Skip to main content

Kulħadd se jgawdi s-sajf?




F’dawn il-ġranet sħan u bir-riħ isfel, meta l-Parlament aġġorna għas-sajf u allura ħafna elementi fi ħdan il-Gvern imorru għall-btajjel tagħhom, nistgħu ngħidu li l-politiċi huma komdi li jmorru għal vaganzi meta ghandhom daqstant mistoqsijiet x’jistaqsu fuq l-operat tagħhom stess? Meta hemm tant nies hemm barra li se jqattgħu sajf inkwetati fuq kwistjonijiet u problemi li għad m’hemm l-ebda ħjiel ta’ pjan biex nirranġawhom?

Ħarsa ħafifa lejn l-aħbarijiet fuq is-siti Maltin u l-midja soċjali matul din il-ġimgħa ittik ħafna fuqhiex taħseb.

L-istrajk tal-infermiera u l-qwiebel, per eżempju, li qed jaffetwa lil ħafna nies u ħafna pazjenti, huwa każ iżolat? Jew huwa sintomatiku ta’ Gvern li mhux jisma?

Ċertament li mhuwiex l-unika tilwima li għandna għaddejja bħalissa. Għandna protesti oħra li saru jew qed isiru. Protesti fuq il-qtugħ bl-addoċċ tas-siġar, anzi l-massakru tas-siġar. Massakru li l-Ministru tal-Ambjent innifsu, l-Onorevoli Herrera, qalilna li huwa bżonnjuż biex jagħmlulna l-wisa’ għal progress, għal karozzi. Nistaqsi kemm kienet bżonnjuża t-tqaċċit anke ta’ siġra maġenb il-Barrakka ta’ Fuq, siġra li salvat mill-gwerra imma ma ħelsithiex minn dan il-Gvern, biex sempliċiment għamlet wisa’ għal parkeġġ, u li vilment tqaċċtet bil-lejl, fis-satra, fis-skiet, fil-moħbi.

Għandna protesti fuq il-mod kif qed jiġu trattati l-immigranti, li filwaqt li għandna niddefendu l-interess nazzjonali għadni ma nistax nifhem x’sens jagħmel li twaqqaf l-operazzjonijiet u l-monitoraġġ tas-salvataġġ. Bħallikieku jekk lanqas inkunu naf bl-imwiet, m’għandniex għalfejn ninkwetaw fuqhom. Bogħod mill-għajn, bogħod mill-qalb.

Protesti fuq permessi bl-addoċċ għal pompi tal-petrol enormi f’postijiet barra miz-zoni ta’ żvilupp, bħallikieku f’dawn is-sebgħa u għoxrin kilometru ta’ gżira għandna bżonn pompi iżjed milli hawn karozzi, fl-istess nifs li ngħidu li sa ftit snin oħra rridu neradikaw għal kollox il-karozzi li jaħdmu bil-fossil fuels.

Protesti u azzjoni mill-Oppożizzjoni dwar l-iffriżar tal-embrijuni u s-surrogazzjoni, suġġetti li dwarhom uriet diżapprovazzjoni anke l-President ta’ Malta, għall-ewwel darba fl-istorja, iżda li l-Gvern ħass li kellu jibqa’ għaddej bihom u jibdel għal kollox il-kunċett tal-bidu tal-ħajja.

Protesti dwar siti tal-kostruzzjoni li ma jirrispettawx lir-residenti tal-madwar, fejn ċertu żviluppaturi jitħallew jagħmlu li jridu, u saħansitra uħud iħossuhom tant onnipotenti li jippruvaw iweġġgħu Kunsillier Lokali li kien voċiferu favur l-interessi tar-residenti.

Protesti fuq traffiku mingħajr kontroll, protesti fuq xogħol prekarju, protesti fuq prezzijiet għolja tal-proprjetà, kemm biex tixtri u kemm biex tikri, protesti fuq l-ogħli tal-ħajja, partikolarment l-ikel u issa anke l-ħobż, protesti dwar il-korruzzjoni u n-nuqqas ta’ ġustizza...u l-lista tkompli.

Possibbli li dawn huma sintomi li juru li qegħdin verament fl-Aqwa Żmien? Possibbli li kulmin qed jgħolli lnu biex jipprotesta huwa żbaljat, irid ifixkel il-Gvern, huwa traditur, u ma jridx il-ġid lil pajjiżna?

U meta nersqu għal Settembru, u nkunu lejn l-aħħar tas-Sajf, se nsibu dawn il-problemi solvuti jew sempliċiment aġġornati wkoll għax-xitwa? Il-poplu x’se jagħmel? Se jibqa jbati l-konsegwenzi tax-xogħol tal-kostruzzjoni bla kontroll, se jkompli jara siġar jitqaċċtu, art tinqered, toroq mimlija traffiku, prezzijiet bla kontroll, ogħli tal-ħajja eżaġerat, nies jagħmlu li jridu?

Fuq kollox… se jkun gawda minn btajjel tas-sajf kif jixraqlu jew dan huwa privileġġ ta’ Ministru, Segretarju Parlamentari jew Person-of-Trust biss?



Dan l-artiklu deher fir-rubrika Cyberspace tal-Ħadd 8 ta' Lulju 2018

Comments

Popular posts from this blog

Shema Yisrael, the cries of the Palestinian people

You live a peaceful life in a modest home. You've never bothered anyone and you've never caused trouble. Out of the blues, a group of people claim that they should live in your house. Why? Because they have been persecuted in a war, and they claim that some 5,000 years ago, their God had told them your home was their promised land. Somehow, the whole community agrees with their wishes, and asks you to grant them your spare-bedroom. You oblige. After a few months, they take the whole top-floor. In a few year's time, they take over your kitchen. After a few more years, they own your house and keep you and your family locked in the bathroom. They don't even allow you to get out, while they strip-search you the few times they do. Even if it's a medical emergency. Sometimes not even medical personnel and ambulances are allowed to see to your needs while your children die in your hands. Desperation starts hitting you. Life seems to offer no hopes. In moments

The Great Energy Proposal

I followed the example of a facebook comment uploaded on another blog to work out the savings my household will make with Labour's energy proposals. Our bill for of €717.80 for 7 months is divided into: An electricity service charge of €36.86 Electricity consumption of €404.83 A water service charge of €33.46 Water consumption of €242.65 Through the new tariff scheme, reducing the electricity consumption bill by 25% and the water consumption bill by 5%, our bill will read: An electricity service charge of €36.86 Electricity consumption of €303.62 A water service charge of €33.46 Water consumption of €230.52 A total of €604.46 for the same 7 months. A reduction of €16.20 a month. But this reduction comes at what price? This grand plan, the one we have been expecting for all these years, will materialize  if  we find a private investor ready to fork out €500 million in capital investment,  if  we reach a 10-year fixed price agreement,  if we manage to b

Why I am dropping out of the Anti-ACTA protest

Like many avid internet users, I have followed with interest the debate about ACTA (Anti-Counterfeiting Trade Agreement). After reading numerous articles, watched sensational videos, and discussed ad nauseam with friends, I have realized that what I have come across is a campaign hi-jacked by lies, myths and misconceptions as to rival Malta's misinformed divorce referendum campaign. I have to say that the videos on Youtube   got me worried. I quickly signed the petition, joined the Anti-ACTA groups, and prepared myself for a full-blown fight against the big-governments who want to intrude on our privacy and freedom of expression. Like our MEP Edward Scicluna invited us to do in the University debate last Wednesday, I did not try to understand the details of ACTA but rather saw who the players behind it were. But as usual, my logical instincts took over, and his call to not try to understand ACTA actually pushed me to read the text. And here's what I now know: ACTA is