Skip to main content

L-Ikreħ Kapitlu






Għaddiet sena mill-qtil makabru tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, f’pajjiż li suppost hu Ewropew, liberu u demokratiku. Qtil li prova jagħlqilha ħalqha u jwaqqaf l-investigazzjonijiet tagħha. Qtil li ried jibgħat messaġġ wieħed: li f’dan il-pajjiż, għalkemm ngħidu li hawn id-demokrazija, l-għażliet huma li jew tbaxxi rasek u timxi mal-kurrent, jew tinxtara biex toqgħod kwiet, jew inkella jkissruk u jfarrkuk, jekk hemm bżonn anke joqtluk.

It-Tlieta li għaddew pero’, fl-anniversarju ta’ dan il-qtil, eluf ta’ nies inġbarna fil-Belt Valletta biex nibagħtu messaġġ. Li mhux kulħadd ser ibaxxi rasu, u mhux kulħadd ser jinxtara. Li f’dan il-pajjiż, mhux kulħadd daqshekk negattiv li lest jirrassenja ruħu għal mexxejja korrotti, li lest jaċċetta qtil għax “tort tagħha għax lagħbet man-nar” kif hawn min jgħid. F’dan il-pajjiż, għad baqa’ eluf ta’ nies li jridu tmexxija serja, politiċi integri, ġustizzja għal kulħadd. Għad baqa’ nies li ma jridux isikktu l-intiena tal-kuxjenza bil-fwieħa tal-flus. Għad baqa’ nies li ma jaċċettawx li jekk ma tridx tidħol fl-inkwiet għandek tagħlaq ħalqek u għajnejk għal dak li hu ħażin, kif hawn min jippretendi li missha għamlet Daphne biex ma tisfax attakkatha.



Għalhekk kburi li nhar it-Tlieta kont wieħed mill-eluf li pparteċipaw fil-velja li kkommemorat is-sena anniversarju mill-qtil makabru ta’ waħda minn ħutna. Huwa ta’ għajb u ta’ diżappunt kbir li għad hawn ħafna f’dan il-pajjiż li ntrebħu mill-indifferenza, li ma jridux jagħtu każ, li jippreferu jagħlqu għajnejhom biex jgħixu fil-bozza komda ta’ ħajjithom. Turi kemm baqagħlna x’naqdfu jekk irridu li nibdew intellgħu ġenerazzjoni b’mentalità Ewropea. Fejn jimpurtak mis-soċjetà li qed tgħix fiha, fejn jimpurtak mill-komunità li qed tgħix fiha, fejn jimpurtak mill-mod kif qed tiġi gvernat.

Iżda tibqa’ t-tama li minn dan l-episodju ħafna nies fetħu għajnejhom. U ħafna aktar nies qed jiftħu għajnejhom hekk kif jaraw l-attitudni u l-imġieba tal-Gvern. Gvern li fil-Parlament jintilef f’dagħdigħa ta’ paniku, ta’ theddid, ta’ dagħa, hekk kif jiġi affaċċjat bi provi u b’suspetti oħra marbutin ma’ dan il-każ. Gvern li ta’ kuljum jipprova joqtol issa l-memorja ta’ din il-ġurnalista, għax il-mewt tagħha ma kinetx biżżejjed. Hemm bżonn imut ukoll l-ideal li ġġieldet għalih u l-ideat li żergħet.

Għalhekk għall-għoxrin darba, anke wara din il-velja li fiha tkellmu diversi kittieba u ġurnalisti barranin li fakkru kif lanqas fil-Korea ta’ Fuq jew fir-Russja ta’ Putin ma ħadd mill-awtorità jazzarda jżarma mafkar ta’ luttu, il-Gvern permezz tal-Ministru tal-Inġustizzji Owen Bonnici reġa’ bagħat lil min iżarma dan il-mafkar u jisraq il-proprjetà ta’ dawk li riedu jikkommemoraw lil din il-ġurnalista.

Imma għal wieħed u għoxrin darba dan il-mafkar jerġa’ jitpoġġa. U jibqa’ jitpoġġa sakemm issir ġustizzja, sakemm toħroġ il-verità, sakemm insiru nafu min kienu l-imħuħ li bagħtu u l-idejn li ħallsu biex twettqet din l-atroċità.

U din il-ġlieda qed nagħmluha wkoll fuq livell politiku. Kien għalhekk li l-Oppożizzjoni ressqet mozzjoni li fiha qed titlob inkjesta awtonoma u indipendenti fuq jekk kienx hemm nuqqasijiet mill-awtoritajiet ta’ pajjiżna biex tħalla jitwettaq dan l-omiċidju. Maħniex nivvintaw ir-rota. Inkjesta simili intalbet mill-Gvern Norveġiż innifsu meta seħħ il-qtil makabru ta’ studenti soċjalisti minn fanatiku Nazzist. Għax hekk isir f’pajjiżi serji. Hekk isir minn politiċi li m’għandhomx x’jaħbu. Hekk isir fejn il-politiċi jifhmu li huma kontabbli u responsabbli għal dak kollu li jsir jew jitħalla jsir.

Baqgaħlna x’naqdfu biex il-poplu kollu jasal jifhem u l-poplu kollu jistenna li jixraqlu aħjar. Biex iqum u ma jibqax rassenjat għall-medjokrità. Imma għandi t-tama li naslu. Għandi t-tama li d-demm ta’ Daphne Caruana Galizia ma xxerridx għalxejn, iżda saqqa x-xewqa għal Malta aħjar.






Dan l-artiklu deher fir-rubrika Cyberspace fil-Mument tal-Ħadd 21 t' Ottubru 2018


Comments

Popular posts from this blog

Shema Yisrael, the cries of the Palestinian people

You live a peaceful life in a modest home. You've never bothered anyone and you've never caused trouble. Out of the blues, a group of people claim that they should live in your house. Why? Because they have been persecuted in a war, and they claim that some 5,000 years ago, their God had told them your home was their promised land. Somehow, the whole community agrees with their wishes, and asks you to grant them your spare-bedroom. You oblige. After a few months, they take the whole top-floor. In a few year's time, they take over your kitchen. After a few more years, they own your house and keep you and your family locked in the bathroom. They don't even allow you to get out, while they strip-search you the few times they do. Even if it's a medical emergency. Sometimes not even medical personnel and ambulances are allowed to see to your needs while your children die in your hands. Desperation starts hitting you. Life seems to offer no hopes. In moments

The Great Energy Proposal

I followed the example of a facebook comment uploaded on another blog to work out the savings my household will make with Labour's energy proposals. Our bill for of €717.80 for 7 months is divided into: An electricity service charge of €36.86 Electricity consumption of €404.83 A water service charge of €33.46 Water consumption of €242.65 Through the new tariff scheme, reducing the electricity consumption bill by 25% and the water consumption bill by 5%, our bill will read: An electricity service charge of €36.86 Electricity consumption of €303.62 A water service charge of €33.46 Water consumption of €230.52 A total of €604.46 for the same 7 months. A reduction of €16.20 a month. But this reduction comes at what price? This grand plan, the one we have been expecting for all these years, will materialize  if  we find a private investor ready to fork out €500 million in capital investment,  if  we reach a 10-year fixed price agreement,  if we manage to b

Why I am dropping out of the Anti-ACTA protest

Like many avid internet users, I have followed with interest the debate about ACTA (Anti-Counterfeiting Trade Agreement). After reading numerous articles, watched sensational videos, and discussed ad nauseam with friends, I have realized that what I have come across is a campaign hi-jacked by lies, myths and misconceptions as to rival Malta's misinformed divorce referendum campaign. I have to say that the videos on Youtube   got me worried. I quickly signed the petition, joined the Anti-ACTA groups, and prepared myself for a full-blown fight against the big-governments who want to intrude on our privacy and freedom of expression. Like our MEP Edward Scicluna invited us to do in the University debate last Wednesday, I did not try to understand the details of ACTA but rather saw who the players behind it were. But as usual, my logical instincts took over, and his call to not try to understand ACTA actually pushed me to read the text. And here's what I now know: ACTA is