Skip to main content

Il-Miljuni tal-Vitals




Matul dawn il-ġranet, is-sit The Shift News żvela għall-ewwel darba numru ta’ dettalji dwar il-ftehim iffirmat bejn Steward Healtchare u Vitals Global Healthcare dwar it-trasferiment tal-konċessjoni ta’ tliet sptarijiet pubbliċi. Ftehim li s’issa inżamm moħbi mill-pubbliku u li l-Gvern irrifjuta li jagħti dettajli dwaru fil-Parlament.

Il-ftehim jikxef dettalji xokkanti. Juri li Steward Healthcare xtrat il-Vitals għal €1 biss, iżda li fil-ftehim għaddew miljuni kbar bejn l-idejn u għand is-sidien moħbija tal-Vitals.

Dawn il-ħlasijiet jinkludu €1.4 miljun li għaddew għand kumpanija misterjuża reġistrata fid-Dubaj, u €1.85 miljun lil individwu ieħor, bl-isem ta’ Samuel Loft. Għaddew ukoll ammont mhux magħruf ta’ fondi għand investitur bl-isem ta’ Dr Ambrish Gupta. Dan f’għanqbuta ta’ strutturi u kumpaniji oħra, reġistrati fost l-oħrajn f’Jersey, li jżommu ishma tal-Vitals u ta’ kumpaniji relatati biex is-sidien veri li qed igawdu minn dawn il-ħlasijiet jibqgħu moħbija.

Joħroġ minn dan il-ftehim li s-sidien veri tal-Vitals, moħbija wara dawn l-istrutturi, ħadu diversi management fees u commissions mingħand il-Vitals proprju eżatt qabel dawn għaddew il-konċessjonijiet tagħhom lil Steward.

Il-ftehim juri wkoll li ġew iffirmati kuntratti u deals bejn Steward u dawn il-kumpaniji mwaqqfa f’Jersey li jassikuraw li jkun hemm dħul kostanti sejjer mis-servizz tas-saħħa f’Malta lejn dawn il-kumpaniji, għal proġett li qatt ma waslu fi tmiemu.

Jidher li għal dan il-prezz ta’ €1, Steward ħadu konċessjoni li tiswa fi qliegħ ta’ madwar €70 miljun fis-sena, jew aħjar €188,000 kuljum, mingħand il-poplu Malti u Għawdxi, potenzjalment għad-99 sena li ġejjin.




Joħorġu wkoll dettalji ġodda dwar il-kumpanija Technoline, li eventwalment ħadet l-esklussività li tissuplixxi makkinarju mediku għall-isptarijiet. Jidher li s-sidien moħbija tal-Vitals għaddew il-€5 miljuni li kellu bżonn ċertu Ivan Vassallo biex xtara l-ishma kollha tal-kumpanija Technoline, qabel ma’ din ħadet din l-esklussività



Dan juri kif Vitals kienu qed jiżguraw li jagħtu din l-esklussività tal-provvista tal-makkinarju lilhom infushom, biex il-mument li jgħaddu kollox lil Steward, huma jiżguraw li jibqgħu idaħħlu l-flus mill-provvista ta’ dan il-makkinarju permezz ta’ din il-kumpanija Technoline. Għadu mhux ċar dawn il-€5 miljuni kienux ġew mit-taxxi tal-poplu Malti stess.



Ġie żvelat ukoll kif Vitals ma kienet kumpanija globali xejn. Is-sidien moħbija tagħha, ftit qabel ma tefgħu l-offerta tagħhom għal konċessjoni tal-isptarijiet, waqfu network ta’ kumpaniji reġistrati f’postijiet differenti madwar id-dinja biex jagħtu x’jifhmu li huma xi kumpanija medika globali, mentri fil-verità ma kellha ebda esperjenza fis-settur. Anzi, użaw il-fatt li kienu ħa jieħdu t-tender f’Malta biex jippruvaw jitfgħu l-offerti tagħhom għal servizzi simili f’pajjiżi oħra barranin.

Ir-riżultat aħħar tal-ftehim ma’ Vitals huwa li dawn ħadu €50 miljun mingħand il-poplu Malti, u kulma ħallewlu kienet ħofra, u djun rappurtati ta’ €55 miljun.

Is-sit fir-raba’ u l-aħħar storja li tella’ sa ma ktibt dan l-artiklu, jagħti x’jifhem ukoll li ser jiżvela kumpanija Maltija li kienet involuta u li ġiet mixtrija minn Vitals, u li s’issa ma ssemmietx.

Nistennew biex naraw din l-investigazzjoni ġurnalistika x’dettalji oħra ser tikxef dwar din il-konċessjoni skandaluża tas-servizz tas-saħħa tagħna. Jidher ċar ukoll li hemm nies fil-poter li xejn mhu togħġobhom li qed jiġu żvelati dawn id-dettalji, u infatti dan is-sit soffra minn attak ċibernetiku biex ma jkunx jista’ jiffunzjona tajjeb. Dan hu att kundannabbli li jmur kontra l-libertà tal-espressjoni u kontra d-dritt tal-poplu li jkun infurmat, u nittama li l-Pulizija tkun qiegħda tinvestiga.


Il-mistoqsija prinċipali li tibqa’ f’moħħ kulħadd hi għalfejn il-Gvern Malti espona s-servizz tas-saħħa għal dawn ir-riskji sempliċiment biex jiżgura li jgħaddu miljuni għand interessi privati ta’ individwi moħbija? Min huma dawn l-individwi? U kif għal darb’oħra, ftehim jinten bħal dan, seħħ taħt id-direzzjoni ta’ Konrad Mizzi u Keith Schembri?



Dan l-artiklu deher fil-ħarġa tan-Nazzjon ta' nhar l-Erbgħa 16 ta' Jannar 2019.

Comments

Popular posts from this blog

Who's the real monster?

I usually hate comparisons, but some very different reactions from the 'great unthinking' rabble do merit some analysis. In May this year, the notorious dog Star was found buried alive . A prima facie , this looked liked the most horrific case of animal cruelty, and is still considered so by some. The perpetrator was described by the sensitive and caring animal-lovers as a villain, a heartless monster, deserving of death, stoning, or even to be 'buried alive in the same manner'. But what did Mr. Vella actually do, according to the testimony heard in Court? Star was sick. It was shedding fur, and quite old already, and its owner did not afford the treatment. In trying to save some money from paying for the dog to be put to sleep and killed properly by vets, she gave it to Mr. Vella to have it killed himself. Nothing much to make people angry till now. Mercy-killing of very sick and suffering animals is widely done and usually acceptable. You may

Shema Yisrael, the cries of the Palestinian people

You live a peaceful life in a modest home. You've never bothered anyone and you've never caused trouble. Out of the blues, a group of people claim that they should live in your house. Why? Because they have been persecuted in a war, and they claim that some 5,000 years ago, their God had told them your home was their promised land. Somehow, the whole community agrees with their wishes, and asks you to grant them your spare-bedroom. You oblige. After a few months, they take the whole top-floor. In a few year's time, they take over your kitchen. After a few more years, they own your house and keep you and your family locked in the bathroom. They don't even allow you to get out, while they strip-search you the few times they do. Even if it's a medical emergency. Sometimes not even medical personnel and ambulances are allowed to see to your needs while your children die in your hands. Desperation starts hitting you. Life seems to offer no hopes. In moments

Why I am dropping out of the Anti-ACTA protest

Like many avid internet users, I have followed with interest the debate about ACTA (Anti-Counterfeiting Trade Agreement). After reading numerous articles, watched sensational videos, and discussed ad nauseam with friends, I have realized that what I have come across is a campaign hi-jacked by lies, myths and misconceptions as to rival Malta's misinformed divorce referendum campaign. I have to say that the videos on Youtube   got me worried. I quickly signed the petition, joined the Anti-ACTA groups, and prepared myself for a full-blown fight against the big-governments who want to intrude on our privacy and freedom of expression. Like our MEP Edward Scicluna invited us to do in the University debate last Wednesday, I did not try to understand the details of ACTA but rather saw who the players behind it were. But as usual, my logical instincts took over, and his call to not try to understand ACTA actually pushed me to read the text. And here's what I now know: ACTA is