Skip to main content

Il-Milied it-tajjeb!




Dawn iż-żminijiet ta’ festi huma żmien fejn nippruvaw nieqfu minn ħafna battibekki u mill-ħafna ġenn ta’ matul is-sena, u nippruvaw inqattgħu iktar ħin mal-familji tagħna u ma’ dawk l-aktar qrib tagħna. U hekk inhu xieraq, għax fl-aħħar mill-aħħar, dak li jibqa’ mill-ħajja la huma l-flus, la l-fama, lanqas il-poter. Jibqa’ biss ir-relazzjonijiet li nkunu bnejna ma’ dawk ta’ madwarna tul ħajjitna.

Iżda f’dan iż-żmien huwa wkoll żmien ta’ solidarjetà. Żmien fejn niftakru aktar f’nies li għandhom bżonn l-għajnuna. U allura jkun hawn diversi kampanji ta’ karità u ta’ solidarjetà. Kollha huma tajbin u importanti ħafna li lkoll nagħtu sehemna biex ngħinu kemm nistgħu, għax fl-aħħar mill-aħħar mingħajr riżorsi materjali u finanzjarji ħafna minn dawn l-atti u dawn l-istituzzjonijiet ta’ għajnuna ma jkunux jistgħu jiġu operati.

Pero’ nemmen li lkoll kemm aħna għandna mmorru oltre’ milli sempliċiment nagħtu donazzjoni. Ħafna drabi faċli illi billi sempliċiment nagħtu donazzjoni nsikktu l-kuxjenza tagħna, biex inħossuna tajjeb u nserrħu moħħna li għamilna xi ħaġa ta’ ġid. Li tagħti donazzjoni huwa tajjeb, iżda huwa biss l-ewwel pass. Jekk irridu ngħixu tassew f’soċjetà li jimpurtaha, f’soċjetà li ma tinsa lil ħadd, irridu mmorru oltre’ minn hekk.

F’dawn iż-żminijiet ikun hawn ħafna nies waħedhom. Ħafna nies f’solitudni. Ħafna nies li jħossuhom minsija, li m’hawn ħadd min jagħti kashom. Kemm inkunu iżjed qed ngħixu l-ispirtu tal-Milied jekk f’dan iż-żmien forsi nippruvaw nawguraw lil xi ħadd li nafu li jinsab waħdu. Jekk infittxu li nagħtu ftit siegħat ta’ volontarjat f’xi istitut jew xi dar li nafu li qed isir xi xogħol. Jekk anke jkollna kuraġġ li nżuru priġunier wieħed illi ma tafux, ma jiġix minnhekk, imma m’għandu lil ħadd jaħseb fih.

Għax m’hemm l-ebda donazzjoni li hi aktar prezzjuża mill-ħin. L-ebda donazzjoni mhi aktar prezzjuża mill-kuntatt uman.

Għalhekk nappella biex f’dawn iż-żminijiet, ninsew ftit l-inidividwaliżmu, il-konsumiżmu, l-egoiżmu li jiġri magħna matul il-kumplament tas-sena, u nippruvaw ftit nagħtu kas ħaddieħor. Nippruvaw li almenu għal ftit żmien, jimpurtana minn min is-soltu niġu naqgħu u nqumu minnu.

Naħseb li hekk huwa l-isbaħ mod kif wieħed jista’ tassew jgħix l-ispirtu tal-Milied, u l-isbaħ mod kif wieħed jibda sena ġdida.

Minn qalbi nawgura lilkom ilkoll Milied hieni mimli barka u sliem.









Dan l-artiklu deher fir-rubrika 'Cyberspace' fil-ġurnal il-Mument ta' nhar il-Ħadd 23 ta' Diċembru 2018

Comments

Popular posts from this blog

Who's the real monster?

I usually hate comparisons, but some very different reactions from the 'great unthinking' rabble do merit some analysis. In May this year, the notorious dog Star was found buried alive . A prima facie , this looked liked the most horrific case of animal cruelty, and is still considered so by some. The perpetrator was described by the sensitive and caring animal-lovers as a villain, a heartless monster, deserving of death, stoning, or even to be 'buried alive in the same manner'. But what did Mr. Vella actually do, according to the testimony heard in Court? Star was sick. It was shedding fur, and quite old already, and its owner did not afford the treatment. In trying to save some money from paying for the dog to be put to sleep and killed properly by vets, she gave it to Mr. Vella to have it killed himself. Nothing much to make people angry till now. Mercy-killing of very sick and suffering animals is widely done and usually acceptable. You may

Shema Yisrael, the cries of the Palestinian people

You live a peaceful life in a modest home. You've never bothered anyone and you've never caused trouble. Out of the blues, a group of people claim that they should live in your house. Why? Because they have been persecuted in a war, and they claim that some 5,000 years ago, their God had told them your home was their promised land. Somehow, the whole community agrees with their wishes, and asks you to grant them your spare-bedroom. You oblige. After a few months, they take the whole top-floor. In a few year's time, they take over your kitchen. After a few more years, they own your house and keep you and your family locked in the bathroom. They don't even allow you to get out, while they strip-search you the few times they do. Even if it's a medical emergency. Sometimes not even medical personnel and ambulances are allowed to see to your needs while your children die in your hands. Desperation starts hitting you. Life seems to offer no hopes. In moments

Why I am dropping out of the Anti-ACTA protest

Like many avid internet users, I have followed with interest the debate about ACTA (Anti-Counterfeiting Trade Agreement). After reading numerous articles, watched sensational videos, and discussed ad nauseam with friends, I have realized that what I have come across is a campaign hi-jacked by lies, myths and misconceptions as to rival Malta's misinformed divorce referendum campaign. I have to say that the videos on Youtube   got me worried. I quickly signed the petition, joined the Anti-ACTA groups, and prepared myself for a full-blown fight against the big-governments who want to intrude on our privacy and freedom of expression. Like our MEP Edward Scicluna invited us to do in the University debate last Wednesday, I did not try to understand the details of ACTA but rather saw who the players behind it were. But as usual, my logical instincts took over, and his call to not try to understand ACTA actually pushed me to read the text. And here's what I now know: ACTA is