Skip to main content

It-Torri ta' Babel




It-Torri ta’ Babel

Ftit ġranet ilu ġie approvat il-proġett tad-db Group fil-Bajja ta’ San Ġorġ f’San Ġiljan, bieb ma’ bieb ma’ djar residenzjali f’Pembroke. Proġett b’riħa tinten ta’ korruzzjoni mill-bidu sal-aħħar tiegħu.

Ibda biex il-mod kif ingħatat din l-art, mingħajr ma nħareġ tender, lill-entità privata, għal prezz ridikolu (il-prezz ta’ sular wieħed tal-proġett li qed isir). Imbagħad, ħallasna minn butna mas-€60 miljun biex mexxejna l-ITS għal binja oħra fi Smart City, b’inkonvenjent kbir għal mijiet ta’ studenti li issa tneħħew mill-qalba taz-zona turistika li kienet ideali għall-istudji tagħhom, apparti li ser nitilfu l-binja tal-ITS preżenti li suppost hija skedata. Issa, rridu nħallsu miljuni oħra biex intejbu l-infrastruttura taz-zona biex tiflaħ għal proġett bħal dan, fosthom toroq u l-famuż tunnel li mingħajru tinħoloq konġestjoni massiċċa. Ħa nkunu qed nidfnu r-residenti ta’ Pembroke b’binja enormi, u se ssir ħsara ambjentali indeskrivibbli.

Issa sirna nafu li ħallasna wkoll biex bgħattna jet privat iġġib Malta lil waħda mill-membri tal-Bord biex tiġi tivvota favur. Membru li falliet xi tletin minn sebgħin vot ieħor. Imma dan kien importanti hux, ma tmurx ma jgħaddix!

Il-mistoqsijia quddiem proġett bħal dan mihiex kemm marru tajjeb id-db, imma min ħa jsir miljunarju magħhom biex sar dan it-tnawwir kollu. Xi Ministru? Dawk l-10 membri tal-Bord? Il-Partit Laburista? Il-Prim Ministru?

Il-Prim Ministru issa qed jilgħabha tal-iblah, u jipprova jikkonvinċina li ma jaqbilx mad-deċiżjoni tal-jet privat għal membru tal-Bord. Bħallikieku mhux kulħadd jaf li dan kien proġett li ried hu, li għadda l-art hu, li ried li jiġi approvat hu, li ivvutaw favurieh il-membri tal-Bord nominati minnu, fosthom id-Deputat tiegħu. U meta kulħadd jaf li spiċċajna ngħixu f’pajjiż fejn kull nitfa minn kull Dipartiment trid tiġi infurmatha biha Kastillja, diffiċli nemmnu li ma kienx jaf bid-deċiżjoni tal-jet privat minn qabel.

L-Oppożizzjoni għamlet kulma setgħet quddiem l-abbużi ta’ dan il-proġett. Talbet l-Awditur Ġenerali jinvestiga t-trasferiment tal-art, ivvutat kontra fil-Bord tal-Awtorità tal-Ippjanar, ħadet sehem fid-dimostrazzjonijiet li saru mir-residenti, u permezz tad-Deputati ta' dak id-Distrett resqet l-oġġezzjonijiet tar-residenti quddiem il-Bord, u talbet inkjesta fuq din il-biċċa xogħol tat-titjira privata għal membru tal-Bord.

Għalina r-resident u l-vulnerabbli, jibqa’ l-ewwel. Qabel il-flus u l-profitti. Iżda ngħixu f’pajjiż fejn il-flus saru l-alla l-ġdid u fejn il-liġi ma għadhiex tapplika l-istess għal kulħadd.


Jittimbrawk b’miġnun

Storja li kexkxitni din il-ġimgħa hija l-aħbar xokkanti li ħareġ is-sit Net News (http://netnews.com.mt/2018/09/27/storja-xokkanti-minn-monte-carmeli-impjegata-tinqafel-taht-constant-watch-ftit-jiem-wara-argument-ma-superjur-taghha/) dwar impjegata fl-isptar Monte Karmeli illi għax kellha argument mas-superjur tagħha, din ftit ġranet wara ġiet maqfula taħt constant watch fl-istess sptar bħala pazjenta mingħajr ma biss ra psikjatra jew psikologu.

Dan hu każ ċar ta’ abbuż, każ fejn xi ħadd uża l-poter tiegħu biex jintimida lil min hu taħtu. Att barbaru u ta’ min jistmerru, u li għandu jwerwer lil kull wieħed u waħda minna jekk jgħaddi qisu qatt ma kien xejn. Quddiem każ bħal dan għandha ssir investigazzjoni serja, u dan is-superjur għandu mhux biss jitneħħa minn postu iżda jiġi proċessat kriminalment. Dawn mhumiex affarijiet taċ-ċajt.

Dan l-episodju jfakkarni f’episodju aktar kmieni fl-ewwel leġislatura ta’ Muscat, fejn individwu li għamel protesta quddiem Kastilja dwar kif ġie trattat mill-Awtorità tal-Ippjanar spiċċa ttieħed f’Monte Karmeli għal ftit ġranet. Biex jippruvaw jittimbrawh b’miġnun u jaqtgħu qalb kulmin jipprotesta.

Dakinhar ħafna għalqu għajnejhom. Iżda issa qed naraw minn dik il-ftit abbuż fejn wasalna. Meta ddejjaqhom, jaqfluk. U jekk jerġa’ ħadd ma jgħid xejn għal din l-impjegata, jispiċċa ħadd ma jgħid xejn meta xi darba jmiss lilek.


Dan l-artiklu deher fir-rubrika Cyberspace fil-Mument tal-Ħadd 30 ta' Settembru 2018

Comments

Popular posts from this blog

Elezzjoni għal Viċi Kap

Nemmen li l-Partit Nazzjonalista jeħtieġ Viċi-Kap li jkompli jsaħħaħ il-proċess ta' tiġdid li għaddej minnu l-Partit stess, biex ikun jista' jkompli jwettaq il-bidliet pożittivi f'pajjiżna. Għalhekk kien ta' pjaċir għalija li nhar is-Sibt li għadda kont wieħed minn tal-ewwel li iffirmajt in-nomina ta' Dr. Simon Busuttil għal din il-kariga tant importanti. Nawguralu minn qalbi.

Why I am dropping out of the Anti-ACTA protest

Like many avid internet users, I have followed with interest the debate about ACTA (Anti-Counterfeiting Trade Agreement). After reading numerous articles, watched sensational videos, and discussed ad nauseam with friends, I have realized that what I have come across is a campaign hi-jacked by lies, myths and misconceptions as to rival Malta's misinformed divorce referendum campaign. I have to say that the videos on Youtube   got me worried. I quickly signed the petition, joined the Anti-ACTA groups, and prepared myself for a full-blown fight against the big-governments who want to intrude on our privacy and freedom of expression. Like our MEP Edward Scicluna invited us to do in the University debate last Wednesday, I did not try to understand the details of ACTA but rather saw who the players behind it were. But as usual, my logical instincts took over, and his call to not try to understand ACTA actually pushed me to read the text. And here's what I now know: ACTA is ...

Who's the real monster?

I usually hate comparisons, but some very different reactions from the 'great unthinking' rabble do merit some analysis. In May this year, the notorious dog Star was found buried alive . A prima facie , this looked liked the most horrific case of animal cruelty, and is still considered so by some. The perpetrator was described by the sensitive and caring animal-lovers as a villain, a heartless monster, deserving of death, stoning, or even to be 'buried alive in the same manner'. But what did Mr. Vella actually do, according to the testimony heard in Court? Star was sick. It was shedding fur, and quite old already, and its owner did not afford the treatment. In trying to save some money from paying for the dog to be put to sleep and killed properly by vets, she gave it to Mr. Vella to have it killed himself. Nothing much to make people angry till now. Mercy-killing of very sick and suffering animals is widely done and usually a...