Skip to main content

Ir-Rapport tal-Kummissjoni Venezja


Din il-ġimgħa ġie pubblikat ir-rapport dwar is-saltna tad-dritt u d-demokrazija f’Malta tal-Kummissjoni Ewropea għad-Demokrazija Permezz tal-Liġi, magħrufa aħjar bħala l-Kummissjoni Venezja. It-talba għal dan ir-rapport saret minn Ms Ævarsdottir, Chairperson tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u d-Drittijiet tal-Bniedem tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa (PACE). It-talba mill-PACE saret fil-kuntest tal-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, tal-kultura ta’ impunità li waslet għal dan.

Ovvjament minn hawn diġa’ jibda l-ispin tal-Gvern, li meta kien ra hekk, għamel talba hu innifsu tlitt ijiem wara għal rapport simili biex issa joħroġ jgħid li dan ir-rapport talbu hu stess. Imma ħa nħallu ftit dan fil-ġenb u niffukaw fuq dak li kkonkludiet il-Kummissjoni.

Fuq il-ħatriet tal-Imħallfin u l-Maġistrati, il-Kummissjoni qalet li l-vakanzi għandhom ikunu pubblikati u l-kandidati japplikaw huma quddiem il-Kumitat li jaħtar il-Ġudikanti. Dan il-Kumitat għandu jkollu mqar nofsu elett mill-Ġudikanti nfushom, u jkun hu li jaħtar bil-mertu u bi kriterji trasparenti. Id-deċiżjoni tiegħu għandu tkun waħda li torbot lill-President biex issir dik il-ħatra, u l-istess proċedura għandha tintuża’ għall-ħatra ta’ Prim Imħallef.

Fuq l-Avukat Ġenerali, il-Kummissjoni qalet li għandu jinfired minnu r-rwol ta’ prosekutur pubbliku, u mhux ikun hu li jservi kemm ta’ prosekutur u kemm ta’ Avukat tar-Repubblika.

Il-Kummissjoni kkonkludiet ukoll li l-Prim Ministru għandu wisq poteri, biex jaħtar nies li suppost iservu ta’ check and balance fuq il-ħidma tal-Gvern u anke rat li jinħatru wisq positions of trust. Skont il-Kummissjoni dawn għandhom ikunu limitati. L-istess ħaġa dwar is-Segretarji Permanenti, li l-Gvern biddel malli ġie elett. Dawn għandhom ikunu tassew permanenti u ma jinbidlux mal-Gvernijiet.

Il-Kummissjoni titkellem ukoll dwar ir-rwol tad-Deputati Parlamentari. Tgħid li dawn ma jistgħux iservu ta’ skrutinju tal-Gvern jekk ikunu maħtura mill-Gvern innifsu fi rwoli u bordijiet oħra. Tgħid li s-salarju tagħhom għandu jkun reviż biex ikunu jistgħu jikkonċentraw fuq il-ħidma Parlamentari tagħhom.

Issa Joseph Muscat diġa’ beda bl-ispin tas-soltu li dawn il-problemi huma problemi li wiret minn Gvernijiet passati. Ħa nispjega għalfejn din hi gidba:

  1. Tul l-istorja, l-ebda Gvern ma neħħa s-Segretarji Permanenti. Kull Gvern fehem li r-rwol tas-Segretarju Permanenti huwa kif jgħid ismu, biex jibqa’ permanenti u jservi ta’ kontinwità bejn Gvern u ieħor.
  2. L-ebda Gvern ma ħatar daqshekk Maġistrati u Ġudikanti mingħajr esperjenza u biss għax servew lill-Partit fil-Gvern jew għax kienu kandidati miegħu. Inħatru waħdiet b’mertu, iżda magħhom ħafna li żgur ma kellhomx.
  3. L-ebda Gvern qabel dan ma uża u kkontralla l-Avukat Ġenerali fil-qadi ta’ dmirijietu kif għamel dan il-Gvern. Għalhekk qatt ma qabel ma ddaħħal f’kontroversji dan ir-rwol.
  4. L-ebda Gvern ma ħatar daqshekk positions of trust daqs dan il-Gvern. Anzi, Gvern Nazzjonalita kien diġa’ daħħal limiti fuq kemm jistgħu jinħatru positions of trust, inkluż fis-Segretarjati tal-Ministri nfushom! Sal-2013, dawn kienu limitati għal tlieta biss f’kull Ministeru jew Segretarjat Parlamentari. Illum hemm għexieren.
  5. L-ebda Gvern ma kien jaħtar lid-Deputati Parlamentari nfushom fil-Bordijiet u Awtoritajiet tal-Gvern. Anzi, Gvern Nazzjonalista kien diġa’ llimita dan b’liġi. Kien dan il-Gvern li malli tela’ neħħa din il-liġi, li kienet timxi mar-rakkommandazzjonijiet tal-Kummissjoni, biex ikun jista’ jaħtar lid-Deputati tiegħu stess f’Awtoritajiet li suppost jikkontrollawh.
  6. Kien Gvern Nazzjonalista li kien diġa’ beda jressaq lill-pajjiżna lejn demokrazija aktar b’saħħitha b’dawn il-liġijiet li semmejt, u anke billi żied l-onorarja tal-Membri Parlamentari kif qed tissuġġerixxi din il-Kummissjoni. Nafu iżda li kien il-Partit Laburista li attakka dan għal skopijiet partiġġjani, u reġġa’ lura ħafna minn dawn il-liġijiet.

Altru milli wiret dawn il-problemi, kien Joseph Muscat innifsu li ħoloq ħafna minnhom biex ikun jista’ jixtri lil min irid u joħloq l-oligarkija preżenti. Kien hu li reġġa’ l-arloġġ lura fuq il-mixja lejn demokrazija aktar b’saħħitha li pajjiżna kien qabad. U kien hu li abbuża minn kull nuqqas fil-liġijiet u l-Kostituzzjoni tagħna li wassal biex għajnejn id-dinja dahru fuq is-saltna tad-dritt f’Malta.




Dan l-artiklu deher fil-ħarġa tan-Nazzjon ta' nhar l-Erbgħa 19 ta' Diċembru 2018

Comments

Popular posts from this blog

Who's the real monster?

I usually hate comparisons, but some very different reactions from the 'great unthinking' rabble do merit some analysis. In May this year, the notorious dog Star was found buried alive . A prima facie , this looked liked the most horrific case of animal cruelty, and is still considered so by some. The perpetrator was described by the sensitive and caring animal-lovers as a villain, a heartless monster, deserving of death, stoning, or even to be 'buried alive in the same manner'. But what did Mr. Vella actually do, according to the testimony heard in Court? Star was sick. It was shedding fur, and quite old already, and its owner did not afford the treatment. In trying to save some money from paying for the dog to be put to sleep and killed properly by vets, she gave it to Mr. Vella to have it killed himself. Nothing much to make people angry till now. Mercy-killing of very sick and suffering animals is widely done and usually acceptable. You may

Shema Yisrael, the cries of the Palestinian people

You live a peaceful life in a modest home. You've never bothered anyone and you've never caused trouble. Out of the blues, a group of people claim that they should live in your house. Why? Because they have been persecuted in a war, and they claim that some 5,000 years ago, their God had told them your home was their promised land. Somehow, the whole community agrees with their wishes, and asks you to grant them your spare-bedroom. You oblige. After a few months, they take the whole top-floor. In a few year's time, they take over your kitchen. After a few more years, they own your house and keep you and your family locked in the bathroom. They don't even allow you to get out, while they strip-search you the few times they do. Even if it's a medical emergency. Sometimes not even medical personnel and ambulances are allowed to see to your needs while your children die in your hands. Desperation starts hitting you. Life seems to offer no hopes. In moments

Why I am dropping out of the Anti-ACTA protest

Like many avid internet users, I have followed with interest the debate about ACTA (Anti-Counterfeiting Trade Agreement). After reading numerous articles, watched sensational videos, and discussed ad nauseam with friends, I have realized that what I have come across is a campaign hi-jacked by lies, myths and misconceptions as to rival Malta's misinformed divorce referendum campaign. I have to say that the videos on Youtube   got me worried. I quickly signed the petition, joined the Anti-ACTA groups, and prepared myself for a full-blown fight against the big-governments who want to intrude on our privacy and freedom of expression. Like our MEP Edward Scicluna invited us to do in the University debate last Wednesday, I did not try to understand the details of ACTA but rather saw who the players behind it were. But as usual, my logical instincts took over, and his call to not try to understand ACTA actually pushed me to read the text. And here's what I now know: ACTA is