Skip to main content

L-iskandlu tal-visas fl-Alġerija








Din il-ġimgħa l-Awditur Ġenerali ppubblika ir-rapport dwar l-investigazzjoni fuq il-ħruġ ta’ visas mill-Konsolat Malti fl-Alġerija bejn Marzu 2014 u Settembru 2015. Dan ir-rapport jinsab aċċessibbli fuq is-sit tal-Uffiċċju tal-Awditur Ġenerali f’din il-link: http://nao.gov.mt//loadfile/77c82f0e-89b3-44b4-85d4-e48ecfd251b0.


Huwa rapport komprensiv ta’ 89 paġna li jidħol f’diversi aspetti, sa mill-ftuħ ta’ dan il-konsolat għal ħabta ta’ Novembru 2013, meta l-Gvern poġġa bħala Konslu lil ħadd ħlief il-kuġin tal-Prim Ministru Joseph Muscat, sal-metodu użat għal ħruġ ta’ dawn il-visas, u anke fejn marru n-nies li ħadu dawn il-visas.


L-Awditur Ġenerali jgħid li ma ingħata l-ebda viżibilità u informazzjoni dwar il-proċessi użati fid-deċiżjonijiet tal-għoti ta’ dawn il-visas, u allura ma setax jikkonkludi kienx hemm xi ħlasijiet illeċiti. Ma setax lanqas jikkonkludi kienx hemm każi fejn ġew rifjutati u l-proċess ġie mtawwal apposta biex jintalbu ħlasijiet ħalli l-proċess jitkompla jew jitħaffef.


Jikkonferma però li f’Malta waslu 3,696 Alġerin b’visa maħruġa minn dan il-konsolat, numru pjuttost kbir meta mqabbel mal-visas simili mogħtija f’pajjiżi oħra. Iżda agħar minn hekk l-Awditur jiżvela dettalji li jikkonfermaw is-suspetti u l-argument li kien qed iġib il-Partit Nazzjonalista.


L-Awditur sab li minn dawn it-3,696 li waslu f’Malta, 2.846 persuna ma marrux lura lejn l-Alġerija u ntilfet kull traċċa tagħhom. Uħud jista’ jkun li baqgħu f’Malta, oħrajn jista’ jkun li vvjaġġaw fiz-zona Schengen, madwar l-Ewropa.


Ħaġa oħra inkwetanti li sab l-Awditur hija li 484 persuna ingħataw visa minkejja li l-Korp tal-Pulizija rrakkomanda li dawn jiġu rifjutati minħabba raġunijiet ta’ sigurtà. Din hija xokkanti, u inkwetanti mhux biss għal Malta iżda għal pajjiżi kollha taz-zona Schengen li fihom dawn setgħu jivvjaġġaw liberament grazzi għal visa mogħtija mill-konsolat Malti. Wieħed jistaqsi x’qatt setgħet kienet il-motivazzjoni biex dawn il-persuni tingħatalhom visa, proprju mill-kuġin tal-Prim Ministru, minkejja li l-Pulizija ġibdu l-attenzjoni u rrakkomandaw li dawn ma tingħatalhomx. Mhux qed nitkellmu fuq persuna jew tnejn, iżda fuq 484 persuna.


Dan jikkonferma li l-iskrutinju li kien qed isir ma kienx wieħed tal-livell mistenni minn pajjiż tal-Unjoni Ewropea, u f’każ bħal dawn wieħed jistenna li tintrefa’ r-responsabbilità. Kemm dik legali, kif ukoll dik politika.


Affarijiet serji bħal dawn ma jistgħux jitmexxew minn ħbieb tal-ħbieb biex tiġi moqdija l-istess xibka ta’ interessi moħbija. Wieħed jistenna li jitpoġġew nies serji u professjonali li jafu sew xogħolhom. Fejn ma jsirx hekk, ir-responsabbilità aħħarija hija tal-Gvern li appuntahom. U dan ikompli jiġġustifika wkoll ir-raġuni għala l-Partit Nazzjonalista oppona n-nomina ta’ Karl Izzo bħala ambaxxatur tal-Montenegro. Mhux biss għax mhuwiex diplomatiku u m’għandu l-ebda esperjenza fil-qasam, iżda għax huwa parti mill-istess xibka ta’ ħbieb tal-ħbieb. U meta wieħed jiftakar li l-Montenegro kien qed jidħol fl-istess tip ta’ kuntratti fl-oqsma tas-saħħa u tal-enerġija bħal dawk il-kuntratti jintnu li ddaħlet fihom Malta mill-Ministru Konrad Mizzi, id-dubju u l-mistoqsijiet ikomplu jikbru.


 Dan l-artiklu deher bħala parti mir-rubrika Cyberspace fil-Mument tal-Ħadd 3 ta' Frar 2019

Comments

Popular posts from this blog

Elezzjoni għal Viċi Kap

Nemmen li l-Partit Nazzjonalista jeħtieġ Viċi-Kap li jkompli jsaħħaħ il-proċess ta' tiġdid li għaddej minnu l-Partit stess, biex ikun jista' jkompli jwettaq il-bidliet pożittivi f'pajjiżna. Għalhekk kien ta' pjaċir għalija li nhar is-Sibt li għadda kont wieħed minn tal-ewwel li iffirmajt in-nomina ta' Dr. Simon Busuttil għal din il-kariga tant importanti. Nawguralu minn qalbi.

Why I am dropping out of the Anti-ACTA protest

Like many avid internet users, I have followed with interest the debate about ACTA (Anti-Counterfeiting Trade Agreement). After reading numerous articles, watched sensational videos, and discussed ad nauseam with friends, I have realized that what I have come across is a campaign hi-jacked by lies, myths and misconceptions as to rival Malta's misinformed divorce referendum campaign. I have to say that the videos on Youtube   got me worried. I quickly signed the petition, joined the Anti-ACTA groups, and prepared myself for a full-blown fight against the big-governments who want to intrude on our privacy and freedom of expression. Like our MEP Edward Scicluna invited us to do in the University debate last Wednesday, I did not try to understand the details of ACTA but rather saw who the players behind it were. But as usual, my logical instincts took over, and his call to not try to understand ACTA actually pushed me to read the text. And here's what I now know: ACTA is ...

Who's the real monster?

I usually hate comparisons, but some very different reactions from the 'great unthinking' rabble do merit some analysis. In May this year, the notorious dog Star was found buried alive . A prima facie , this looked liked the most horrific case of animal cruelty, and is still considered so by some. The perpetrator was described by the sensitive and caring animal-lovers as a villain, a heartless monster, deserving of death, stoning, or even to be 'buried alive in the same manner'. But what did Mr. Vella actually do, according to the testimony heard in Court? Star was sick. It was shedding fur, and quite old already, and its owner did not afford the treatment. In trying to save some money from paying for the dog to be put to sleep and killed properly by vets, she gave it to Mr. Vella to have it killed himself. Nothing much to make people angry till now. Mercy-killing of very sick and suffering animals is widely done and usually a...