Skip to main content

Tort tal-ġenituri, tort tal-operaturi, tort ta' kulħadd minbarra tiegħu


Tort tal-ġenituri!


Il-wegħda tat-trasport b’xejn għat-tfal tal-iskejjel tal-Knisja u dawk indipendenti ilha li saret mill-budget ta’ sena ilu. Tliet snin wara li kienet proposta fil-Parlament mill-Partit Nazzjonalista. Li jfisser li l-Gvern kellu żmien kemm irid biex jippjana kemm nies ħa jiġu bżonnha, kemm il-vettura ħa jkun jeħtieġ biex ikopri r-rotot kollha, u kemm il-operatur ħa jkollu jinvolvi.

Iżda ftit ġranet qabel ma bdiet is-sena skolastika l-ġenituri ma kellhom l-ebda idea ta’ din kif ħa taħdem. U tant il-Gvern kien qata’ qalbu li jsolvi s-sitwazzjoni li l-Ministru Bartolo qal lill-ġenituri biex jaħsbu għat-trasport huma mbagħad jieħdu refund.

Sadattant, il-Prim Ministru l-Ħadd li għadda spiċċa jwaħħal fil-ġenituri li ħallew għall-aħħar. Tajjeb. Mela l-Gvern jgħidilhom li ħa jipprovdilhom it-trasport, iħalliehom fil-għama dwar kif ħa titħaddem is-sistema, iħalli kollox għall-aħħar, ma jagħtix ċans lill-operaturi biex jekk hemm bżonn jinvestu f’aktar vetturi, imbagħad iwaħħal fil-ġenituri. Għax qisu l-ippjanar tagħha mhux responsabbilità tiegħu kienet! Jekk ma kinetx, mela ma nafx għala qiegħed hemm. Miskin tort ta’ kulħadd imma qatt mhu tort tiegħu.




Iż-żgħażagħ iridu jkunu l-mutur tagħna

Meta l-Partit Nazzjonalista kien fl-aqwa tiegħu, il-preżenza taż-żgħażagħ kienet qawwija. Kienet tinħass fl-istrutturi u fl-attivitajiet kollha. Kienet tinħass fil-Grupp Parlamentari nnifsu.

Sfortunatamet maż-żmien il-Partit waqaf jinvesti fiż-żgħażagħ biex ikunu politiċi ta’ għada. Biex ikunu preparati u infurmati fuq il-politika. Din is-sitwazzjoni rajna mill-ewwel li hemm bżonn tiddawwar illum qabel għada.

U huwa għalhekk li l-Partit Nazzjonalista issa qed iniegħed il-programm ta’ formazzjoni Future Leaders. Dan il-programm ta’ taħriġ u żvilupp għal żgħażagħ ta’ bejn l-14 u l-24 sena ser ikun qed jiġi kordinat mill-AŻAD, u ser jinvolvi esperti fil-qasam u politiċi b’esperjenza.

L-iskop ta’ dan il-programm huwa li fil-Partit Nazzjonalista terġa’ titla’ ġenerazzjoni ta’ żgħażagħ li jafu l-politika, li preparati għal ħajja politika ta’ żminijietna, kif jinteraġixxu mal-midja, mal-pjattaformi soċjali, mal-ġurnalisti, kif janalizzaw il-problemi politiċi ta’ żminijietna u jikkomunikaw ħsibijiethom man-nies, xi jfisser li tkun Partit demokristjan, x’inhuma l-valuri li jmexxuna u li sawruna, x’inhu l-kuntest soċjo-politiku u demografiku li qed naħdmu fih, u kif taħdem l-Unjoni Ewropea, li issa ilna membri tagħha 14-il sena.

Dan il-kors jikkumplimenta l-ħolqien tal-fergħa l-ġdida Start fil-Partit, għal żgħażagħ ta’ bejn l-14 u 18-il sena, u l-ftuħ tal-Eżekuttiv tal-Partit għal tal-inqas 14-il membru żagħżugħ. Ċert li dawn ir-riformi ħa jkunu qed jiżirgħu ż-żerriegħa għal futur sabiħ għal Partit Nazzjonalista.


Dan l-artiklu deher fil-ħarġa tan-Nazzjon tal-Erbgħa 26 ta' Settembru 2018


Comments

Popular posts from this blog

Why I am dropping out of the Anti-ACTA protest

Like many avid internet users, I have followed with interest the debate about ACTA (Anti-Counterfeiting Trade Agreement). After reading numerous articles, watched sensational videos, and discussed ad nauseam with friends, I have realized that what I have come across is a campaign hi-jacked by lies, myths and misconceptions as to rival Malta's misinformed divorce referendum campaign. I have to say that the videos on Youtube   got me worried. I quickly signed the petition, joined the Anti-ACTA groups, and prepared myself for a full-blown fight against the big-governments who want to intrude on our privacy and freedom of expression. Like our MEP Edward Scicluna invited us to do in the University debate last Wednesday, I did not try to understand the details of ACTA but rather saw who the players behind it were. But as usual, my logical instincts took over, and his call to not try to understand ACTA actually pushed me to read the text. And here's what I now know: ACTA is ...

Who's the real monster?

I usually hate comparisons, but some very different reactions from the 'great unthinking' rabble do merit some analysis. In May this year, the notorious dog Star was found buried alive . A prima facie , this looked liked the most horrific case of animal cruelty, and is still considered so by some. The perpetrator was described by the sensitive and caring animal-lovers as a villain, a heartless monster, deserving of death, stoning, or even to be 'buried alive in the same manner'. But what did Mr. Vella actually do, according to the testimony heard in Court? Star was sick. It was shedding fur, and quite old already, and its owner did not afford the treatment. In trying to save some money from paying for the dog to be put to sleep and killed properly by vets, she gave it to Mr. Vella to have it killed himself. Nothing much to make people angry till now. Mercy-killing of very sick and suffering animals is widely done and usually a...

The Church and its riches

The above pictures has lately been doing rounds on facebook. Posted comments refer to injustice, hypocrisy, and of the Church not practising what it preaches. It seems it has become a common trend to blame the Church for everything under the sun. Hitting at the Church is the new way of looking cool. But before joining the bandwagon of shares, likes and comments, let me try to analyze the points this photo is trying to make. The first one: the Church is immensely rich. Well, it could be, but what do most of these riches constitute? Most of the Church's "riches" are fixed immovable assets, of which most are important human heritage. They can practically never be sold. Let's just say that the Pope sells all his adornments (provided anyone wants to buy them), maybe even Michelangelo's Pieta, and once we're at it , yes, maybe he should also sell the Sistine Chapel and have it converted to apartments. Then what? Apart from making UNESCO and the rest of human...