Skip to main content

Labour: Minn "Skola Ġdida Kull Sena" għal "Skola Posposta Kull Sena"



Din il-ġimgħa tħabbar li l-iskola primarja l-ġdida fil-Qawra, li kellha titlesta fl-2017, reġgħet ġiet posposta għal sena oħra. Kien tliet snin ilu li l-Gvern Laburista kien ħabbar li kien ser jibni skola ġdida fil-Qawra għal popolazzjoni li f’San Pawl il-Baħar issa qabżet l-20,000 ruħ. Din kellha tkun lesta sal-2017, u kellha tinkludi parkeġġ, gym, futsal pitch u żewġ courts tal-badminton (ara hawn)

Iżda waslet biex tiftaħ is-sena skolastika 2018-2019, u l-Gvern ser jerġa’ jipposponi l-ftuħ ta’ din l-iskola li l-bżonn tagħha issa sar ħafna aktar kruċjali. Sar kruċjali minħabba l-politika ta’ immigrazzjoni bla pjan tal-Gvern, li jidher li għalih dan hu l-unika mod li jaf li bih ikabbar l-ekonomija. Jekk ser iżżid il-popolazzjoni, għandek taħseb tal-inqas għall-iskejjel għal din iż-żieda. Imma dan mhux isir. Mhux talli mhux isir dan, iżda l-Gvern lanqas qed iżomm mal-pass ta’ Gvern Nazzjonalista li fl-edukazzjoni kien jiftaħ skola ġdida kull sena u jżid l-investiment kull sena.

Il-frott ta’ dan qed igawduh l-istudenti li llum jattendu l-Ħandaq, il-Verdala, il-Mosta, Pembroke, in-Naxxar, Ħal Kirkop u Għawdex. Skejjel ġodda b’faċilitajiet moderni u attrezzati minn kollox.

Iżda min-naħa l-oħra, waqt li l-kanvaser tal-Ministru tal-Edukazzjoni komdu jlesti l-blokok tal-appartamenti, il-Ministeru lanqas kapaċi jlesti skola ġdida waħda.

X’differenza bejn minn verament l-edukazzjoni kien itiha priorità, u min għalih hija biss għodda biex iħaxxen butu.


Mhux biss l-iskola posposta, imma anke t-trasport tat-tfal


Kemm il-Partit Nazzjonalista u kemm il-Partit Laburista fil-programm elettorali li għadda wegħdu li t-trasport tat-tfal għall-iskejjel, anke dawk tal-Knisja u dawk indipendenti, jibda jingħata b’xejn. Dan għal żewġ raġunijiet prinċipali: l-ewwelnett biex jgħin lill-ġenituri fl-ispejjeż li jkollhom, u t-tieni biex iħajjar iżjed ġenituri jibagħtu lit-tfal tagħhom bit-trasport organizzat biex itaffu mill-problema tat-traffiku.

Ta’ min ifakkar li din kienet ġiet issuġġerita mill-Partit Nazzjonalista tliet snin qabel, imma l-Gvern dak iż-żmien irredikola din il-proposta u ħlejna issa erba’ snin mindu din setgħet tibda tiġi prattikata.

Għalkemm din kellha tibda minn din is-sena skolastika, ninsabu inqas minn tliet ġimgħat bogħod mill-ftuħ tal-iskejjel, u kemm l-għalliema u kemm il-ġenituri għadhom fid-dlam dwar x’ser jiġri, meta din kienet imħabbar fil-Baġit ta’ sena ilu. Jidher li l-Gvern tant tnikker fuq din, u tant ma pjanax kif ħa jħaddimha, li issa l-Ministru Bartolo spiċċa jgħidilna li l-ġenituri ħa jintalbu jħallsu huma għat-trasport kif kienu jagħmlu dejjem, u imbagħad il-Gvern jirrifondi l-ispejjeż (ara hawn).

Lanqas fl-affarijiet li jwegħdu li ser iwettqu huma stess mhu qed jippjanaw, aħseb u ara kemm qed isir pjanar fit-tul f’dak li qed jiġri fl-ekonomija tagħna, u fir-riperkussjonijiet tal-politika ta’ żieda fil-popolazzjoni bl-immigrazzjoni li qed iħaddem il-Gvern.




Dan l-artiklu deher fir-rubrika Cyberspace tal-Ħadd 02 ta' Settembru 2018

Comments

Popular posts from this blog

Why I am dropping out of the Anti-ACTA protest

Like many avid internet users, I have followed with interest the debate about ACTA (Anti-Counterfeiting Trade Agreement). After reading numerous articles, watched sensational videos, and discussed ad nauseam with friends, I have realized that what I have come across is a campaign hi-jacked by lies, myths and misconceptions as to rival Malta's misinformed divorce referendum campaign. I have to say that the videos on Youtube   got me worried. I quickly signed the petition, joined the Anti-ACTA groups, and prepared myself for a full-blown fight against the big-governments who want to intrude on our privacy and freedom of expression. Like our MEP Edward Scicluna invited us to do in the University debate last Wednesday, I did not try to understand the details of ACTA but rather saw who the players behind it were. But as usual, my logical instincts took over, and his call to not try to understand ACTA actually pushed me to read the text. And here's what I now know: ACTA is ...

Who's the real monster?

I usually hate comparisons, but some very different reactions from the 'great unthinking' rabble do merit some analysis. In May this year, the notorious dog Star was found buried alive . A prima facie , this looked liked the most horrific case of animal cruelty, and is still considered so by some. The perpetrator was described by the sensitive and caring animal-lovers as a villain, a heartless monster, deserving of death, stoning, or even to be 'buried alive in the same manner'. But what did Mr. Vella actually do, according to the testimony heard in Court? Star was sick. It was shedding fur, and quite old already, and its owner did not afford the treatment. In trying to save some money from paying for the dog to be put to sleep and killed properly by vets, she gave it to Mr. Vella to have it killed himself. Nothing much to make people angry till now. Mercy-killing of very sick and suffering animals is widely done and usually a...

Elezzjoni għal Viċi Kap

Nemmen li l-Partit Nazzjonalista jeħtieġ Viċi-Kap li jkompli jsaħħaħ il-proċess ta' tiġdid li għaddej minnu l-Partit stess, biex ikun jista' jkompli jwettaq il-bidliet pożittivi f'pajjiżna. Għalhekk kien ta' pjaċir għalija li nhar is-Sibt li għadda kont wieħed minn tal-ewwel li iffirmajt in-nomina ta' Dr. Simon Busuttil għal din il-kariga tant importanti. Nawguralu minn qalbi.