Skip to main content

Logħob bid-Demokrazija

Ftit tal-ġranet ilu, Kumitat Parlamentari għal Kontenut Diġitali, Kultura, Media u Sport tar-Renju Unit ħareġ rapport dwar l-indħil tal-Cambridge Analytica fil-proċess demokratiku, is-serq ta’ informazzjoni privata u kunfidenzjali fuq numru ta’ persuni, u r-rabta tagħhom ma’ Henley & Partners. Dan ir-rapport jagħmel ukoll referenza għal Malta. Imma forsi mhux kulħadd għadu fehem il-gravità u l-implikazzjonijiet ta’ din l-istorja.


L-iskandlu ta’ Facebook u Cambridge Analytica



Dan l-iskandlu faqqa’ f’Marzu 2019, meta Christopher Wylie, ex-impjegat ta’ Cambridge Analytica, serva ta’ whistleblower u kixef kif Cambridge Analytica kienet ħolqot app għal Facebook jisimha “This Is Your Digital Life”, illi kulmin kien jinstallaha, mingħajr ma kien jaf kien qed jibgħat l-informazzjoni kollha tiegħu u tal-ħbieb kollha tiegħu lil din il-kumpanija. Din l-informazzjoni kienet tinkludi wkoll x’affarijiet iħobbu jsegwu, fejn jagħmlu Like, liema argumenti jolqtuhom, fejn imorru u liema postijiet jiffrekwentaw. Kien sar magħruf illi b’dan il-mod kienet qed jiġi mibni profil psikoloġiku ta’ madwar 87 miljun persuna, fosthom 6,000 Malti u Maltija. Sample kbir u b’saħħtu meta wieħed jikkunsidra l-popolazzjoni ta’ Malta.

B’dan is-sample, Cambridge Analytica kienu jipprovdu servizzi lil politiċi u partiti biex jiggwidawhom liema tip ta’ riklami jolqtu lil liema persuni. Liem aħbarijiet l-iktar jolqtu lil liema sezzjoni. U b’hekk, il-Partiti jew il-kandidati kienu jkunu jistgħu jagħmlu marketing iktar personali indirizzat skont il-profil psikoloġiku ta’ dak li jkun. Kienu wkoll jużaw fake news u jużawh biex jibdlu l-ħsieb tal-persuni b’headlines foloz, li jassumu li dak li jkun jemmen il-headline mingħajr ma biss ikun konxju mingħajr ma jiftaħ l-artiklu. U mingħajr ma tkun taf, il-persuna kienet qed tkun manipulata fuq kif taħsibha u kif targumenta.

Dan kien qajjem kjass sħiħ tant li Zuckerberg, il-fundatur ta’ Facebook, kien intalab jixhed quddiem is-Senat Amerikan biex jgħid x’miżuri kienu ser jittieħdu biex Facebook ma jippermettix li jkun hemm min jabbuża b’dan il-mod. Saħansitra l-ishma ta’ Facebook kienu ħadu daqqa kbira.



Il-kampanji li ġew konfermati li użaw dawn is-servizzi huma il-kampanji għan-nomina presidenzjali ta’ Ted Cruz u Donald Trump, fl-2015 u l-2016, il-kampanja favur il-Brexit fir-referendum tal-2016, u l-kampanja tal-Partit Istituzzjonali Rivoluzzjonarju fl-elezzjoni ġenerali tal-Messiku fl-2018. Iżda żgur li kien hemm oħrajn. U l-profil psikoloġiku ta’ sitt elef persuna Maltija, ma nġabarx għalxejn.


Ir-rabta ma’ Henley & Partners


Alexander Nix ta Cambridge Analytica (xellug) u Christian Kalin (lemin) ta' Henley & Partners

Skont dan ir-rapport tal-Kumitat Parlamentari ingliż, Alexander Nix ta’ Cambridge Analytica, kellu rabta intima ma’ Christian Kalin, ta’ Henley & Partners. Sar magħruf ukoll li Cambridge Analytica ħadmu biex irebbħu l-elezzjoni ġenerali tal-2010 lil kandidat li riedu f’St Kitts and Nevis. Ħareġ ukoll filmat li juri li Cambridge Analytica kienu bagħtu lil xi ħadd minn tagħhom ixaħħam lil kandidat li riedu, jiffilmjawh, imbagħad jhedduh bih biex ikollu jaħdem magħhom. Kumbinazzjoni, wara li ħadem magħhom u rebaħ, beda programm ta’ investiment ma’ Henley & Partners.

L-istess ħaġa pruvaw jagħmlu ġewwa St Vincent and the Grenadines, u pajjiżi oħra tal-Karibew li għandhom din l-istess skema ta’ bejgħ tal-passaporti. U hawn jibda joħroġ pattern ċar fejn dawn il-kumpaniji kienu qed jippruvaw jinqdew b’pajjiżi żgħar.

Joseph Muscat u Christian Kalin

Joseph Muscat: l-ikbar salesman ta' Henley & Partners

U Malta?


Ir-rapport tal-Parlament Ingliż jikkonferma li raw informazzjoni kunfidenzjali li turi li l-Partit Laburista u Joseph Muscat ltaqgħu ma' rappreżentanti ta' Henley & Partners u ta’ Cambridge Analytica qabel l-elezzjoni tal-2013. Il-provi juru li kien Kalin ta’ Henley & Partners li organizza dawn il-laqgħat fl-2011. Dan hu konfermat ukoll mill-blogger Manwel Delia, li jgħid li għandu emails li juru dan. Jikkonferma wkoll li Alexander Nix prova jagħmel laqgħa mas-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista ta’ dak iż-żmien, Paul Borġ Olivier, imma l-Partit Nazzjonalisti irrifjuta li jidħol f’dawn il-metodi maħmuġa.

Huwa fatt magħruf li l-Partit Laburista għamel kampanja qawwija fuq il-midja soċjali u fuq l-internet, b’riklami personalizzati ħafna fejn kull persuna kien jara riklami li jappellaw l-aktar għalih. Huwa fatt magħruf li wara r-rebħa tal-elezzjoni ġenerali, il-Partit Laburista minnufih nieda l-iskema tal-bejgħ taċ-ċittadinanza, u kien prova jagħti fuqha esklussività waħdanija lil Henley & Partners (għalkemm din l-esklussività kellu jmur lura minnha biex iżomm kuntenti numru ta’ azjendi legali). Wieħed ma jridx ikun wisq għaref biex jifhem x’kien dak li qablu fuqu Joseph Muscat, Henley & Partners u Cambridge Analytica qabel l-elezzjoni.

Li hu żgur li Cambridge Analytica ma għamlitx dan ix-xogħol ta’ xejn. B’xi mod kellha titħallas. Il-kif u l-kemm, wieħed irid jara, u wieħed irid jistaqsi dan sarx minn kuntratti tal-Gvern u minn flus il-poplu.

U din hi xi ħaġa serja. Hawn qed nitkellmu fuq manipulazzjoni tal-votanti, fuq logħob bid-demokrazija. Fejn minflok nirbħu l-argumenti, nisirqu informazzjoni personali tan-nies biex inkunu nafu x’buttuni nagħfsulhom u x’ngħidulhom biex nirbħuhom bl-emozzjoni.

Hawn wieħed jirrealizza kif ikunu l-vera tradituri, li jbiegħu ruħhom, ibiegħu pajjiżhom, u jbiegħu l-poplu tagħhom, għal poter u għal flus.





Dan l-artiklu deher fil-ħarġa tan-Nazzjon ta' nhar l-Erbgħa 27 ta' Frar 2019.

Comments

Popular posts from this blog

Who's the real monster?

I usually hate comparisons, but some very different reactions from the 'great unthinking' rabble do merit some analysis. In May this year, the notorious dog Star was found buried alive . A prima facie , this looked liked the most horrific case of animal cruelty, and is still considered so by some. The perpetrator was described by the sensitive and caring animal-lovers as a villain, a heartless monster, deserving of death, stoning, or even to be 'buried alive in the same manner'. But what did Mr. Vella actually do, according to the testimony heard in Court? Star was sick. It was shedding fur, and quite old already, and its owner did not afford the treatment. In trying to save some money from paying for the dog to be put to sleep and killed properly by vets, she gave it to Mr. Vella to have it killed himself. Nothing much to make people angry till now. Mercy-killing of very sick and suffering animals is widely done and usually acceptable. You may

Shema Yisrael, the cries of the Palestinian people

You live a peaceful life in a modest home. You've never bothered anyone and you've never caused trouble. Out of the blues, a group of people claim that they should live in your house. Why? Because they have been persecuted in a war, and they claim that some 5,000 years ago, their God had told them your home was their promised land. Somehow, the whole community agrees with their wishes, and asks you to grant them your spare-bedroom. You oblige. After a few months, they take the whole top-floor. In a few year's time, they take over your kitchen. After a few more years, they own your house and keep you and your family locked in the bathroom. They don't even allow you to get out, while they strip-search you the few times they do. Even if it's a medical emergency. Sometimes not even medical personnel and ambulances are allowed to see to your needs while your children die in your hands. Desperation starts hitting you. Life seems to offer no hopes. In moments

Why I am dropping out of the Anti-ACTA protest

Like many avid internet users, I have followed with interest the debate about ACTA (Anti-Counterfeiting Trade Agreement). After reading numerous articles, watched sensational videos, and discussed ad nauseam with friends, I have realized that what I have come across is a campaign hi-jacked by lies, myths and misconceptions as to rival Malta's misinformed divorce referendum campaign. I have to say that the videos on Youtube   got me worried. I quickly signed the petition, joined the Anti-ACTA groups, and prepared myself for a full-blown fight against the big-governments who want to intrude on our privacy and freedom of expression. Like our MEP Edward Scicluna invited us to do in the University debate last Wednesday, I did not try to understand the details of ACTA but rather saw who the players behind it were. But as usual, my logical instincts took over, and his call to not try to understand ACTA actually pushed me to read the text. And here's what I now know: ACTA is