Skip to main content

Ir-Rigal tal-Ħajja

Din il-ġimgħa laqtuni numru ta’ stejjer koroh, anzi traġedji, li għalija juru kemm hi prezzjuża l-ħajja u kemm kultant ma nagħtux każ il-valur tagħha biżżejjed, anzi ġieli ma nagħtu kasha xejn.


Ħa nibda bl-iktar aħbar li naħseb ixxukjat nies: 120 immigrant jgħixu f’razzett tal-annimali f’Malta tas-seklu wieħed-u-għoxrin (ara hawn). Sitwazzjoni li spiċċaw fiha minħabbba l-eżaġerazzjoni fil-kirjiet tal-proprjetà flimkien mal-egoiżmu ta’ min għaraf kif jisfruttahom. Xi ħaġa mhix sejra tajjeb, għalkemm il-propoganda tgħid mod ieħor. Imma huwa fatt li fl-aqwa żmien ma tistennix li għad hawn min ikollu jgħix fejn maxtura mal-baqra u l-ħmara. Dawk kellhom ikunu biss ġrajjiet tal-passat.





Aħbar li niktet lil ħafna kienet il-fekruna rari u protetta li nstabet mejta qrib Għawdex. Fekruna tiżen 190 kilogramma u twila aktar minn metru u nofs, li rari daħlet fil-Mediterran (ara hawn). Annimal ta’ dak il-kobor, ta’ dak il-ġmiel, li ma jagħmel ħsara lil ħadd, li nstab mejjet minħabba l-egoiżmu u t-traskuraġni tal-bniedem. Għax ma mititx b’kumbinazzjoni, mietet minħabba l-plastik li belgħet mill-baħar, plastik li tefa’ hemm bniedem li ġie jaqa’ u jqum u flok rema fejn kellu jarmi, qabad u tefa’ fil-baħar. Dawn il-ġimgħat kienet għaddejja kampanja biex tħeġġeġ lin-nies meta jmorru l-baħar jiġbru tliet affarijiet tal-plastik milli jagħmlu ħsara lill-ħut u ħlejjaq oħra tal-baħar. Nittama biss li almenu din l-aħbar iżżid mal-kuxjenza li qed titqajjem.





Rajna wkoll l-każi li qajmu furur taż-żwiemel tal-karrozzini, fosthom taż-żiemel li allegatament tah attakk tal-qalb minħabba s-sħana waqt li kien qed iġorr karozzin fit-telgħa ħdejn l-Isptar Boffa. Ir-reazzjonijiet kienu diversi, fosthom ta’ min sejjeħ saħansitra biex jitneħħew il-karozzini mit-toroq (ara hawn).

Jien konvint li jekk hawn nies li jieħdu ħsieb iż-żwiemel u jaraw li jtuhom l-aħjar li jistgħu huma l-kuċċiera tal-karrozzini, għax għalihom iż-żwiemel mhumiex biss annimali imma l-mezz tal-għixien tagħhom. U allura li wieħed jippretendi li dawn jitneħħew għal kollox naħseb ikun qed imur għal miżura estrema. Pero’ importanti li jiġi assikurati li inċidenti bħal dawn ma jerġgħux jiġru, u naħseb fis-sħana tas-Sajf Malti, m’għandux jibqa’ permess l-użu ta’ dawn il-karrozzini b’mod partikolari fil-ħinijiet l-aktar prekarji ta’ bejn nofsinhar u l-erbgħa.




Matul dil-ġimgħa wkoll ġie rappurtat li passew minn Malta mat-tmintax-il ċikonja. Sfortunatament, bħalma jiġri spiss, aħbar bħal din tkun akkumpanjata ma’ aktar aħbarijiet dwar kemm minn dawn l-għasafar inqatlu. Sal-aħħar tal-ġimgħa, minn dawn it-tmintax jidher li inqatlu żgur ħamsa iżda jista’ jagħti l-każ li nqatlu iktar, hekk kif mill-grupp intlemħu biss sebgħa, li jfisser li probabilment inqatlu sitta oħra mingħajr ma rrappurtahom ħadd (ara hawn).

Hija ħasra li għad hawn numru mdaqqas ta’ kaċċaturi li jaħsbu li l-liġi ma tapplikax għalihom, li jaħsbu li jistgħu jagħmlu li jridu. Din il-kultura ta’ impunità issa rabbiet wisq l-għeruq f’sezzjonijiet sħaħ ta’ nies, u tkompli tikber iżjed mal-poplu jara l-impunità f’dawk li jmexxuh. L-infurzar anke hawn huwa laxk wisq.





U kif qed insemmu ċ-ċikonji, ma nistax ma nsemmix l-iktar ħaġa li żgur laqtitni mhux biss f’din il-ġimgħa, imma f’ħajti: it-twelid ta’ l-ewwel iben tagħna Jack nhar il-Ħadd li għadda

Forsi għalhekk matul din il-ġimgħa kont ħafna iżjed sensittiv għal aħbarijiet li jolqtu r-rigal tal-ħajja, għax kont qed nesperjenza dan ir-rigal mill-qrib. Ejja napprezzaw il-ħajja, ta’ kull bniedem u ta’ kull ħlejqa, u naraw li ngħożżuha, nagħtu sehemna biex nieħdu ħsiebha, u biex kull ħlejqa fid-dinja ikollha l-opportunità tgħixha bi kwalità.




Dan l-artiklu deher fin-Nazzjon tal-Erbgħa 15 t' Awwissu 2018.


Comments

Popular posts from this blog

Why I am dropping out of the Anti-ACTA protest

Like many avid internet users, I have followed with interest the debate about ACTA (Anti-Counterfeiting Trade Agreement). After reading numerous articles, watched sensational videos, and discussed ad nauseam with friends, I have realized that what I have come across is a campaign hi-jacked by lies, myths and misconceptions as to rival Malta's misinformed divorce referendum campaign. I have to say that the videos on Youtube   got me worried. I quickly signed the petition, joined the Anti-ACTA groups, and prepared myself for a full-blown fight against the big-governments who want to intrude on our privacy and freedom of expression. Like our MEP Edward Scicluna invited us to do in the University debate last Wednesday, I did not try to understand the details of ACTA but rather saw who the players behind it were. But as usual, my logical instincts took over, and his call to not try to understand ACTA actually pushed me to read the text. And here's what I now know: ACTA is ...

Who's the real monster?

I usually hate comparisons, but some very different reactions from the 'great unthinking' rabble do merit some analysis. In May this year, the notorious dog Star was found buried alive . A prima facie , this looked liked the most horrific case of animal cruelty, and is still considered so by some. The perpetrator was described by the sensitive and caring animal-lovers as a villain, a heartless monster, deserving of death, stoning, or even to be 'buried alive in the same manner'. But what did Mr. Vella actually do, according to the testimony heard in Court? Star was sick. It was shedding fur, and quite old already, and its owner did not afford the treatment. In trying to save some money from paying for the dog to be put to sleep and killed properly by vets, she gave it to Mr. Vella to have it killed himself. Nothing much to make people angry till now. Mercy-killing of very sick and suffering animals is widely done and usually a...

The Church and its riches

The above pictures has lately been doing rounds on facebook. Posted comments refer to injustice, hypocrisy, and of the Church not practising what it preaches. It seems it has become a common trend to blame the Church for everything under the sun. Hitting at the Church is the new way of looking cool. But before joining the bandwagon of shares, likes and comments, let me try to analyze the points this photo is trying to make. The first one: the Church is immensely rich. Well, it could be, but what do most of these riches constitute? Most of the Church's "riches" are fixed immovable assets, of which most are important human heritage. They can practically never be sold. Let's just say that the Pope sells all his adornments (provided anyone wants to buy them), maybe even Michelangelo's Pieta, and once we're at it , yes, maybe he should also sell the Sistine Chapel and have it converted to apartments. Then what? Apart from making UNESCO and the rest of human...