Skip to main content

Waqgħa wara l-oħra



Għalkemm il-Gvern ta’ kuljum jipprova jifqagħna bil-propoganda ta’ “l-aqwa żmien”, li tipprova tbellagħhielna li kollox sejjer tajjeb, li ma stajniex inkunu aħjar, ir-realtà li qed jaslu għaliha u li qed jipperċepixxu analisti u aġenziji internazzjonali hija differenti ħafna.





Ilbieraħ ġiet ippubblikata l-klassifika ta’ Transparency International dwar l-indiċi tal-korruzzjoni tal-pajjiżi differenti. F’din il-klassifika, Malta waqgħet tmien postijiet mis-sena l-oħra ‘l hawn u issa tinsab fl-54 post. Meta wieħed jikkumpara mal-2004, Malta tilfet 29 post, għax dak iż-żmien, li kien l-ewwel darba li dehret f’din il-klassifika, Malta kienet klassifikat fil-25 post.




Anke jekk wieħed jikkumpara mal-2012, li kienet l-aħħar sena ta’ Gvern Nazzjonalista, Malta tilfet 11-il post, għax fl-2012 kienet tinsab fit-43 post.


Malta ġabet marka ta’ 54 minn 100, li ġġibha qrib ħafna tal-marka ta’ 49 li Transparency International tqisha bħalha l-linja medja fejn fiha demokrazija ma tkunx qed tiffunzjona.


Ir-raġunijiet li tagħti Transparency International għal din il-waqgħa mhumiex sorpriża. Huma l-istess affarijiet li l-Partit Nazzjonalista ilu jikkritika għax huwa ċar li qed inawwru r-reputazzjoni ta’ Malta u ser jisswewlna qares fil-ġejjien.







Fost l-oħrajn, TI ssemmi l-qtil tal-ġurnalista investigattiva Daphne Caruana Galizia, li kienet qed tikxef stejjer ta’ korruzzjoni enormi li fihom hemm imdaħħlin politiċi fil-poter. Issemm l-iskandlu tal-Panama Papers u l-Bank Pilatus, u li ma sar xejn fuqhom. Issemmi l-bejgħ tal-passaporti, li l-Kummissjoni Ewropea għadha kemm qalet li fiha potenzjal kbir ta’ ħasil ta’ flus, u r-rapport tal-Kummissjoni Venezja li ħareġ difetti kbar fil-mod kif qed titħaddem id-demokrazija f’Malta.

Ftit tal-ġranet ilu, Malta waqgħet ukoll fil-klassifika tal-indiċi tal-kwalità tal-ħajja li jippubblika The Expat Insider, organizzazzjoni dinjija għal dawk li jgħixu barra minn pajjiżhom. Ir-rapport li tippubblika din l-organizzazzjoni jagħti ħarsa lejn 68 pajjiż minn madwar id-dinja. F’dan ir-rapport, Malta kien l-aktar pajjiż li sofra waqgħa kbira. Inżilna mid-19-il post għat-38 post fil-lista tal-pajjiżi fejn jidħol kwalità tal-ħajja.

Ir-rapport jagħti wkoll raġunijiet għala din is-sena Malta klassifikat daqstant lura, ibbażat fuq dak li jgħidu l-barranin li jgħixu f’Malta. Issemmi l-aktar il-korruzzjoni endemika fil-livelli kollha tas-soċjetà Maltija u li hija protetta minn fuq. Il-barranin jagħti marka baxxa ħafna tal-istabbilità politika f’Malta. Wieħed jaħbat ser jiskanta kif jasħbuha hekk, meta f’Malta l-Gvern jibqa’ “stabbli” għal leġislatura kollha waqt li f’pajjiżi barranin għandu ħabta li ma jwassalx sal-aħħar tal-leġislatura ħafna iżjed spiss minn Malta. Iżda mbagħad wieħed jifhem li l-istabbilità fil-politika mihix biss kemm idum hemm il-Gvern, imma kemm is-sistema politika, inkluż il-ġudikatura, il-libertà tal-espressjoni, l-indipendenza tal-awtoritajiet u l-istituzzjonijiet, u l-bażijiet l-oħra tad-demokrazija, jaħdmu b’mod stabbli u kif mistenni. U hawn Malta ma ħaditx isem tajjeb.

Il-kumment ġenerali li jagħtu l-barranin li jgħixu f’Malta huwa “il-korruzzjoni orribbli f’kull qasam tal-iggvernar hi tal-biża’.” Dak hu kif qed tħares lejnha d-dinja. Dik hi r-realtà li qed jgħix min jinsab f’pajjiżna u mhux mogħmi mill-għamad politiku u partiġġjan. Dik hi r-realtà mnawwra li qed ngħixu fiha aħna meta tneħħi l-maskla tal-“aqwa żmien” li tipprova tgħatti dan kollu.

Irridu nkunu aħna li b’rieda tajba, ma naċċettawx din ir-realtà u ma nirrassenjawx ruħna li pajjiżna ma jistax ikun differenti. Jista’. Nistgħu. Jekk naħdmu lkoll flimkien u ma nibżgħux nitkellmu u nsemmgħu leħinna.





Dan l-artiklu deher fil-ħarġa tan-Nazzjon ta' nhar l-Erbgħa 30 ta' Jannar 2019.

Comments

Popular posts from this blog

Who's the real monster?

I usually hate comparisons, but some very different reactions from the 'great unthinking' rabble do merit some analysis. In May this year, the notorious dog Star was found buried alive . A prima facie , this looked liked the most horrific case of animal cruelty, and is still considered so by some. The perpetrator was described by the sensitive and caring animal-lovers as a villain, a heartless monster, deserving of death, stoning, or even to be 'buried alive in the same manner'. But what did Mr. Vella actually do, according to the testimony heard in Court? Star was sick. It was shedding fur, and quite old already, and its owner did not afford the treatment. In trying to save some money from paying for the dog to be put to sleep and killed properly by vets, she gave it to Mr. Vella to have it killed himself. Nothing much to make people angry till now. Mercy-killing of very sick and suffering animals is widely done and usually acceptable. You may

Shema Yisrael, the cries of the Palestinian people

You live a peaceful life in a modest home. You've never bothered anyone and you've never caused trouble. Out of the blues, a group of people claim that they should live in your house. Why? Because they have been persecuted in a war, and they claim that some 5,000 years ago, their God had told them your home was their promised land. Somehow, the whole community agrees with their wishes, and asks you to grant them your spare-bedroom. You oblige. After a few months, they take the whole top-floor. In a few year's time, they take over your kitchen. After a few more years, they own your house and keep you and your family locked in the bathroom. They don't even allow you to get out, while they strip-search you the few times they do. Even if it's a medical emergency. Sometimes not even medical personnel and ambulances are allowed to see to your needs while your children die in your hands. Desperation starts hitting you. Life seems to offer no hopes. In moments

Why I am dropping out of the Anti-ACTA protest

Like many avid internet users, I have followed with interest the debate about ACTA (Anti-Counterfeiting Trade Agreement). After reading numerous articles, watched sensational videos, and discussed ad nauseam with friends, I have realized that what I have come across is a campaign hi-jacked by lies, myths and misconceptions as to rival Malta's misinformed divorce referendum campaign. I have to say that the videos on Youtube   got me worried. I quickly signed the petition, joined the Anti-ACTA groups, and prepared myself for a full-blown fight against the big-governments who want to intrude on our privacy and freedom of expression. Like our MEP Edward Scicluna invited us to do in the University debate last Wednesday, I did not try to understand the details of ACTA but rather saw who the players behind it were. But as usual, my logical instincts took over, and his call to not try to understand ACTA actually pushed me to read the text. And here's what I now know: ACTA is