Skip to main content

Żidiet fil-prezz tal-fuels



Din il-ġimgħa tħabbar li l-Gvern ser iżid il-prezz tal-petrol, tad-diesel, kif ukoll tas-super petrol b’5ċ kull litru. Dan minkejja li f’dawn ix-xhur il-prezz taż-żejt baqa’ stabbli u ma kien hemm l-ebda żidiet li jiġġustifikaw qabża bħal din fil-prezz tal-fuels.

Il-prezzijiet ta’ dawn il-fuels issa telgħu għal €1.36 kull litru għal petrol, €1.23 kull litru għad-diesel, u €1.51 kull litru għas-super petrol. Il-prezz taż-żejt illum huwa ta’ $76-il barmil.

Żidiet bħal dawn dejjem jaffetwaw l-iktar lill-konsumatur u liż-żgħir, peress li n-negozjant ikollu jew inaqqas mid-dħul tiegħu jew jgħolli l-prezzijiet. Jaffetwa l-iktar lit-72,000 persuna li għandna jgħixu f’risku ta’ faqar. U allura huwa dritt tal-poplu Malti li jkun jaf kif il-Gvern wasal għal dawn il-prezzijiet, kif inħadmu, u x’wassal għal dawn iż-żidiet meta l-prezz taż-żejt ma għamilx ċaqliq kbir (ara hawn).

Ejja nkejjlu bl-istess riga li kien ikejjel biha l-Partit Laburista. F’Marzu 2011 il-prezz taż-żejt kien $115-il barmil. Dakinhar, l-Enemalta kienet ħabbret żidiet fil-prezz tal-fuels li wasslu biex il-petrol tela’ għal €1.34 kull litru, u d-diesel tela’ għal €1.28 kull litru (ara hawn).




Fit-8 ta’ Marzu 2011, Michael Farrugia, dak iż-żmien Kelliem tal-Partit Laburista għad-Drittijiet tal-Konsumatur, kien ħareġ stqarrija f’isem il-Partit Laburista fejn qalu li l-Gvern qed jisraq in-nies għax skont il-kalkoli tagħhom skont il-prezz taż-żejt ta’ dak iż-żmien, ta’ $115-il barmil, il-prezzijiet ġustifikati kellhom ikunu ta’ €1.32 għal litru petrol u €1.24 għal litru diesel (ara hawn). Ftit xhur wara, il-Partit Laburista kien organizza dimostrazzjoni nazzjonali kontra dawn iż-żidiet.



Mela l-Partit Laburista kien ikkalkula tant tajjeb li bil-politika tal-Partit Nazzjonalista meta l-prezz taż-żejt kien $115-il barmil il-prezzijiet tal-petrol u d-diesel kellhom ikunu ta’ €1.32 u €1.24. Issa, li l-prezz taż-żejt huwa ta’ $76-il barmil, il-prezzijiet tal-petrol u d-diesel tellagħhom għal €1.36 u €1.23. Jista’ allura l-Gvern jispjegalna kif il-kalkoli inbidlu daqshekk b’mod radikali? Li bi prezz taż-żejt kważi n-nofs, għal petrol qed inħallsu aktar, u għad-diesel qed inħallsu kważi l-istess? X’ġara biex qed ningidmu b’dan il-mod? Erġajna tlifna fuq xi ftehim tal-hedging bħal miljuni li konna tlifna mill-ftehim tal-fuels mal-Azerbaijan? U fejn qed tmur id-differenza? Min qed imur tajjeb biha? Għax żgur mhux qed imorru tajjeb in-negozjanti, il-ħaddiema u l-familji.



L-eks CEO tal-MIMCOL mhux ħati

Il-Qorti din il-ġimgħa illiberat lill-eks CEO tal-MIMCOL Mario Mizzi mill-akkużi ta’ korruzzjoni u tixħim fuq l-aġġudikazzjoni tat-tender tal-faċilitajiet tas-super yachts. Il-każ imur lura tmien snin, bil-proċeduri jibdew fil-Qorti f’Jannar 2012.

Dak iż-żmien Joseph Muscat kien għamel xalata jipponta subgħajh lejn dan il-każ, b’dan ir-raġel jiġi kkundannat fuq il-media tal-Partit Laburista, u b’Muscat isejjaħlu “diżgustanti”.

Issa li l-Qorti sabet li dawn l-akkużi kienu fabbrikazzjoni, Joseph Muscat ħa jimxi bl-istess riga tiegħu u jerfa’ responsabbilità politika?

Comments

Popular posts from this blog

Why I am dropping out of the Anti-ACTA protest

Like many avid internet users, I have followed with interest the debate about ACTA (Anti-Counterfeiting Trade Agreement). After reading numerous articles, watched sensational videos, and discussed ad nauseam with friends, I have realized that what I have come across is a campaign hi-jacked by lies, myths and misconceptions as to rival Malta's misinformed divorce referendum campaign. I have to say that the videos on Youtube   got me worried. I quickly signed the petition, joined the Anti-ACTA groups, and prepared myself for a full-blown fight against the big-governments who want to intrude on our privacy and freedom of expression. Like our MEP Edward Scicluna invited us to do in the University debate last Wednesday, I did not try to understand the details of ACTA but rather saw who the players behind it were. But as usual, my logical instincts took over, and his call to not try to understand ACTA actually pushed me to read the text. And here's what I now know: ACTA is ...

Who's the real monster?

I usually hate comparisons, but some very different reactions from the 'great unthinking' rabble do merit some analysis. In May this year, the notorious dog Star was found buried alive . A prima facie , this looked liked the most horrific case of animal cruelty, and is still considered so by some. The perpetrator was described by the sensitive and caring animal-lovers as a villain, a heartless monster, deserving of death, stoning, or even to be 'buried alive in the same manner'. But what did Mr. Vella actually do, according to the testimony heard in Court? Star was sick. It was shedding fur, and quite old already, and its owner did not afford the treatment. In trying to save some money from paying for the dog to be put to sleep and killed properly by vets, she gave it to Mr. Vella to have it killed himself. Nothing much to make people angry till now. Mercy-killing of very sick and suffering animals is widely done and usually a...

The Church and its riches

The above pictures has lately been doing rounds on facebook. Posted comments refer to injustice, hypocrisy, and of the Church not practising what it preaches. It seems it has become a common trend to blame the Church for everything under the sun. Hitting at the Church is the new way of looking cool. But before joining the bandwagon of shares, likes and comments, let me try to analyze the points this photo is trying to make. The first one: the Church is immensely rich. Well, it could be, but what do most of these riches constitute? Most of the Church's "riches" are fixed immovable assets, of which most are important human heritage. They can practically never be sold. Let's just say that the Pope sells all his adornments (provided anyone wants to buy them), maybe even Michelangelo's Pieta, and once we're at it , yes, maybe he should also sell the Sistine Chapel and have it converted to apartments. Then what? Apart from making UNESCO and the rest of human...