Skip to main content

Dritt jew karità?



Bħal kull sena, l-għada tal-Milied issir l-Istrina. Appuntament annwali fejn il-poplu Malti jinsa d-differenzi, u jiġi flimkien biex jagħti minn dak li jista’ biex jgħin lil min hu fil-bżonn. Ħaġa tajba u sabiħa. 

Spiss nibża’ pero’ li dan l-appuntament minflok ma qed jgħin biex nies fil-bżonn jingħataw dak li hu tagħhom bi dritt, qiegħed jistituzzjonalizza l-karità. X’jiġifieri?

Matul il-maratona li saret ħadt pjaċir nisma’ għal ħafna drabi lill-preżentatur Peppi Azzopardi jħeġġeġ lin-nies biex jagħtu u biex jikkontribwixxu, għax dawn in-nies għandhom bżonn din l-għajnuna bi dritt u mhux b’karità. U veru. Hemmhekk naqbel miegħu. Iżda allura, jekk din l-għajnuna għandhom jeħduha bi dritt, hija problema kbira li biex jeħduha rridu nagħmlu dan l-isforz kollu kull sena, u ndaħħlu jdejna fil-but, biex intuwhielhom. Għax din turi li allura din l-għajnuna għadha qed issir b’karità u mhux bi dritt. Kieku tassew din l-għajnuna qed jeħduha bi dritt, kieku jeħduha direttament mill-Gvern mingħajr ma jkollhom għalfejn jiġu jagħmlu wiċċhom fuq it-televiżjoni biex jippruvaw iqanqlu l-kuxjenza tal-poplu Malti biex jagħti dik ix-xi ħaġa oħra.

Issa jien l-ewwel wieħed li ndaħħal idi fil-but u nagħti, u mmur anke għal ftit ħin nagħti sehemi waqt l-attività. Iżda l-attività mihiex simbolu tas-solidarjetà tal-poplu. Hija s-simbolu tal-falliment tagħna bħalha Stat milli nagħtu din l-għajnuna bi dritt. Jekk bniedem għaddej minn mard li għalih għandu bżonn jittieħed għal kura barra mill-pajjiż, l-ispejjeż ta’ dan għalfejn m’għandux jagħtihomlu l-Istat? Ilbieraħ inġabru €7 miljuni li bihom ser issir differenza lil tant familji. Iżda x’inhuma €7 miljuni fil-budget annwali tagħna bħala pajjiż? Xejn. Farka. Il-pajjiż għandu budget ta’ aktar minn €4 biljuni. Jiġifieri ta’ €4,000 miljun. X’tiswa’ li sebgħa biss minnhom jintużaw għal dan il-għan u nevitaw li dawn in-nies ikollhom iservu ta’ tallaba? Hekk jew hekk, it-63 passaport li nxtraw bejn żewġ familji mill-Arabja Sawdita waħedhom itellgħu diġa’ €3 miljuni minnhom. Billi €4 miljuni flok marru għand il-Cafe’ Premier, jew mijiet ta’ miljuni flok marru fil-prezz baxx tal-art li ngħatat lid-DB u li ħa tingħata lil Corinthia, marru direttament għal dawn in-nies, ma kienx ikun ħafna aħjar?

Imma le. Nippreferu nħallu lil dawn in-nies jittallbu għall-għajnuna ħalli mbagħad ikun hemm min jidher sabiħ li l-għajnuna qed itihielhom b’karità flok bi dritt. U ħalli mbagħad min ikun tant seraqhom f’ħadmiet oxxeni mal-Gvern u mal-Istat, jiġi jagħmilha tal-pampalun quddiem kulħadd jagħti ċ-ċekkijiet kbar, biex jaħsel dak li seraq, isikket il-kuxjenzi, u jixtri s-simpatiji.

U għalhekk kien żball li xi ħaġa bħalma hi l-Community Chest Fund, li qiegħda hemm biex tagħmel tajjeb għan-nuqqasijiet tal-Gvern u tal-Istat, ittieħdet direttament taħt il-President u allura taħt ir-rappreżentant/a tal-Istat innifsu! Nittama li l-President li jmiss ma jagħmilx l-istess żball taż-żewġ Presidenti ta’ qablu u jibqa’ fil-libertà li jitkellem favur id-dritt ta’ din l-għajnuna, minflok ma jelevaha bħala karità. Ikun President li jaħdem biex ma jkunx hemm bżonn iżjed ta’ Community Chest Fund, tal-Istrina, u tal-isfruttament tan-nies fil-bżonn, altru milli jagħmilhom il-funzjoni primarja tiegħu. Għax tassew l-għajnuna lejhom tkun qed tingħata bi dritt u mhux b’karità.

Jien minn qalbi nawgura s-sena t-tajba lil kulħadd. Żgur li ser tkun sena ta’ ħafna sfidi, ta’ mumenti sbieħ u ta’ mumenti koroh, li iżda flimkien nistgħu niċċelebraw u nistgħu negħlbu, jekk tassew ninsew l-individwaliżmu u naħdmu għal soċjetà li jimpurtaha minn kull wieħed u waħda minna.


Dan l-artiklu deher fil-ġurnal Il-Mument ta' nhar il-Ħadd 30 ta' Diċembru 2018

Comments

Popular posts from this blog

Why I am dropping out of the Anti-ACTA protest

Like many avid internet users, I have followed with interest the debate about ACTA (Anti-Counterfeiting Trade Agreement). After reading numerous articles, watched sensational videos, and discussed ad nauseam with friends, I have realized that what I have come across is a campaign hi-jacked by lies, myths and misconceptions as to rival Malta's misinformed divorce referendum campaign. I have to say that the videos on Youtube   got me worried. I quickly signed the petition, joined the Anti-ACTA groups, and prepared myself for a full-blown fight against the big-governments who want to intrude on our privacy and freedom of expression. Like our MEP Edward Scicluna invited us to do in the University debate last Wednesday, I did not try to understand the details of ACTA but rather saw who the players behind it were. But as usual, my logical instincts took over, and his call to not try to understand ACTA actually pushed me to read the text. And here's what I now know: ACTA is ...

Who's the real monster?

I usually hate comparisons, but some very different reactions from the 'great unthinking' rabble do merit some analysis. In May this year, the notorious dog Star was found buried alive . A prima facie , this looked liked the most horrific case of animal cruelty, and is still considered so by some. The perpetrator was described by the sensitive and caring animal-lovers as a villain, a heartless monster, deserving of death, stoning, or even to be 'buried alive in the same manner'. But what did Mr. Vella actually do, according to the testimony heard in Court? Star was sick. It was shedding fur, and quite old already, and its owner did not afford the treatment. In trying to save some money from paying for the dog to be put to sleep and killed properly by vets, she gave it to Mr. Vella to have it killed himself. Nothing much to make people angry till now. Mercy-killing of very sick and suffering animals is widely done and usually a...

Elezzjoni għal Viċi Kap

Nemmen li l-Partit Nazzjonalista jeħtieġ Viċi-Kap li jkompli jsaħħaħ il-proċess ta' tiġdid li għaddej minnu l-Partit stess, biex ikun jista' jkompli jwettaq il-bidliet pożittivi f'pajjiżna. Għalhekk kien ta' pjaċir għalija li nhar is-Sibt li għadda kont wieħed minn tal-ewwel li iffirmajt in-nomina ta' Dr. Simon Busuttil għal din il-kariga tant importanti. Nawguralu minn qalbi.