Skip to main content

Miżuri li nesew, u dawk li rrepetew



It-Tnejn li għadda tħabbar il-Budget għas-sena d-dieħla. Budget li mad-daqqa t’għajn ma jħabbar xejn negattiv, iżda ftit li xejn pożittiv lanqas. Naħseb li żgur tista’ tgħid hu li dan hu budget nieqes mill-innovazzjoni, għax ftit li xejn rajna affarijiet ġodda li jistgħu jinċentivaw setturi ġodda jew li jippjanaw għal Malta ta’ għada f’dawk li huma l-aktar oqsma kruċjali: l-edukazzjoni, is-saħħa, l-akkomodazzjoni u t-trasport tal-massa.

Ħa nibdew billi nħarsu ftit lejn xi tħabbar dwar l-aktar problema li qed jaffaċċjaw il-Maltin bħalissa, il-prezz tal-kera u tal-propjetà. Apparti l-white-paper li ġiet pubblikata, fid-diskors tal-budget issemmew diversi miżuri li huma ripetizzjoni ta’ miżuri li ħabbar il-Gvern stess f’budgets passati, jew ri-introduzzjoni ta’ skemi li kien daħħal Gvern Nazzjonalista fil-passat u li dan il-Gvern kien maqdar u saħansitra waqqaf.

Issemma s-sussidju fuq il-kera fil-privat. Din kienet skema li issa ilha snin li ġiet introdotta. Vera li żdied dan is-sussidju, iżda vera wkoll li kif kien stqarr il-Prim Ministru stess is-sena l-oħra din ġieli wassal biex is-sidien reġgħu għollew il-kera. Issemmiet l-iskema tal-kiri tal-Gvern mill-privat biex imbagħad jikrieh hu għal akkomodazzjoni soċjali. Din kienet saret fil-passat u l-Partit Laburista tgħidx kemm kien kritikaha u qal li kienet fallimenet. Milli jidher issa saret tajba u ser jerġa’ jintroduċieha. Semma l-għajnuna għal nies li għandhom fuq l-erbgħin u jridu jixtru proprjetà għax il-Bank ma jislifhomx minħabba li ma għandhomx ħafna snin fuq x’hiex iħallsu s-self. Tajba. Iżda fejnha l-għajnuna għal koppji żgħar, li illum għandhom problema kbira biex jixtru l-ewwel proprjetà għax ma jaslu qatt biex iġemmgħu biżżejjed għall-ewwel 10%? Dan kollu minħabba l-isplużjoni fl-immigrazzjoni ta’ barranin li qed iġibu lill-Malti out-priced f’pajjiżu. Problema li ħoloq il-Gvern stess u li għadu ma għamel xejn biex jindirizzaha.

U x’ġara mill-akkomodazzjoni soċjali? Wiegħed b’tant pompa kien investiment ta’ €50 miljun mill-fonda tal-iskema taċ-ċittadinanza! Meta ser jibda? Ilu diġa’ sitt snin fil-Gvern u għadu ma beniex imqar appartament wieħed ta’ akkomodazzjoni soċjali. Rekord li qatt ma seħħ f’pajjiżna. Sadattant, il-kju ta’ nies li għandhom bżonn akkomodazzjoni soċjali jkompli jiżdied. Bħalma qed jiżdied in-numru ta’ nies jgħixu fil-karozzi, fil-garaxxijiet u fl-irziezet.

Wegħdi oħra ntesew, bħal wegħda tal-iskola ġdida f’San Pawl il-Baħar li kellha tkun lesta sentejn ilu, bħat-trakka tal-motorsport, bħal wegħda ftit tax-xhur ilu li ssir sistema ta’ trasport tal-massa (bħal metro jew light-railway), biex tindirizza ż-żieda fit-traffiku kawżata wkoll miż-żieda fl-immigrazzjoni u l-popolazzjoni.

F’Għawdex qed nerġgħu nisimgħu l-wegħda ta’ sptar ġdid, għat-tielet sena konsekuttiva. Forsi did-darba ma nibqgħux biss b’ħofra wara li ħallasna €50 miljun. Għal ħames darba qed tissemma’ Qorti ġdida f’Għawdex. S’issa għadu ma nbeda xejn. Għas-sitt budget in fila, iva għas-sitt darba, qed nerġgħu nisimgħu bl-embellishment ta’ Marsalforn u x-Xlendi. Meta ser jibdew?

U tħallew barra għal kollox l-Università u l-MCAST. Għax forsi l-edukazzjoni ta’ wliedna mhix priorità. Bħalma tħalliet barra soluzzjoni għas-serq li qed isir mill-kontijiet tad-dawl u l-ilma. Serq li f’ċertu każijiet li rajna jitla’ għal eluf ta’ ewro. Jimpurtah minn dan il-Gvern? Jew l-aqwa li l-flus deħlin biex imbagħad joqgħod jieħu pjaċir jaqla’ ċ-ċapċip għax jibgħat ftit ċekkijiet ‘l hemm u ‘l hawn?

Ftit li xejn smajna wkoll dwar kif ser jiġu indirizzati l-problemi tal-għoli tal-ħajja. Il-ħobż, il-ħalib, il-ġobon, toiletries, soft-drinks, petrol, frott, ħaxix, ħut, il-gass, id-dawl u l-ilma għolew. Żieda ta’ €2.33 fil-ġimgħa taħsbu li hi biżżejjed biex tagħmel tajjeb għal dawn il-prodotti essenzjali għal kulħadd. B’mod partikolari għal dawk l-aktar vulnerabbli?

L-isbaħ pero’ hija l-ipokrezija li biha l-Ministru tal-Finanzi jgħidilna li se jdaħħal miżuri biex jiġġieled il-ħasil tal-flus, meta warajh hemm Ministru, u c-Chief of Staff tal-Prim Ministru tiegħu, li nqabdu fil-fatt jaħslu l-flus tat-tixħim u l-korruzzjoni, u hu iddefendiehom. Imma kif trid tkun kredibbli, u tikkonvinċi lil dak ix-xufier tat-taxi li l-Gvern ta’ pajjiżna mhuwiex korrott, meta għadu jiddefendi lil dawk li nqabdu.

Il-Ministru tal-Finanzi għandu bżonn jagħti ħarsa madwaru u jieħu azzjoni bis-serjetà jekk iridna nemmnuh li għandu għal qalbu r-reputazzjoni ta’ pajjiżna.




Dan l-artiklu ġie ppublikat fil-ġurnal In-Nazzjon tal-Erbgħa 24 t' Ottubru 2018

Comments

Popular posts from this blog

Who's the real monster?

I usually hate comparisons, but some very different reactions from the 'great unthinking' rabble do merit some analysis. In May this year, the notorious dog Star was found buried alive . A prima facie , this looked liked the most horrific case of animal cruelty, and is still considered so by some. The perpetrator was described by the sensitive and caring animal-lovers as a villain, a heartless monster, deserving of death, stoning, or even to be 'buried alive in the same manner'. But what did Mr. Vella actually do, according to the testimony heard in Court? Star was sick. It was shedding fur, and quite old already, and its owner did not afford the treatment. In trying to save some money from paying for the dog to be put to sleep and killed properly by vets, she gave it to Mr. Vella to have it killed himself. Nothing much to make people angry till now. Mercy-killing of very sick and suffering animals is widely done and usually acceptable. You may

Shema Yisrael, the cries of the Palestinian people

You live a peaceful life in a modest home. You've never bothered anyone and you've never caused trouble. Out of the blues, a group of people claim that they should live in your house. Why? Because they have been persecuted in a war, and they claim that some 5,000 years ago, their God had told them your home was their promised land. Somehow, the whole community agrees with their wishes, and asks you to grant them your spare-bedroom. You oblige. After a few months, they take the whole top-floor. In a few year's time, they take over your kitchen. After a few more years, they own your house and keep you and your family locked in the bathroom. They don't even allow you to get out, while they strip-search you the few times they do. Even if it's a medical emergency. Sometimes not even medical personnel and ambulances are allowed to see to your needs while your children die in your hands. Desperation starts hitting you. Life seems to offer no hopes. In moments

Why I am dropping out of the Anti-ACTA protest

Like many avid internet users, I have followed with interest the debate about ACTA (Anti-Counterfeiting Trade Agreement). After reading numerous articles, watched sensational videos, and discussed ad nauseam with friends, I have realized that what I have come across is a campaign hi-jacked by lies, myths and misconceptions as to rival Malta's misinformed divorce referendum campaign. I have to say that the videos on Youtube   got me worried. I quickly signed the petition, joined the Anti-ACTA groups, and prepared myself for a full-blown fight against the big-governments who want to intrude on our privacy and freedom of expression. Like our MEP Edward Scicluna invited us to do in the University debate last Wednesday, I did not try to understand the details of ACTA but rather saw who the players behind it were. But as usual, my logical instincts took over, and his call to not try to understand ACTA actually pushed me to read the text. And here's what I now know: ACTA is