Skip to main content

Punti minn din il-ġimgħa

Paternity Leave



Din il-ġimgħa intlaħaq ftehim bejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-Ministri fuq direttiva li mexxa fil-Parlament Ewropew l-MEP Nazzjonalista David Casa. B’din id-direttiva, l-irġiel kollha fl-Unjoni Ewropea ser jingħataw id-dritt ta’ minimu ta’ għaxart ijiem ta’ leave tal-paternità meta jsiru missirijiet, li l-ħlas li jieħdu f’dan il-leave ma jkunx inqas mill-ħlas tas-sick leave ta’ dak il-pajjiż (ara hawn).

F’pajjiżna dan ifisser qabża mill-mimimu ta’ ġurnata waħda leave tal-paternità li għandna bħalissa għal għaxart ijiem, qabża sinifikanti li ser tkun ittejjeb bil-kbir il-kwalità tal-ħajja tal-familji. Għal żmien twil tkellimna ħafna fuq il-leave għall-ommijiet, però jekk vera nemmnu fl-ugwaljanza, għandna naraw li għandna f’dak li huwa leave tal-ġenituri nibdew issa nżidu d-drittijiet tal-missirijiet sabiex anke huma jaqsmu aktar mal-ħajja tal-familja.

Id-direttiva tagħti wkoll dritt ta’ ħamest ijiem leave lil dawk li jieħdu ħsieb lil xi qarib f’darhom, u erba’ xhur leave tal-ġenituri.

Din id-direttiva issa jsir il-vot fuqha fil-plenarja tal-Parlament Ewropew fil-ġimgħat li ġejjin u tkun introdotta fil-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea.

Palazzo Giannin salvat



Kultant mill-Awtorità tal-Ippjanar toħroġ aħbar tajba. Din il-ġimgħa l-Awtorità iddeċidiet li twaqqaf l-applikazzjoni għal bini ta’ tletin appartament minflok Palazzo Giannin, ġnien barokk u skedat f’nofs Ħal Għaxaq, li apparti l-wirt storiku tiegħu joffri wkoll pulmun ambjentali f’nofs dan ir-raħal (ara hawn).

Kburi li flimkien ma’ numru ta’ residenti oħra ġbarna petizzjoni u ressaqna l-oġġezzjonijiet tagħna għal dan il-proġett. Nittamaw li din ma tkunx biss rebħa temporanja, iżda l-livell ta’ skedar ta’ dan il-ġnien jiżdied, u jekk hemm bżonn jiġi rekwiżit mill-Gvern sabiex jitgawda mill-pubbliku u sabiex jiġi salvagwardjat għal ġejjien.

 L-Art tal-Corinthia







Matul din il-ġimgħa, il-Partit Nazzjonalista kompla jagħmel pressjoni sabiex jinbidel il-ftehim li l-Gvern irid jagħmel biex jagħti lill-Grupp Corinthia din l-art kollha għal prezz baxx u mingħajr restrizzjonijiet, li minnha ser igawdi l-profitt tal-privat mingħajr ma l-pubbliku jieħu dak li ħaqqu. Mal-Partit Nazzjonalista issa ingħaqdu wkoll numru ta’ NGOs, Kunsilli Lokali u r-residenti infushom, li wieħed minnhom stess fetaħ protest ġudizzjarju kontra Joseph Muscat u Konrad Mizzi dwar dan il-ftehim (ara hawn).

Dan il-ftehim jidher li qasam il-Kabinett u l-Grupp Parlamentari Laburista, b’numru ta’ Deputati u anke Ministri li qed jagħmlu pressjoni biex dan il-ftehim jinbidel għax hu inġust mal-poplu Malti kif ukoll ma’ investituri oħra li mhux jingħataw preferenzi bħal dawn.

Keith Schembri jkompli jaħrab




Din il-ġimgħa kompliet ukoll il-kawża ta’ libell li fetaħ Keith Schembri kontra l-ex-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil. Fil-kawża din il-ġimgħa Keith Schembri talab li l-Qorti tordna li hu ma jkollu għalfejn iwieġeb mistoqsijiet dwar 17 Black (ara hawn). Il-Qorti ser tkun qed tiddeċiedi dwar din it-talba fis-7 ta’ Marzu. Però din żgur li hija ammissjoni ċara li dwar 17 Black, Keith Schembri għandu l-faħam miblul, għax kieku ma jkollu l-ebda problema jwieġeb fuqha. Jaħrab kemm jaħrab, ċert li xi darba l-verità xi darba titla’ f’wiċċ l-ilma u l-ġustizzja sseħħ.



 Dan l-artiklu deher bħala parti mir-rubrika Cyberspace fil-Mument tal-Ħadd 27 ta' Jannar 2019

Comments

Popular posts from this blog

Why I am dropping out of the Anti-ACTA protest

Like many avid internet users, I have followed with interest the debate about ACTA (Anti-Counterfeiting Trade Agreement). After reading numerous articles, watched sensational videos, and discussed ad nauseam with friends, I have realized that what I have come across is a campaign hi-jacked by lies, myths and misconceptions as to rival Malta's misinformed divorce referendum campaign. I have to say that the videos on Youtube   got me worried. I quickly signed the petition, joined the Anti-ACTA groups, and prepared myself for a full-blown fight against the big-governments who want to intrude on our privacy and freedom of expression. Like our MEP Edward Scicluna invited us to do in the University debate last Wednesday, I did not try to understand the details of ACTA but rather saw who the players behind it were. But as usual, my logical instincts took over, and his call to not try to understand ACTA actually pushed me to read the text. And here's what I now know: ACTA is ...

Who's the real monster?

I usually hate comparisons, but some very different reactions from the 'great unthinking' rabble do merit some analysis. In May this year, the notorious dog Star was found buried alive . A prima facie , this looked liked the most horrific case of animal cruelty, and is still considered so by some. The perpetrator was described by the sensitive and caring animal-lovers as a villain, a heartless monster, deserving of death, stoning, or even to be 'buried alive in the same manner'. But what did Mr. Vella actually do, according to the testimony heard in Court? Star was sick. It was shedding fur, and quite old already, and its owner did not afford the treatment. In trying to save some money from paying for the dog to be put to sleep and killed properly by vets, she gave it to Mr. Vella to have it killed himself. Nothing much to make people angry till now. Mercy-killing of very sick and suffering animals is widely done and usually a...

Elezzjoni għal Viċi Kap

Nemmen li l-Partit Nazzjonalista jeħtieġ Viċi-Kap li jkompli jsaħħaħ il-proċess ta' tiġdid li għaddej minnu l-Partit stess, biex ikun jista' jkompli jwettaq il-bidliet pożittivi f'pajjiżna. Għalhekk kien ta' pjaċir għalija li nhar is-Sibt li għadda kont wieħed minn tal-ewwel li iffirmajt in-nomina ta' Dr. Simon Busuttil għal din il-kariga tant importanti. Nawguralu minn qalbi.