Skip to main content

Il-PN ixammar il-kmiem... il-Kunsill Ġenerali Amministrattiv



Flimkien għal pajjiżna

Matul din il-ġimgħa tlaqqa’ l-Kunsill Ġenerali Amministrattiv tal-Partit Nazzjonalista. Dan huwa l-Kunsill Ġenerali annwali li jsir fil-bidu tas-sena fejn il-Partit jagħti ħarsa lejn il-ħidma amministrattiva tiegħu.



Team Start

Ftit tal-ġranet ilu kelli l-privileġġ li bħala President tal-Kumitat Eżekuttiv nippresiedi l-ewwel laqgħa tal-eżekuttiv tal-fergħa l-ġdida Team Start, team ta’ żgħażagħ mimlijin b’entużjażmu, enerġija u ħeġġa. Din hi l-ewwel fergħa fil-Partit li hi miftuħa għal żgħażagħ saħansitra taħt is-16-il sena, u twieldet frott ta’ tibdil fl-istatut li sar fil-Kunsill Ġenerali ta’ sena ilu li bih l-età tat-tesserament niżlet għal 14-il sena u r-rappreżentanti tal-Kunsill Ġenerali fl-Eżekuttiv tal-Partit inbidlu minn 9 nisa u 9 irġiel għal 8 nisa, 8 irġiel u 8 żgħażagħ.

Din il-fergħa hija fergħa oħra fis-siġra sabiħa tal-Partit Nazzjonalista, siġra li tiġbor fiha nies b’fehmiet differenti, b’ideat differenti, iżda li hemm jgħaqqadna l-istess għeruq: il-valuri u l-prinċipja li dejjem sawruna u żammewna flimkien. Jien konvint li fi ħdan is-siġra tagħna, din ser tkun fergħa li tħalli ħafna frott u li ser tagħti l-bażi li fuqha l-Partit jista’ jibni futur sabiħ.



Partit propożittiv

U issa bdejna wkoll it-triq lejn l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsilli Lokali li ser isiru f’Mejju li ġej. U bħala Partit, bdejna minn issa nniedu sensiela ta’ proposti u ta’ soluzzjonijiet għal problemi li qed jonqos milli jindirizza l-Gvern. Fosthom, fi ftit ġimgħat, ħriġna proposti dwar l-ekonomija fid-dokument ta’ qabel il-baġit f’Ottubru li għadda, tmenin proposta dwar il-Kunsilli Lokali, proposti biex insalvaw il-biedja u l-prodott frisk lokali, proposti biex tonqos il-burokrazija fit-trasferiment tal-qbiela, proposti għar-riċiklaġġ tal-iskart tal-kostruzzjoni, proposti biex tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-kanċer, u fil-Parlament ressaqna l-liġi tas-Sammaritan it-Tajjeb biex nipproteġu lil dawk li jagħtu l-ewwel għajnuna.

Dan juri ċar li min jgħid li l-Partit Nazzjonalista huwa xi partit negattiv li ma joħroġx b’ideat, mhux isegwi biżżejjed jew qed jigdeb b’mod intenzjonat. Il-Partit Nazzjonalista mhuwiex biss Partit li jikxef il-ħażin u n-nuqqasijiet ta’ dan il-Gvern, iżda Partit proattiv li qed joffri soluzzjonijiet u Gvern alternattiv.

Gvern negattiv

Bil-kontra l-Gvern ta’ Joseph Muscat. Dan il-Gvern li tgħidx kemm kien jiftaħar li hu pożittiv f’daqqa waħda qisu sar bil-maqlub. Għal ġimgħat sħaħ, l-unika forma ta’ kampanja li għamel Joseph Muscat kienet kampanja negattiva u aggressiva ta’ tgħajjir fuq il-Membri Parlamentari Ewropej tal-Partit Nazzjonalista. Jgħajjarhom tradituri, jgħajjarhom li qed jagħmlu l-ħsara lil pajjiż, u jivvinta kull xorta ta’ qlajjiet fuqhom.

MEPs effettivi

Fir-realtà, il-ħidma tal-MEPs Nazzjonalisti kienet waħda effettiva b’riżq is-servizzi u d-drittijiet taċ-ċittadini. Fosthom direttiva għal bilanċ bejn il-ħajja u x-xogħol li tagħti aktar ġranet ta’ leave lil missirijiet u lil min jieħu ħsieb membru tal-familja li jkun marid, tisħiħ tad-difiża tal-ġurnalisti mill-iSLAPP, protezzjoni akbar tal-whistleblowers, protezzjoni akbar għan-negozji ż-żgħar u l-konsumaturi li jixtru online, aktar servizzi għad-diabetiċi u għal nies b’dyslexia, u anke ħidma b’riżq pajjiżna bħal meta kienu huma li permezz tal-Partit Popolari Ewropew waqqfu riżoluzzjoni tas-Soċjalisti nfushom li riedu jiddikjaraw lil Malta bħala tax-haven, u liġi ġdida biex jissaħħu l-fruntieri tal-Unjoni Ewropea.

Min hu t-traditur?

Mhux dawn kienu t-tradituri. It-traditur huwa min l-ewwel rebaħ il-fiduċja tal-poplu u mbagħad l-għada fetaħ il-kumpaniji l-Panama biex jisirqu, min biegħ is-servizz tas-saħħa ta’ pajjiżna inkluż l-unika sptar ġenerali li għandna f’Għawdex, min jgħid lil poplu li ma jistax jippretendi social housing għal dejjem fl-istess nifs li jagħti art pubblika b’xejn għal dejjem lil min diġa’ għandu ħafna, u min jagħti viża lil 500 Alġerin li ġew rifjutati mill-Pulizija minħabba li huma ta’ theddida għas-sigurtà ta’ pajjiżna u tal-Ewropa.

Flimkien naslu

Quddiem din it-theddida għal pajjiżna, jikber il-bżonn li aħna lkoll, Maltin u Għawdxin ta’ rieda tajba, niġu flimkien u naħdmu biex il-Partit Nazzjonalista jkun it-tama li nerġgħu ngħollu isem pajjiżna u r-reputazzjoni tagħna u jerġa’ jkollna politika differenti, politika moderna, politika propożittiva li ma tħalli lil ebda individwu lura.




 Dan l-artiklu deher bħala parti mir-rubrika Cyberspace fil-Mument tal-Ħadd 24 ta' Frar 2019

Comments

Popular posts from this blog

Who's the real monster?

I usually hate comparisons, but some very different reactions from the 'great unthinking' rabble do merit some analysis. In May this year, the notorious dog Star was found buried alive . A prima facie , this looked liked the most horrific case of animal cruelty, and is still considered so by some. The perpetrator was described by the sensitive and caring animal-lovers as a villain, a heartless monster, deserving of death, stoning, or even to be 'buried alive in the same manner'. But what did Mr. Vella actually do, according to the testimony heard in Court? Star was sick. It was shedding fur, and quite old already, and its owner did not afford the treatment. In trying to save some money from paying for the dog to be put to sleep and killed properly by vets, she gave it to Mr. Vella to have it killed himself. Nothing much to make people angry till now. Mercy-killing of very sick and suffering animals is widely done and usually acceptable. You may

Shema Yisrael, the cries of the Palestinian people

You live a peaceful life in a modest home. You've never bothered anyone and you've never caused trouble. Out of the blues, a group of people claim that they should live in your house. Why? Because they have been persecuted in a war, and they claim that some 5,000 years ago, their God had told them your home was their promised land. Somehow, the whole community agrees with their wishes, and asks you to grant them your spare-bedroom. You oblige. After a few months, they take the whole top-floor. In a few year's time, they take over your kitchen. After a few more years, they own your house and keep you and your family locked in the bathroom. They don't even allow you to get out, while they strip-search you the few times they do. Even if it's a medical emergency. Sometimes not even medical personnel and ambulances are allowed to see to your needs while your children die in your hands. Desperation starts hitting you. Life seems to offer no hopes. In moments

Why I am dropping out of the Anti-ACTA protest

Like many avid internet users, I have followed with interest the debate about ACTA (Anti-Counterfeiting Trade Agreement). After reading numerous articles, watched sensational videos, and discussed ad nauseam with friends, I have realized that what I have come across is a campaign hi-jacked by lies, myths and misconceptions as to rival Malta's misinformed divorce referendum campaign. I have to say that the videos on Youtube   got me worried. I quickly signed the petition, joined the Anti-ACTA groups, and prepared myself for a full-blown fight against the big-governments who want to intrude on our privacy and freedom of expression. Like our MEP Edward Scicluna invited us to do in the University debate last Wednesday, I did not try to understand the details of ACTA but rather saw who the players behind it were. But as usual, my logical instincts took over, and his call to not try to understand ACTA actually pushed me to read the text. And here's what I now know: ACTA is