Skip to main content

Fuq tlieta toqgħod il-borma - Chris Cardona, il-Fulu u Pierre Darmanin




Żgur li l-aktar storja segwita fuq l-internet din il-ġimgħa f’pajjiżna kienu r-rivelazzjonijiet ġodda li ħareġ il-konsorzju Forbidden Stories fil-proġett imlaqqam The Daphne Project, li qed ikompli l-investigazzjonijiet ta’ Daphne Caruana Galizia u jsegwi dawk dwar il-qtil tagħha.

L-aħbar li ġiet ippubblikata fil-ġurnali ewlenin parteċipi fil-konsorzju, inkluż The Times of Malta u La Repubblica (ara hawn), titratta dwar rabta oħra bejn il-qattiela ta’ Daphne Caruana Galizia u l-Ministru Chris Cardona. Niftakru li xhur ilu sirna nafu li l-Ministru Cardona kien iltaqa’ ma’ Alfred Degiorgio f’bar fis-Siġġiewi xahar wara l-qtil. Issa sirna nafu wkoll li f’Ġunju 2017, erba’ xhur qabel il-qtil, il-Ministru Cardona kien f’Bachelor’s Party mal-istess Alfred Degiorgio. Sirna nafu wkoll li l-Ministru Cardona kien l-avukat ta’ Vincent Muscat, il-Koħħu, ieħor mill-qattiela, f’kawża oħra.

Dawn ir-rivelazzjonijiet waħedhom ukoll joħorġu lill-Ministru ta’ giddieb, meta xhur ilu kien qalilna li hu qatt ma ltaqa’ ma’ dawn l-akkużati. Fuq hekk biss, il-Ministru wkoll għandu jirriżenja.



Niftakru wkoll li riċentament, il-Ministru Cardona waqqa’ l-kawża ta’ libell li kellu kontra Daphne Caruana Galizia dwar iż-żjara tiegħu fil-burdell FKK Acapulco, ftit qabel mal-Qorti fetħet it-traċċi tal-mobile tiegħu biex ikun verifikat fejn kien. Peress li l-Ministru Cardona dwar dan il-każ kien daħħal dikjarazzjoni ġuramentata fil-Qorti, wieħed jistenna jekk il-Kummissarju tal-Pulizija jistenbaħx u jinvestigahx fuq wettaqx perġurju, u allura ġurament falz. Speċjalment meta issa nafu li l-gideb huwa sinonimu mal-Ministru Chris Cardona.

Kien hemm rivelazzjoni oħra, ġdida, f’dawn l-istejjer din il-ġimgħa li tqajjem ħafna mistoqsijiet. Meta Daphne Caruana Galizia kienet kitbet storja dwar traffikar ta’ fuels fil-Mediterran, b’għajnuna li l-kriminali kienu qed isibu mill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin u l-Ministeru tal-Finanzi, ċertu Pierre Darmanin li kien imsemmi fil-blog tal-ġurnalista Caruana Galizia kien ċemplilha biex jispjega xi dettalji dwar id-dgħajsa li hi semmiet fil-blog tagħha. Hi kienet semmiet din il-kjarifika u telefonata iktar tard fl-istess artiklu. Issa sirna nafu li eżatt malli spiċċat din it-telefonata, dan Darmanin ċempel lil Ministru Cardona u lill-akkużat Alfred Degiorgio, eżatt wara xulxin. Din it-telefonata tqajjem ħafna mistoqsijiet, u żgur għandha timbutta lill-Pulizija biex jinvestigaw dawn ir-rabtiet intimi ta’ Chris Cardona ma’ nies li kienu imsemmija fil-blog u l-akkużati bil-qtil infushom.

La Repubblica tiżvela dettal ieħor importanti. Tgħid li minkejja t-talbiet kontinwi tal-Maġistrat Vella li kien qed jinvestiga l-qtil, is-Servizzi Sigrieti Maltin irrifjutaw li jgħaddu dawn il-call logs lill-Maġistrat, avolja talabhom bil-miktub. Jidher li wara li l-Maġistrat Vella ingħata promozzjoni għal Imħallef, biex potenzjalment Maġistrat ġdid jaqbiżlu dan id-dettal, ħa l-każ f’idejh il-Maġistrat Neville Camilleri li pero’ insista għalihom u dawn il-logs qegħdin fil-pussess tiegħu.

Dawn id-dettalji jqajjmu mistoqsijiet kbar fuq il-Ministru Cardona, li l-Prim Ministru Muscat għadu jiddefendi bil-qawwa fil-Parlament. Tant li din il-ġimgħa rajna dik il-pastażata sħiħa fejn il-membri tal-Gvern bl-ebda mod ma riedu jħallu lid-Deputat Simon Busuttil jitkellem fuq dawn ir-rivelazzjonijiet. Saħansitra rajna lid-Deputat Glenn Beddingfield jitkeċċa mill-Kamra minħabba d-dagħa u kliem ħażin.



Kien għalhekk opportun li l-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia talab li tinfetaħ inkjesta pubblika minn kummissjoni awtonoma u indipendenti li tidentifika n-nuqqasijiet fil-protezzjoni tal-ġurnalista min-naħa tal-Gvern, tistħarreġ x’kienu jafu l-awtoritajiet dwar il-movimenti tal-akkużati li setgħu indikaw it-theddida fuq ħajjitha, u tinvestiga jekk l-awtoritajiet naqsux milli jaġixxu biex jipproteġuha.

Nhar it-Tlieta nagħlqu sena mill-qtil brutali ta’ din il-ġurnalista. S’issa għadna ma nafux min kien il-mandant. U jekk kif hemm suspett, kien xi ħadd fiċ-ċirku intern tal-Gvern, diffiċli nafdaw li l-investigazzjoni preżenti qed tagħmel dak kollu li tista’ biex issib min hu.





Dan l-artiklu deher fir-rubrika Cyberspace fil-Mument tal-Ħadd 14 t' Ottubru 2018


Comments

Popular posts from this blog

Who's the real monster?

I usually hate comparisons, but some very different reactions from the 'great unthinking' rabble do merit some analysis. In May this year, the notorious dog Star was found buried alive . A prima facie , this looked liked the most horrific case of animal cruelty, and is still considered so by some. The perpetrator was described by the sensitive and caring animal-lovers as a villain, a heartless monster, deserving of death, stoning, or even to be 'buried alive in the same manner'. But what did Mr. Vella actually do, according to the testimony heard in Court? Star was sick. It was shedding fur, and quite old already, and its owner did not afford the treatment. In trying to save some money from paying for the dog to be put to sleep and killed properly by vets, she gave it to Mr. Vella to have it killed himself. Nothing much to make people angry till now. Mercy-killing of very sick and suffering animals is widely done and usually acceptable. You may

Shema Yisrael, the cries of the Palestinian people

You live a peaceful life in a modest home. You've never bothered anyone and you've never caused trouble. Out of the blues, a group of people claim that they should live in your house. Why? Because they have been persecuted in a war, and they claim that some 5,000 years ago, their God had told them your home was their promised land. Somehow, the whole community agrees with their wishes, and asks you to grant them your spare-bedroom. You oblige. After a few months, they take the whole top-floor. In a few year's time, they take over your kitchen. After a few more years, they own your house and keep you and your family locked in the bathroom. They don't even allow you to get out, while they strip-search you the few times they do. Even if it's a medical emergency. Sometimes not even medical personnel and ambulances are allowed to see to your needs while your children die in your hands. Desperation starts hitting you. Life seems to offer no hopes. In moments

Why I am dropping out of the Anti-ACTA protest

Like many avid internet users, I have followed with interest the debate about ACTA (Anti-Counterfeiting Trade Agreement). After reading numerous articles, watched sensational videos, and discussed ad nauseam with friends, I have realized that what I have come across is a campaign hi-jacked by lies, myths and misconceptions as to rival Malta's misinformed divorce referendum campaign. I have to say that the videos on Youtube   got me worried. I quickly signed the petition, joined the Anti-ACTA groups, and prepared myself for a full-blown fight against the big-governments who want to intrude on our privacy and freedom of expression. Like our MEP Edward Scicluna invited us to do in the University debate last Wednesday, I did not try to understand the details of ACTA but rather saw who the players behind it were. But as usual, my logical instincts took over, and his call to not try to understand ACTA actually pushed me to read the text. And here's what I now know: ACTA is