtorità Bankarja Ewropea ippubblikat ir-rapport tagħha dwar il-Pilatus Bank u l-mod kif imxiet l-FIAU (Financial Intelligence Analysis Unit), u għamlet ir-rakkomandazzjonijiet tagħha. Ir-rapport sħiħ jinsab aċċessibli fis-sit tal-EBA f’dan il-link.

Ir-rapport huwa wieħed ċar u li jikkonferma dak kollu li ilu jgħid il-Partit Nazzjonalista dwar in-nuqqasijiet tal-FIAU u n-nuqqas ta’ azzjoni li ttieħdet fil-konfront tal-Pilatus Bank. X’inhuma l-konklużjonijiet ta’ dan ir-rapport ta’ din l-Awtorità Ewropea?

Din l-Awtorità bdiet tinvestiga l-mod kif l-FIAU mxiet mal-Bank Pilatus wara l-kontroversja li qamet meta ġew ippubblikati rapport moħbija tal-FIAU li kienu jikxfu kif in-nuqqasijiet li l-investigaturi kienu sabu fil-Bank b’xi mod jew ieħor pruvat jitgħattew flok jiġu investigati. Il-Bank allegatament kien involut biex jingħaddew kickbacks f’kontijiet ta’ nies esposti għal politika, kemm Maltin kif ukoll barranin, u li kien qed iżommu id-dikjarazzjoni ta’ fiduċja li kienet tgħaddi l-­pussess tal-kumpanija fil-Panama Egrant lil Michelle Muscat, mart il-Prim Ministru.

Il-Bank kien ingħata liċenzja mill-MFSA fl-2014, u kienu saru investigazzjonijiet fil-post kemm mill-MFSA u kemm mill-FIAU. L-ewwel kien ġie mċanfar mill-FIAU li f’rapport moħbi kkonkludiet li kien qed jikser id-direttivi. Imbagħad f’rapport aktar tard l-FIAU kienet qalet li kollox ġie solvut.

Fl-investigazzjoni tagħha dwar dan l-Awtorità Bankarja Ewropea sabet “nuqqasijiet ġenerali u sistematiċi” fil-mod kif l-FIAU f’Malta applikat id-direttivi ta’ kontra l-ħasil tal-flus fil-konfront tal-Bank Pilatus.

Sabet li l-FIAU lanqas biss żammet rekords li juru x’dokumenti kienet investigat fiż-żjarat tagħha, hekk li ma tafx x’ġie investigat u dwar min.

Sabet li d-diskussjonijiet tal-Kumitat tal-FIAU mhumiex dokumentati u raġunati, hekk li ħadd ma jista’ jifhem b’liema konklużjonijiet ġie deċiż li jingħalaq il-każ dwar il-Bank.

Sabet li l-FIAU aċċettat mingħajr l-ebda mistoqsija li tinvestiga biss affarijiet żgħar li tqajmu fl-ewwel żjara, u ma tinvestigax nuqqasijiet oħra li kienu ġew innutati.

Sabet li l-FIAU ma għandha l-ebda dokumentazzjoni li turi kif waslet biex tikkonkludi li ma kellha timponi l-ebda sanzjoni jew miżura kontra l-Bank Pilatus.

U mbagħad l-Awtorità għamlet numru ta’ rakkomandazzjonijiet, fosthom:
  • Li l-FIAU tieħu l-azzjonijiet neċessarji biex tiġi konformi mad-Direttivi ta’ Kontra l-Ħasil ta’ Flus
  • Li l-FIAU ttejjeb il-mod kif teżamina r-riskji ta’ Ħasil ta’ Flus u Finanzjament tat-Terroriżmu fis-settur finanzjarju
  • Li l-FIAU tistabilixxi proċess ċar u dokumentat biex iżżomm din l-eżaminazzjoni aġġornata
  • Li tara li jkollha r-riżorsi neċessarji biex twettaq dmirha f’settur li kiber ħafna u sar aktar kumpless
  • Li jkollha proċessi interni u robusti biex twettaq is-superviżjonijiet meħtieġa u żżomm rekords ta’ xogħolha
  • U li tinforma lil din l-Awtorità x’passi ser tkun qed tieħu fi żmien għaxart ijiem.


U x’kienet s’issa r-risposta tal-Gvern u l-FIAU? Li diżappuntati b’dawn il-konklużjonijiet, u li ma taqbilx mal-proċess ta’ din l-investigazzjoniji.

Dan ir-rapport huwa wieħed li jħammar wiċċ pajjiżna u li għamel ħsara kbira lis-settur u lir-reputazzjoni tagħna bħala ġurisdizzjoni finanzjarja ta’ fiduċja. Din il-ħsara ma hu responsabbli għaliha ħadd ħlief il-Gvern u l-FIAU, li tnawwru biex jgħattu l-attività kriminali ta’ membri tal-Gvern stess u tal-ħbieb tagħhom.





Fid-dawl ta’ dan il-Partit Nazzjonalista talab l-inqas ħaġa li wieħed jistenna f’sitwazzjoni bħal din: li tintrefa’ r-responsabbilità politika minn min poġġa f’riskju settur daqstant importanti. B’mod partikolari mill-Ministru Edward Scicluna li flok ma ħa azzjoni, kien prova jkisser il-kredibilità tar-rapporti tal-FIAU, u flok attakka lill-kriminali, attakka lil min kixifhom.



L-istess responsabbilità trid tinterfa’ mill-Kummissarju tal-Pulizija, li qalilna li “m’hemm xejn x’jinvestiga”, u mill-Avukat Ġenerali, li naqas li jieħu azzjoni dwar dawn ir-rapporti kif titlob minnu l-liġi. Dawn it-tnejn issa ġew imgiddba u l-pajjiż ma jista’ jibqagħlu l-ebda fiduċja fihom.

U l-istess responsabbilità għandha tintrefa’ mill-Prim Ministru, li kien il-bniedem li bis-saħħa tiegħu ħarab minn Malta s-sid tal-Bank Pilatus, telqet titjira lejn Dubai u l-Azerbaijan fl-istess lejl, u rrifjuta li tinfetaħ inkjesta qabel kulma kellu jitgħatta u jaħrab jirnexxielu jitgħatta u jaħrab. Għax wisq probabbli, kien l-aktar wieħed li kellu x’jitlef minn dan kollu.

Dan ir-rapport jikkonferma wkoll li l-Gvern għal dawn l-aħħar snin iddefenda lil min wettaq atti kriminali, u keċċa u ppersegwita lil min kixef il-korruzzjoni, kixef l-azzjonijiet, u xtaq li ssir ġustizzja. Quddiem dan ir-rapport, il-Gvern mhuwa xejn ħlief kompliċi mal-kriminalità u mneżża’ minn kull awtorità morali u kredibilità biex imexxi.



Dan l-artiklu deher fir-rubrika Cyberspace tal-Ħadd 17 ta' Lulju 2018

Comments

Popular posts from this blog

Why I am dropping out of the Anti-ACTA protest

Like many avid internet users, I have followed with interest the debate about ACTA (Anti-Counterfeiting Trade Agreement). After reading numerous articles, watched sensational videos, and discussed ad nauseam with friends, I have realized that what I have come across is a campaign hi-jacked by lies, myths and misconceptions as to rival Malta's misinformed divorce referendum campaign. I have to say that the videos on Youtube   got me worried. I quickly signed the petition, joined the Anti-ACTA groups, and prepared myself for a full-blown fight against the big-governments who want to intrude on our privacy and freedom of expression. Like our MEP Edward Scicluna invited us to do in the University debate last Wednesday, I did not try to understand the details of ACTA but rather saw who the players behind it were. But as usual, my logical instincts took over, and his call to not try to understand ACTA actually pushed me to read the text. And here's what I now know: ACTA is ...

Who's the real monster?

I usually hate comparisons, but some very different reactions from the 'great unthinking' rabble do merit some analysis. In May this year, the notorious dog Star was found buried alive . A prima facie , this looked liked the most horrific case of animal cruelty, and is still considered so by some. The perpetrator was described by the sensitive and caring animal-lovers as a villain, a heartless monster, deserving of death, stoning, or even to be 'buried alive in the same manner'. But what did Mr. Vella actually do, according to the testimony heard in Court? Star was sick. It was shedding fur, and quite old already, and its owner did not afford the treatment. In trying to save some money from paying for the dog to be put to sleep and killed properly by vets, she gave it to Mr. Vella to have it killed himself. Nothing much to make people angry till now. Mercy-killing of very sick and suffering animals is widely done and usually a...

Elezzjoni għal Viċi Kap

Nemmen li l-Partit Nazzjonalista jeħtieġ Viċi-Kap li jkompli jsaħħaħ il-proċess ta' tiġdid li għaddej minnu l-Partit stess, biex ikun jista' jkompli jwettaq il-bidliet pożittivi f'pajjiżna. Għalhekk kien ta' pjaċir għalija li nhar is-Sibt li għadda kont wieħed minn tal-ewwel li iffirmajt in-nomina ta' Dr. Simon Busuttil għal din il-kariga tant importanti. Nawguralu minn qalbi.