Skip to main content

€5,000 kuljum




Figura li għandkom tibqgħu tiftakru. Għax huwa daqshekk li l-Ministru Konrad Mizzi u c-Chief-of-Staff tal-Prim Ministru Keith Schembri kienu qed jippjanaw li jisirqu minn fuq dahar il-poplu Malti permezz tal-proġett tal-powerstation tal-gass, il-monument tal-korruzzjoni li hemm ankrat f’Marsaxlokk.



Wieħed jifhem issa għalfejn dik il-ħerqa kollha biex tinbena powerstation li skont ħafna esperti stajna ngħaddu mingħajrha. Wieħed jifhem issa kif sar il-ftehim tax-xiri tal-fuels li minnu tlifna €14-il miljun, u li qed iwassal biex qed inħallsu l-prezz tal-petrol u diesel li konna nħallsu meta l-prezz taż-żejt kien terz ta’ li hu llum. Wieħed jifhem issa għalfejn il-kuntratt tax-xiri tal-gass ta’ din il-powerstation qed jorbotna bi prezz li hu d-doppju tal-prezz tas-suq tal-lum, xi ħaġa li ħadd minn dawk li analizza l-kuntratt ma seta’ jifhem. Wieħed jifhem issa għalfejn dan il-Gvern mal-ewwel wera li jippreferi jixtri d-dawl mingħand il-powerstation ­il-ġdida, minflok bi prezz ferm irħas minn fuq l-interconnector.

Għax mix-xiri mill-interconnector, ħadd ma kien ħa jimla butu. Ara mix-xiri mill-powerstation il-ġdida, ir-rata tidher li hi tajba ħafna għal Konrad Mizzi u Keith Schembri. Mhux għal pajjiż, dak ma jixtrix id-dawl b’rata tajba. Dak ħa jixtrieh bil-għoli. Imma mhux problema, imbagħad inġibhom bi ftit serq mill-kontijiet u mill-prezz tal-fuels. Imma għal kont tagħhom tal-kumpaniji tal-Panama r-rata kienet tajba ħafna. Preċiżament €5,000 kuljum. Kuljum. Hawn min jaqlagħhom f’xahrejn jekk ikollu impjieg tajjeb, hawn min jaqlagħhom f’sitt xhur jekk hu fuq il-paga minima. Imma huma rieduhom kuljum. Ma tmurx imutu bil-ġuħ. Ma tmurx la tiġi fuqna xi kriżi ekonomika u tinfaqgħalna l-bużżieqa, ibatu magħna. Il-kriżijiet inħallu l-pensjonanti, in-nies fuq paga baxxa u n-nies bla saqaf fuq rashom biex ibatuhom.

Il-Prim Ministru għamel ġimgħat itawwal u jilgħab għal ħin, jistenna inkjesta li hu kien qed jiġġieled biex ma tibdiex. Issa, wara li ġie magħfus minn Adrian Delia fil-Parlament, il-Ministru Owen Bonnici qal li sar jaf li l-Pulizija talbu inkjesta u li bdiet proprju issa.



Ejja ma noqogħdux induru mal-lewża. Il-fatti issa huma ċari quddiem kulħadd. Konrad Mizzi u Keith Schembri kienu qed jippjanaw li jdaħħlu €5,000 kuljum mingħand wieħed mill-partners tal-Electrogas. Dan hu fatt. U sakemm ma joħorġux b’xi teorija fantaxjentifika, m’hemm l-ebda mod legali kif Ministru jaqla’ €5,000 kuljum jekk mhux bil-korruzzjoni. F’dan l-istadju mhux inkjesti rridu, imma li l-Pulizija jipproċedu krimalment. Anke għax ħafna mill-provi diġa’ kienu nġabru mill-FIAU aktar minn sena ilu u ġew mgħoddija lill-Pulizija.

Il-ħasra hi li n-nuqqas ta’ azzjoni mill-awtoritajiet qed tkompli tagħmel isem ħażin lir-reputazzjoni ta’ pajjiżna. Sa dil-ġimgħa stess naqra rapport ta’ konferenza internazzjonali li saret Londra l-ġimgħa l-oħra, u li fiha l-ispeċjalista finanzjarju David Marchant ta parir lill-investituri biex ma jersqux lejn Malta. “Steer clear of Malta” kienu l-kliem preċiż li uża.

U dan ħa jkollu riperkussjonijiet kbar, mhux biss fuqna imma aktar fuq uliedna. Għamilna snin nibnu reputazzjoni b’saħħitha biex nattiraw l-investiment u niċeċ ġodda tal-ekonomija, u ser inkunu qed narmu kollox mar-riħ għax tnejn min-nies riedu jimlew buthom u jiffangaw malajr, u għax sabu Prim Ministru li kien lest jgħattilhom. Prim Ministru li hu kompliċi magħhom. Prim Ministru li ma baqagħlu l-ebda kredenzjali biex jiġġieled il-korruzzjoni u biex isewwi l-ħsara li għamel lil pajjiżna.



Irridu nibqgħu determinati li neżiġu ġustizzja u biex min għamel din il-ħsara lil pajjiżna jħallas il-konsegwenzi ta għemilu.


Dan l-artiklu deher f' In-Nazzjoni tal-Erbgħa 21 ta' Novembru 2018

Comments

Popular posts from this blog

Why I am dropping out of the Anti-ACTA protest

Like many avid internet users, I have followed with interest the debate about ACTA (Anti-Counterfeiting Trade Agreement). After reading numerous articles, watched sensational videos, and discussed ad nauseam with friends, I have realized that what I have come across is a campaign hi-jacked by lies, myths and misconceptions as to rival Malta's misinformed divorce referendum campaign. I have to say that the videos on Youtube   got me worried. I quickly signed the petition, joined the Anti-ACTA groups, and prepared myself for a full-blown fight against the big-governments who want to intrude on our privacy and freedom of expression. Like our MEP Edward Scicluna invited us to do in the University debate last Wednesday, I did not try to understand the details of ACTA but rather saw who the players behind it were. But as usual, my logical instincts took over, and his call to not try to understand ACTA actually pushed me to read the text. And here's what I now know: ACTA is ...

Elezzjoni għal Viċi Kap

Nemmen li l-Partit Nazzjonalista jeħtieġ Viċi-Kap li jkompli jsaħħaħ il-proċess ta' tiġdid li għaddej minnu l-Partit stess, biex ikun jista' jkompli jwettaq il-bidliet pożittivi f'pajjiżna. Għalhekk kien ta' pjaċir għalija li nhar is-Sibt li għadda kont wieħed minn tal-ewwel li iffirmajt in-nomina ta' Dr. Simon Busuttil għal din il-kariga tant importanti. Nawguralu minn qalbi.

Who's the real monster?

I usually hate comparisons, but some very different reactions from the 'great unthinking' rabble do merit some analysis. In May this year, the notorious dog Star was found buried alive . A prima facie , this looked liked the most horrific case of animal cruelty, and is still considered so by some. The perpetrator was described by the sensitive and caring animal-lovers as a villain, a heartless monster, deserving of death, stoning, or even to be 'buried alive in the same manner'. But what did Mr. Vella actually do, according to the testimony heard in Court? Star was sick. It was shedding fur, and quite old already, and its owner did not afford the treatment. In trying to save some money from paying for the dog to be put to sleep and killed properly by vets, she gave it to Mr. Vella to have it killed himself. Nothing much to make people angry till now. Mercy-killing of very sick and suffering animals is widely done and usually a...