Skip to main content

Id-droga: tidħol il-ħabs u taħrab mill-Qrati




Tiskanta, kull ġimgħa toħroġ xi aħbar li tħallik bla kliem. Mela ftit tax-xhur ilu konna nisimgħu spiss bi droga li tinstab fil-ħabs, u rapporti dwar droga li tiġi traffikata b’mod regolari fost il-priġunieri. Dil-ġimgħa smajna b’oħra ġdida. In-Nazzjon żvelat kif mill-Qorti sparixxew ħmistax-il blokk tal-kannabis li suppost jiffurmaw parti mill-atti tal-Qorti, u li kellhom jintużaw bħala evidenza f’ġuri.


Ħmistax-il blokka mhumiex pillola waħda jew tnejn. Huma ammont kbir, li ma sparixxiex kumbinazzjoni jew għax intilef, jew għax tpoġġa f’post jew f’ieħor. Fuq dan infatti infetħet inkjesta immexxija minn Maġistrat.

Li jqajjem ħafna dubji hu kif kumbinazzjoni, f’ġuri ieħor li sar fl-2012 relatat mal-istess sejba tad-droga, il-Prosekuzzjoni għamlet ħafna żbalji banali li waslu biex l-akkużat spiċċa inħeles bl-inqas danni possibbli. Dawn id-dubji u dawn il-kumbinazzjonijiet iwaslu lil ħafna jistaqsu jekk hux vera li l-ġustizzja hija għamja u ma tħarisx lejn uċuħ, jekk hux vera li l-liġi hi l-istess għal kulħadd.

Issa sirna nafu li apparti dawn il-ħmistax-il blokka kannabis, naqsu wkoll ammont ta’ pilloli ecstasy marbuta ma’ każ ieħor. Hija possibbli f’dan il-pajjiż li lanqas fil-Qrati, u fl-istrong-room ta’ din l-istituzzjoni tant importanti, ma għad hemm serjetà u ma għadniex nistgħu nafdaw li l-affarijiet jitmexxew sew?

Il-Gvern min-naħa tiegħu ma tantx jidher għandu ħeġġa biex iżidilna l-fiduċja fil-Qrati. Ħatar tliet imħallfin u tliet maġistrati, numru żgħir meta l-każi li hemm pendenti juru li hemm bżonn ta’ aktar, u meta l-Gvern għandu l-fakultà jappunta sa ħames imħallfin oħra. Biex tgħaxxaq pero’, ċertu ħatriet ikomplu jikkonfermaw dak li qed jgħidu ħafna, li l-Qrati qed jiddawru f’każin Laburista. Apparti li fil-ħatriet ta’ dawn l-aħħar ħames snin rajna l-ex-Deputat Mexxej, ex-Editur tal-gazzetta, u ex-kandidati tal-Partit Laburista jinħatru proprju meta għadhom lanqas ħarġu minn attività partiġġjana, issa għandna Gvern li anke jisfida l-istess Kumitat għal Ħatriet fil-Ġudikatura li ħatar hu stess.

Dan il-Kumitat ma kienx irrakkomanda n-nomina tal-Maġistrat Consuelo Scerri Herrera, oħt il-Ministru Herrara, għal Imħallef, meta din kienet tressqet mill-Gvern, minħabba l-imġieba xejn dekoruża tagħha. Anzi, ftit qabel l-istess Maġistrat kienet qalet ċanfira mill-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja.

X’għamel il-Gvern? Sena wara, reġa’ ressaqha, ġie jaqa’ u jqum mill-Kumitat, u appuntaha Imħallef. U jekk anke l-Gvern jiġi jaqa’ u jqum mill-istituzzjonijiet, anke dawk maħtura minnu stess, kif nistennew li l-poplu jirrispettahom? Mhux bilfors li allura fil-pajjiż tkompli tiżdied il-kultura tax-xejn mhu xejn, ta’ kollox jgħaddi, ta’ kollox xorta?

Fl-istess ħatriet, il-Gvern tella’ għal Imħallef lill-Maġistrat Anthony Vella, il-Maġistrat li kien qed imexxi l-inkjesta fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Mingħajr ma nnaqqas xejn mill-mertu tal-Maġistrat Vella, naħseb iż-żmien li fih ingħatat din il-promozzjoni mhuwiex għaqli, għax ifixkel din l-investigazzjoni hekk kif il-Maġistrat irid jgħaddi kollox lil Maġistrat ieħor. Insomma, forsi aktar mhux għaqli, dan kien pass intenzjonat. Forsi hawn min vera għandu interess li jfixkel din l-investigazzjoni.

Dik hi r-realtà li qed ngħixu fiha. Pajjiż fejn il-liġijiet u l-istituzzjonijiet, jintużaw u jiddawru għal skopijiet politiċi. Fejn il-liġi ma tapplikax l-istess għal kulħadd u fejn il-ġustizzja ma titħalliex għamja. U fejn id-drogi, għal kuntrarju tal-kriminali, jidħlu l-ħabs, u jaħarbu mill-Qrati.


Dan l-artiklu deher fin-Nazzjon tal-Erbgħa 4 ta' Lulju 2018.

Comments

Popular posts from this blog

Why I am dropping out of the Anti-ACTA protest

Like many avid internet users, I have followed with interest the debate about ACTA (Anti-Counterfeiting Trade Agreement). After reading numerous articles, watched sensational videos, and discussed ad nauseam with friends, I have realized that what I have come across is a campaign hi-jacked by lies, myths and misconceptions as to rival Malta's misinformed divorce referendum campaign. I have to say that the videos on Youtube   got me worried. I quickly signed the petition, joined the Anti-ACTA groups, and prepared myself for a full-blown fight against the big-governments who want to intrude on our privacy and freedom of expression. Like our MEP Edward Scicluna invited us to do in the University debate last Wednesday, I did not try to understand the details of ACTA but rather saw who the players behind it were. But as usual, my logical instincts took over, and his call to not try to understand ACTA actually pushed me to read the text. And here's what I now know: ACTA is ...

Who's the real monster?

I usually hate comparisons, but some very different reactions from the 'great unthinking' rabble do merit some analysis. In May this year, the notorious dog Star was found buried alive . A prima facie , this looked liked the most horrific case of animal cruelty, and is still considered so by some. The perpetrator was described by the sensitive and caring animal-lovers as a villain, a heartless monster, deserving of death, stoning, or even to be 'buried alive in the same manner'. But what did Mr. Vella actually do, according to the testimony heard in Court? Star was sick. It was shedding fur, and quite old already, and its owner did not afford the treatment. In trying to save some money from paying for the dog to be put to sleep and killed properly by vets, she gave it to Mr. Vella to have it killed himself. Nothing much to make people angry till now. Mercy-killing of very sick and suffering animals is widely done and usually a...

The Church and its riches

The above pictures has lately been doing rounds on facebook. Posted comments refer to injustice, hypocrisy, and of the Church not practising what it preaches. It seems it has become a common trend to blame the Church for everything under the sun. Hitting at the Church is the new way of looking cool. But before joining the bandwagon of shares, likes and comments, let me try to analyze the points this photo is trying to make. The first one: the Church is immensely rich. Well, it could be, but what do most of these riches constitute? Most of the Church's "riches" are fixed immovable assets, of which most are important human heritage. They can practically never be sold. Let's just say that the Pope sells all his adornments (provided anyone wants to buy them), maybe even Michelangelo's Pieta, and once we're at it , yes, maybe he should also sell the Sistine Chapel and have it converted to apartments. Then what? Apart from making UNESCO and the rest of human...