Skip to main content

Il-Qrati - l-aħħar difensur tal-Kostituzzjoni




Rebħa maġġuri oħra

F’kawża Kostituzzjonali li l-Partit Nazzjonalista fetaħ kontra l-Gvern, il-Qorti għal darb’oħra reġgħet tat raġun lill-Partit Nazzjonalista u kkonfermat dak li ilna ngħidu mill-2015: li l-liġi li ressaq il-Ministru Owen Bonnici fil-Parlament dwar il-Finanzjament tal-Partiti hija anti-Kostituzzjonali għax tikser id-Drittijiet Fundamentali tal-Bniedem u l-Konvenzjoni Ewropea.

Dan kienet qalitu l-Oppożizzjoni sa minn dak iż-żmien meta esprimiet ir-riżervi tagħha fuq din il-liġi. Dan għaliex kien dehrilna li jmur kontra l-prinċipji bażiċi tal-ġustizzja illi r-regolatur u l-awditur tal-finanzi tal-Partiti tkun il-Kummissjoni Elettorali, li hija intrinsikament magħmula minn rappreżentanti tal-Partiti infushom, u li waqt li sservi ta’ regolatur u awditur, isservi wkoll ta’ ġudikant f’każ li jkun hemm xi investigazzjoni.

Il-Qorti ikkonfermat dan u qalet li l-Kummissjoni Elettorali ma tistax titqies bħala indipendenti u imparzjali biex isservi bħala Qorti li tiġġudika fuq kwistjonijiet ta’ finanzjament tal-Partiti.

Aktar minn hekk, il-Qorti remiet ‘il barra l-argumenti li ġab l-Avukat Ġenerali biex jiddefendi l-Gvern, u ikkundannatu jħallas l-ispejjeż tal-Qorti kemm tal-ewwel kawża u kemm tal-appell Kostituzzjonali.

Dan ifisser li l-Gvern ser ikun obbligat imur quddiem il-Parlament u jibdel din il-liġi, li l-Qorti Kostituzzjonali issa ddikjarat bħala nulla, u jimxi mar-rakkomandazzjonijiet li kienet għamlet l-Oppożizzjoni dak iż-żmien. L-Oppożizzjoni kienet anke argumentat li din il-liġi ma toħloqx bilanċ bejn il-Partiti, għax ma tobbligax li dħul li jagħmel Partit minn proprjetajiet li huma tal-Gvern, li l-Partit Laburista għandu ħafna, ma jidhirx fil-bilanċi tal-finanzi tal-Partit. Anke f’din il-liġi, il-Partit Laburista kien kompla juri arroganza u jipprova jiżbilanċja d-demokrazija f’pajjiżna biex jaħtaf aktar poter istituzzjonali, iżda l-Qorti Kostituzzjonali żammitlu r-riedni.


Rebħa oħra fil-kawża għall-pubblikazzjoni tar-rapport Egrant

Ilbieraħ il-Partit Nazzjonalista għamel ukoll rebħa oħra fil-Qorti fil-kawża li fetaħ biex ikollu aċċess għal kontenut kollu tar-rapport tal-inkjesta dwar Egrant. Wara li ftit tal-ġimgħat ilu l-Qorti tat raġun lill-Partit Nazzjonalista biex il-kawża tinstema’ b’urġenza, u tat raġun lill-Partit Nazzjonalista biex obbligat lill-Avukat Ġenerali jixhed, issa reġgħet tat raġun lill-Partit Nazzjonalista u obbligat lill-Prim Ministru Joseph Muscat u lill-Ministru Owen Bonnici biex jixhdu wkoll. Dan minkejja l-oppożizzjoni tal-Avukat Ġenerali.

Dan wara li din is-sena l-Qorti tat ukoll raġun lill-Partit Nazzjonalista fl-iskandlu ta’ Strada Zekka, meta l-Gvern ta art pubblika tiswa €3.5 miljun għal nofs proprjetà fil-Belt, u fil-każ tal-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar, fejn il-Partit Laburista prova jieħdu f’idejh minkejja li r-riżultat demokratiku kien ta maġġoranza lill-Partit Nazzjonalista.

Filwaqt li l-Gvern ħataf f’idejh l-istituzzjonijiet kollha tal-pajjiż, b’abbuż sfaċċat tal-poter, jidher li l-Qrati tagħna żammew l-imparzjalità tagħhom u qed ikunu huma l-aħħar bastjun li jiddefendi l-Kostituzzjoni tagħna. Mhux ta’ b’xejn li l-Gvern qed jagħmel l-almu tiegħu kollu biex l-investigazzjonijiet maġġuri fuq politiċi ma jitressqu qatt fil-Qorti biex issir ġustizzja.

Dan ma jaqtagħlniex qalbna, anzi jimliena bil-motivazzjoni biex nibqgħu naħdmu għax għada pitgħada, l-verità toħroġ u l-ġustizzja ssir. L-ebda dnub mhu ser jitħalla jorqod għal dejjem.



Dan l-artiklu ġie ppublikat fil-ġurnal In-Nazzjon tal-Erbgħa 10 ta' Ottubru 2018

Comments

Popular posts from this blog

Elezzjoni għal Viċi Kap

Nemmen li l-Partit Nazzjonalista jeħtieġ Viċi-Kap li jkompli jsaħħaħ il-proċess ta' tiġdid li għaddej minnu l-Partit stess, biex ikun jista' jkompli jwettaq il-bidliet pożittivi f'pajjiżna. Għalhekk kien ta' pjaċir għalija li nhar is-Sibt li għadda kont wieħed minn tal-ewwel li iffirmajt in-nomina ta' Dr. Simon Busuttil għal din il-kariga tant importanti. Nawguralu minn qalbi.

Who's the real monster?

I usually hate comparisons, but some very different reactions from the 'great unthinking' rabble do merit some analysis. In May this year, the notorious dog Star was found buried alive . A prima facie , this looked liked the most horrific case of animal cruelty, and is still considered so by some. The perpetrator was described by the sensitive and caring animal-lovers as a villain, a heartless monster, deserving of death, stoning, or even to be 'buried alive in the same manner'. But what did Mr. Vella actually do, according to the testimony heard in Court? Star was sick. It was shedding fur, and quite old already, and its owner did not afford the treatment. In trying to save some money from paying for the dog to be put to sleep and killed properly by vets, she gave it to Mr. Vella to have it killed himself. Nothing much to make people angry till now. Mercy-killing of very sick and suffering animals is widely done and usually a...

Why I am dropping out of the Anti-ACTA protest

Like many avid internet users, I have followed with interest the debate about ACTA (Anti-Counterfeiting Trade Agreement). After reading numerous articles, watched sensational videos, and discussed ad nauseam with friends, I have realized that what I have come across is a campaign hi-jacked by lies, myths and misconceptions as to rival Malta's misinformed divorce referendum campaign. I have to say that the videos on Youtube   got me worried. I quickly signed the petition, joined the Anti-ACTA groups, and prepared myself for a full-blown fight against the big-governments who want to intrude on our privacy and freedom of expression. Like our MEP Edward Scicluna invited us to do in the University debate last Wednesday, I did not try to understand the details of ACTA but rather saw who the players behind it were. But as usual, my logical instincts took over, and his call to not try to understand ACTA actually pushed me to read the text. And here's what I now know: ACTA is ...